Monday 28 October 2013

Parlament: Diskors tal-On. Dr Helena Dalli rigward il-Preżentazzjoni tal-Abbozz tal-Unjoni Ċivili


(UNEDITED)

ESTRATT MINN SEDUTA 065 LI SARET FIT-22 TA’ OTTUBRU, 2013
ORDNIJIET TAL-ĠURNATA

ABBOZZ TA’ LIĠI DWAR L-UNJONIJIET ĊIVILI
CIVIL UNIONS BILL

MR SPEAKER: Rimarki? Il-Ministru Helena Dalli.

ONOR. HELENA DALLI (Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili): Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili.

MR SPEAKER: Min jissekonda?

ONOR. RODERICK GALDES: Nissekonda.

MR SPEAKER: Rimarki? Il-Ministru Helena Dalli.

ONOR. HELENA DALLI: Sur President, illum huwa jum importanti ħafna għalija. Jien ferħana ħafna u kburija li qiegħda nwassal dan l-Abbozz ta’ Liġi f’din il-Kamra. Nispera li jkollna dibattitu twil kemm trid l-Oppożizzjoni, żgur m’għandniex għaġla kif kien qed jingħad barra. Aħna nixtiequ li kull min irid jieħu sehem f’dan id-dibattitu, nieħdu pjaċir li jkun hawn interess f’dan il-qasam li, minkejja li qegħdin nitkellmu fuq minoranza, nuru kemm aħna nazzjon kbir aktar ma jkun hemm minna li jagħtu kas l-interessi ta’ din il-minoranza. Fid-demokrazija ħafna drabi nisimgħu ħafna diskors fuq il-maġġoranza, xi kultant nispiċċaw li nkunu tiranija tal-maġġoranza. Huwa importanti li nħarsu bis-serjetà lejn id-drittijiet ta’ nies li forsi m’għandhomx vuċi daqsna, forsi m’għandhomx rappreżentanza, u nuru kemm aħna kbar fil-ħsieb tagħna, fil-qalb tagħna, fil-moħħ tagħna meta nagħtu kas nies li qegħdin f’minoranza.

Nixtieq nibda biex nirringrazzja lill-Kunsill Konsultattiv għax-xogħol li għamel għal dan l-abbozz ta’ liġi u għall-paċenzja li ħadu biex illum wara seba’ xhur ta’ Gvern Laburista wasalna biex nippreżentaw dan l-Abbozz ta’ Liġi. Aħna nemmnu li l-bnedmin kollha huma mwelldin ħielsa u l-bnedmin kollha huma mwelldin indaqs, ħielsa u ndaqs mhux biss fid-dinjità, iżda wkoll fid-drittijiet. Kull bniedem għandu d-drittijiet tiegħu u dan mhux għax jingħatawlu mingħand xi ħadd bħala xi opra ta’ karità jew bi ħniena, iżda kull bniedem għandu d-drittijiet għax jitwieled bniedem. Id-drittijiet huma tagħna lkoll sa mit-twelid u huma d-drittijiet indaqs li jagħtuna d-dinjità indaqs tagħna. Minkejja dan, diversi gvernijiet u awtoritajiet matul iż-żmien bnew ħitan u neħħew il-libertà ta’ gruppi ta’ individwi, speċjalment għax kienu jqisu lil dawk l-individwi differenti jew aktar dgħajfa minn oħrajn. Bħalikieku għax titwieled ta’ ġeneru partikolari jew b’abbiltajiet differenti jew għax titwieled f’ċertu razza u b’ċertu kulur ta’ ġilda, mhux bħal tal-maġġoranza, jew inkella għax titwieled b’orjentazzjoni sesswali li kien hemm min ma kienx jifhimha, jew b’identità tal-ġeneru differenti mill-apparenza tiegħek, jew għax f’ħajtek għażilt fehmiet reliġjużi u politiċi jew in-nuqqas tagħhom, ifisser li inti twelidt inqas jew aktar minn ħaddieħor.

