Wednesday 22 January 2014

iNews Malta: Kontroversja madwar produzzjoni li tagħti “eżempji ħżiena”

http://www.inewsmalta.com/dart/20140121-kontroversja-madwar-produzzjoni-li-tag-ti-empji-iena
18:36 | 21.01.2014



Il-produtturi tal-produzzjoni JIENA NĦOBB, INTI TĦOBB irreferew għal filmat li beda jdur bil-kbir fuq il-media soċjali (jidher fuq) din il-ġimgħa. Dan għax fil-filmat membru tar-River of Love Fellowship avża pubblikament lin-nies biex ma jattendux għal din il-produzzjoni għax tagħti “eżempji ħżiena."




Il-produzzjoni titratta suġġetti bħal adozzjoni minn koppji gay, IVF, surrogacy, sesswalità u r-reazjonijiet tas-soċjetà għal dawn l-affarijiet. “Dawn kollha suġġetti jaħarqu immens u hemm eċitament kbir għal kif il-kittieb magħruf Simon Bartolo irnexxielu jgħaqqad dan kollu fi storja eċitanti u kif id-direzzjoni friska ta’ Sean Buhagiar, magħruf għal xogħol fuq Notte Bianca, fil-film Saul u fit-teatru Malti, se jagħtih il-ħajja,” qalu l-produtturi.

“Il-play ta' Simon Bartolo tittratta dan is-suġġett b'umoriżmu sfrenat, xeni u djalogar qawwija, u ma joqgħodx lura milli jtiegħem mill-ħsara li dan it-tip ta' injoranza ġġib magħha. Vera mhux għal kulħadd hekk kif m'għandu xejn mit-teatru tradizzjonali Malti,” kompla jingħad.

Il-produtturi qalu li t-teatru Malti jrid li jiftaħ opportunità ta’ evalwazzjoni adulta dwar suġġetti adulti li ninsabu mdawrin magħhom illum.

“Jekk lest li tħalli t-teatru jippreżentalek ideat, twemmin, użanzi u ħsibijiet xi ftit kontroversjali allura, JIEN INĦOBB INTI TĦOBB huwa d-dramm għalik. Jekk le, allura hemm ħafna rappreżentazzjonijiet teatrali fil-Manoel li lesti jgħaqdu l-gosti ta’ divertiment iktar tradizzjonali u li żgur ma joffendu lil ħadd,” qal il-produttur Mario Philip Azzopardi meta ġie ikkuntatjat.

Taħt tidher il-promozzjoni tal-preżentazzjoni.

No comments:

Post a Comment