Sunday 8 March 2015

Illum: Jekk surmast ta' skola tal-Knisja jkun gay f'unjoni ċivili jkolli problema bih - Arċisqof Scicluna

Isostni li hu se jivvota LE għal kaċċa fir-Rebbiegħa
http://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/40597/jekk_surmast_ta_skola_talknisja_ikun_gay_funjoni_ivili_jkolli_problema_bih__arisqof_scicluna#.VPyse3xbfaL
JOHN BUSUTTIL / 28 TA' FRAR 17:38


Fuq Xarabank l-Arċisċof il-ġdid Charles Scicluna kellu intervista qasira mal-preżentatur Peppi Azzopardi. Intervista 'straight to the point' mingħajr ħafna tidwir mal-lewża u b'mod mill-aktar onest b'ċerta simpatija wkoll u xi battuta ħelwa ma naqsitx ukoll.

Charles Scicluna qal li jekk fli skola tal_knsija jkun hemm surmast gay li jkun f'unjoni ċivili ma' ħaddieħor hu jkollu problema bih, għax kap ta' skola ta' knsija ma jistax ikun f'att pubbliku li jmur kontra t-tagħlim tal-Knisja. Hu qal li min imexxi skejjel tal-Knsija irid ikun iħaddan u jgħix il-ħajja tal-knisja Kattolika. Kompla jgħid li ma jfissirx li din il-problema ma ytkun tista tissolva, "iżda jkolli problema". Mistoqsi minn Peppi Azzopardi jekk għalliem fi skola tal-Knsija li jgħallem il-ġeografija jistax ikun separat u jgħix ma' mara oħra, l-Arċisqof qal li basta jibqa jgħallem il-ġeografija tajjeb għax "is-separazzjoni ma tagħmilx parti mill-ġeografija."

fattur mhux solitu li jingħad hu meta wieġeb li hu xtaq li jkun Arċisqof u "ma kinitx prużunzjoni għax fil-fatt sirt." Mistoqsi jekk hux se jkun difefrenti mill-predeċessur tiegħu Pawlu Cremona, hu wieġeb, "da żgur li jien differenti, jien jisimni Charles Scicluna u hu jismu Pawlu Cremona." Qal ukoll li meta sar jaf nhar il-Ħadd qal biss lil ġenituri tiegħu u "bkejna flimkien"


L-arċisqof flimkien ma' ommu u missieruQal mingħajr tlaqlieq li hu se jivvota LE għal kaċċa fir-Rebbiegħa għax ma jaqbilx b'mod personali mal-kaċċa fir-rebbiegħa iżda b'daqshekk ma jfissirx li hu irid l-Knsija tivvota bħalu. Faħħar ukoll lil Prim Ministru għal mod kif tkellem dwar l-ISIS, "Illum jien serraħt moħħi mill-assigurazzjoni tal-Prim Ministru li m'hawnx periklu għalina mill-ISIS."

No comments:

Post a Comment