Hawn forsi min jistaqsi lin-nies f’minoranzi: Imma għax intom differenti, kif tippretendu li jkollkom id-drittijiet bħall-maġġoranza? Hawn min iħares lejn nies differenti bħala nies difettużi u kien hawn min irrefera għal nies omosesswali bħala difettużi. Meta konna tfal kienu jibagħtuna d-dutrina fejn kienu jgħallmuna li aħna kollha mwelldin xbiha t’Alla, imma m’aħniex trattati lkoll bħala xbiha t’Alla. Kieku veru nħarsu lejn kulħadd bħala xbieha ta’ Alla ma nagħmlux differenza, ma nagħmlux diskriminazzjoni.

Sur President, ix-xogħol ta’ kull politiku f’demokrazija hu li jissalvagwarda d-drittijiet u d-dinjità ta’ kull persuna, xogħolna hu li nwaqqgħu l-ħitan tal-preġudizzji, li nwaqqgħu l-ħitan li jostakolaw l-aċċess għad-drittijiet ta’ xi wħud, xogħolna hu li nwaqqgħu l-ħitan li bnew ta’ qabilna, li jnaqqsu d-dinjità ta’ wħud minna fis-soċjetà tagħna. Illum se nibdew id-diskussjoni fil-Parlament fuq din il-liġi li qegħdin inressqu fl-ewwel sena tagħna, liġi li għalina mhijiex kwestjoni ta’ drittijiet għall-persuni gay, imma hi kwestjoni ta’ drittijiet tal-bniedem. Dan għaliex id-drittijiet ta’ persuna LGBTI huma drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem huma wkoll drittijiet ta’ persuni LGBTI. Aħna rridu naraw li kull persuna fis-soċjetà tagħna jkollha d-drittijiet bħal kull persuna umana, l-istess aċċess għal dawn l-opportunitajiet - għax mhux biżżejjed li ngħidu equal opportunities imma jrid ikun hemm l-aċċess għalihom dawk l-opportunitajiet - l-istess libertajiet u l-istess dinjità.

Aħna lkoll bnedmin u minn hemmhekk għandna nibdew, mhux dak għax “hekk” u dik għax “hekk”, aħna kollha bniedmin. Aħna Gvern li huwa ffurmat minn moviment madwar il-Partit Laburista; partit li jemmen fil-progress u fil-libertà, partit li jemmen f’soċjetà ħielsa; partit li jemmen f’soċjetà li tiċċelebra d-diversità, li jagħraf l-iżvilupp u r-realtaijiet soċjali ta’ madwarna; partit li jifhem il-bżonn ta’ separazzjoni bejn l-Istat u kwalunkwe reliġjon; partit li jgħożż l-identità tagħna l-Maltin mingħajr ma niddiskriminaw; partit li jassigura l-ugwaljanza u r-rispett lejn il-minoranzi u li fuq kollox iħares id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem.
Sur President, il-Gvern imexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat jemmen li wasal iż-żmien u l-ħtieġa għat-tisħiħ tal-libertajiet ċivili f’pajjiżna u qegħdin fuq quddiem nett biex nimplimentaw u nilleġiżlaw favur aktar drittijiet u libertajiet. Aħna min aħna, Sur President, biex nindaħlu fl-għażliet konxji u ħielsa tal-individwi? Għalina dan il-Gvern ma tagħmilx differenza int min int, x’temmen, kif tidher u ma’ min trid tqatta’ ħajtek għax nemmnu li huwa f’soċjetà ħielsa biss li kull bniedem, kif jixraqlu, jista’ jisboq l-aspirazzjonijiet tagħha u tiegħu. Pajjiżna jkun qed jilħaq il-potenzjal massimu tiegħu meta jagħti kull opportunità, kull libertà u kull dritt lil kull persuna li tgħix f’dan il-pajjiż. Dan hu l-pajjiż li aħna rridu ngħixu fih, pajjiż li ma jagħmilx differenza bejn persuna u oħra, pajjiż li fih kulħadd ikollu l-opportunità li f’ħajtu jilħaq il-miri personali, ekonomiċi u soċjali tiegħu. Dawn huma l-ideali tagħna.

