Tuesday 17 June 2014

iNews Malta: “Issiġillajna r-relazzjoni tagħna” - l-ewwel unjoni ċivili f'Malta

http://www.inewsmalta.com/dart/20140617-issi-illajna-relazzjoni-tag-na-ewwel-unjoni-ivili-malta
14:40 | 17.06.2014

Ritratt: Kristina (xellug) u Clara: l-ewwel minn sensiela ta' koppji tal-istess sess li, bis-saħħa tal-liġi dwar l-unjonijiet ċivili, qed jifformalizzaw ir-relazzjoni ta' bejniethom.

“Permezz tas-sħubija ċivili, issiġillajna r-relazzjoni tagħna bħalma jagħmlu kwalunkwe tnejn min-nies oħra li jinħabbu u jridu jqattgħu ħajjithom flimkien,” ikkummentaw ma' inewsmalta Kristina Galea-Cavallazzi u Clara Borg, li nhar il-Ġimgħa kienu l-ewwel koppja tal-istess sess li ngħaqdet f'unjoni ċivili minn mindu daħlet il-liġi f'nofs April.

Il-koppja żżewġet f'ċerimonja mill-isbaħ li saret fi Mġarr ix-Xini, u wara sar riċeviment għall-familja u l-ħbieb fil-lukanda Ta' Ċenċ, Għawdex.

Clara Borg hija bint l-eks-Ministru u eks-Kummissarju Ewropew, Joe Borg.

No comments:

Post a Comment