Sur President, l-omosesswalità mhix xi realtà ġdida fis-soċjetà tagħna, kuntrarju għal dak li kien irrapportat li qal ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni. Jekk irrapportawh ħażin imur jgħidilhom, imma fil-ġurnal “In-Nazzjon” ġie rrapportat li l-Kap tal-PN Simon Bususttil qal li din hija realtà ġdida. Nispera li ħadu żball fil-ġurnal “In-Nazzjon” għax jien ċerta li l-Kap tal-Oppożizzjoni jaf li l-omosesswalità kienet minn dejjem. M’hemm xejn ġdid f’dan il-qasam. Din hi n-natura, però kien hawn min ipprefera li kieku din is-sezzjoni ta’ ċittadini Maltin tibqa’ inviżibbli. Dan qed ngħidu għax, apparti l-esperjenzi li nisimgħu ta’ kuljum min-nies li jgħaddu minn esperjenzi orribbli, ngħid jien, meta tisma’ mingħandhom stess dak li jgħaddu minnu, hemm anke studji xjentifiċi li juru dan. L-aħħar wieħed li nista’ nirreferi għalih jien huwa dak li sar mill-aġenzija għad-drittijiet fundamentali, il-FRA. Kellhom ’il fuq minn 93,000 respondent madwar l-Ewropa kollha u dan juri kemm is-soċjetà tagħna mhijiex inklużiva.

Jien se niffoka fuq il-parti tas-survey li titkellem fuq Malta. Pereżempju, dan jgħid li 62% tal-istudenti LGBTI f’Malta bejn l-2011 u l-2012 ħbew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. Għalina mhux aċċettabbli li jkollok min jippreferi jibqa’ magħluq fih innifsu għax jibża li s-soċjetà tagħna mhux se taċċettah. F’pajjiżna 51% ta’ persuni LGBTI jgħidu li ġew diskriminati jew harassed minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. U dan bejn l-2011 u 2012. Għalina ukoll mhux aċċettabbli li jkollok żgħażagħ li jtemmu ħajjithom għaliex iħossuhom li qed jgħixu f’soċjetà li tħares lejhom, lanqas biss tħares lejhom, tipprova taħbihom u tgħid li ma jeżistux. F’dan il-pajjiż, Sur President, 28% tas-suwiċidji jsiru minn żgħażagħ LGBTI u naturalment mhemmx għalfejn ngħid jien li dan mhuwiex aċċettabbli. Mhuwiex aċċettabbli wkoll li 92% taż-żgħażagħ LGBTI Maltin huma bullied fl-iskejjel. Għad hemm ħafna x’isir f’dan il-qasam. Pereżempju l-Ġermanja se tkun qegħda tressaq liġi biex ineħħu d-diskriminazzjoni fuq persuni intersex. Għandi kwotazzjoni minn ....... li qed tgħid: a step towards ending intersex disrimination. Ara kemm għad fadlilna biex naħdmu aħna, kemm għad hemm oqsma li rridu nindirizzaw. Dawn huma realtajiet, jistgħu jkunu ta’ tfal tagħna, ta’ ħutna li hawn min lanqas biss jafu li jeżistu. Il-Ġermanja se tkun qed tressaq liġi hailed as a sign of the times by some at the end of western civilisation by others, a German law introducing an indeterminate gender option on birth certificates has sparked a wave of media interest, ovvjament. But the change is only a small victory in the fight for intersex recognition. Hawnhekk għadna lanqas bdejna u qegħdin naraw pajjiż viċin tagħna l-Ġermanja li se jkun qed iressaq liġi biex fuq iċ-ċertifikat tat-twelid ikun hemm indeterminate sex fil-każ ta’ nies li huma intersex. Vera li għadna lura f’dan l-qasam u għalhekk għedt li hemm ħafna u ħafna x’nagħmlu f’dan is-settur tal-LGBTI però min-naħa l-oħra kuntenta li qegħdin nagħmlu passi ‘l quddiem ukoll.

Pereżempju, l-International lesbian and gay association, ILGA, ddeċiedet li l-intersex forum li kien ser isir f’New Zealand ser isir f’pajjiżna. Jien onorata li se nkun qegħdin nospita lil dawn il-pajjiżi minn madwar id-dinja f’pajjiżna li ser jitkellmu fuq diffikultajiet u problemi u x’hemm bżonn isir għal nies li huma intersex. Għalina wkoll mhux aċċettabbli li tfal transgender ma jsibux l-għajnuna mill-liġi tagħna. Għalina mhux aċċettabbli l-Kap tal-Oppożizzjoni joqgħod jisfratta d-deputati.

Għandna każijiet ta’ tfal transgender fl-iskejjel tagħna u din hija realtà tassew ta’ qsim il-qalb meta affarijiet għal tfal oħra jiġu normali trid toqgħod tmur d-Dipartiment tal-Edukazzjoni anke biex niddeċiedu liema bathroom se jużaw dawn it-tfal. Immaġina dawk il-ġenituri ta’ dawn it-tfal li jridu jgħaddu minn affarijiet li ċertu nies lanqas biss jgħaddulhom minn moħħhom. U nifhimha din, għax jekk ma tkunx taf bihom l-affarijiet mela qed nitkellmu intersex, transgender, dawn kollha nies li twieldu hekk, m’għamlux xi ħaġa differenti minna dawn biex twieldu kif twieldu. U għalhekk aħna rridu naraw li l-ħajja tagħhom ma nkomplux nagħmluhielhom iktar diffiċli milli diġà hi.

Meta konna qegħdin naħdmu fuq il-kaz ta’ Joanne Cassar niftakar jien ċemplitli omm ta’ tifel transgender tibki, qalti: sewwa qed tagħmlu limortu l-European Court u ħriġtuha minn hemm u out of port settlement u se tbiddlu l-liġi biex tista’ tiżżewweġ, qaltli: però lit-tifel tiegħi ma naffordjax nagħmilhielu r-reasignment surgery allura dan mhu se jkun hemm xejn għalih. U fil-fatt għedtilha: iva sinjura se nkunu qegħdin naħdmu, diġà għandna abbozz tal-liġi tal-identità tal-ġeneru fejn inti ma jkollokx għalfejn tagħmel ir-reassignment surgery biex jgħidulek issa inti kont raġel u issa sirt mara, dak li fil-fatt tħossok li inti imma tiddikjara inti l-ġeneru li tħossok inti fih. Din mhijiex a walk in the park, mhijiex xi passiġġata, mhijiex xi ċajta li inti tkun mara trapped ġo ġisem ta’ raġel, bil-ġenitali ta’ raġel imma moħħok ta’ mara u tħossok li inti mara. U għalhekk għandna din il-leġislazzjoni li nitama li se nkunu qegħdin inressquha hawnhekk dwar l-identità tal-ġeneru. U din il-mara kienet każ, anke kieku kien għaliha biss, imma mhux għaliha biss. Qaltli aħna għaddejjin minn passjoni għax ma jistax, imbagħad jilbes ta’ mara l-identity card ta’ raġel, jitkellem ta’ mara, għaliex mhemmx xi ħaġa li tagħtih l-identità tiegħu legalment ta’ mara, uffiċjalment jiġi rikonoxxut bħala mara, jekk aħna m’għandniex il-flus biex nagħmlulu l-operazzjoni. Dawn huma kollha realtajiet, Sur President, u għalhekk għedt jalla jkollna t-80 siegħa jew kemm aħna allokati kollha biex nitkellmu fuq dawn ir-realtajiet għax jien nixtieq li anke barra t-triq ikun hemm id-diskussjoni ħalli min għandu dawn il-problemi mhux jistħi jew jaħbihom, m’għandkomx min xiex tistħu, intom m’għamiltu xejn biex it-tfal tagħkom jew ħutkom għandhom dawn ir-realtajiet. Għandna nkunu soċjetà miftuħa li nitkellmu fuqhom dawn l-affarijiet.

Għalina ukoll mhux aċċettabbli li jkollok individwi li jispiċċa bla xogħol minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. U hawn, Sur President, ħafna min għandu x’iwieġeb. Hemm min bl-iskuża tal-life style ta’ persuna u uħud min-naħa ta’ faċċata jafu x’qed ngħid li ċaħdu impjiegi lin-nies LGBTI għax qalulhom il-life style tagħkom ma jaqbilx max-xogħol li se tkun qed tagħmel u dan kien xogħol ġo uffiċċju. Jiġifieri ma nafx kif daħal fl-istorja. Din waħda mill-eżempji li naf, kienet l-ewwel persuna li ġiet tgħajjarni għax se nressaq dan l-abbozz ta’ liġi f’din il-Kamra.

F’Malta 22% tal-persuni LGBTI jgħidu li ġew diskriminati fuq il-post tax-xogħol. Qegħdin it-tmien pajjiżi fl-Unjoni Ewropea kollha fejn tidħol diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol. Jiġifieri minkejja li nagħmlu l-liġijiet, dak li dejjem ngħidu li l-importanti hija li teduka, li tbiddel il-kultura, li n-nies jifhmu dak li qegħdin ngħidu. Liġi tiġi hawn u tagħmilha imma fir-realtà qegħdin naraw f’dan is-survey li qegħdin fil-post numru 8 fejn tidħol diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol. Issa nafu li l-liġi tgħid li ma tistax tiddiskrimina fuq il-post tax-xogħol minħabba orjentazzjoni sesswali. Però r-realtà hija li ssir d-diskriminazzjoni.

Mhux aċċettabbli wkoll li dawn l-individwi jħarsu lejn il-ġejjieni mingħajr l-opportunitajiet li individwi oħra għandhom. 35% ta’ persuni LGBTI jħossuhom li ġew ddiskriminati fis-sena li saret is-survey bejn 2011 u 2012, materji anke mhux relatati max-xogħol. Qegħdin mbagħad fis-seba’ post mill-pajjizi tal-Unjoni Ewropea bl-aktar ammont t’a nies li ġew diskriminati minħabba orjentazzjoni sesswali tagħhom. Fis-seba’ post, jiġifieri għandna ħafna x’naqdfu biex nbiddlu din is-soċjetà u nedukaw din is-soċjetà fuq din il-materja. Mhux aċċettabbli wkoll li numru minn dawn l-individwi telqu minn Malta biex jgħixu l-ħajja bid-dinjità li tixraq lil kull persuna. Mhux aċċettabbli wkoll li jkollok kopja tal-istess sess li ma tistax tibbenefika bħalma jibbenefikaw kopji oħra minn għajnuna pereżempju li jagħti l-Gvern, jekk ikollok bżonnha. Jew li jkollok kopja tal-istess sess li meta jixtru d-dar jew l-appartament tagħhom ma jistgħux jieħdu loan bħal kull kopja oħra. Mhux aċċettabbli kopja tal-istess sess jiġu diskriminati fl-assikurazzjoni tal-karozzi jew tad-djar tagħhom. Imma dawn huma r-realtajiet. Mhux aċċettabbli li jkollok persuna li għexet ħajjitha kollha mal-partner mbagħad jekk jiġri xi accident u dan il-partner jidħol l-isptar għall-kura, lil din il-persuna ma jirrikonoxxuhiex u jgħidulha: inti m’inti ħadd, m’għandekx dritt, ma nistax nagħtik informazzjoni fuq is-sieħeb jew is-sieħba tiegħek.

Mhux aċċettabbli wkoll li t-tfal ta’ kopja tal-istess sess li jgħixu fostna jħossuhom skomdi fl-iskejjel fejn imorru u għalhekk il-bżonn ta’ edukazzjoni. Mhux aċċettabbli wkoll li t-tfal ta’ kopja tal-istess sess jkollhom ġenitur wieħed biss rikonoxxut, it-tfal kollha għandhom ikollhom dritt li jgħixu fil-familja tagħhom u li jkollhom id-drittijiet tagħhom kollha rrispetati. Kif diġà għedt mhux se nbiddlu dan kollu bil-liġi li qegħdin nippreżentaw għax irridu naħdmu ħafna u ħafna biex inbiddlu l-atteġjament, il-kultura, l-impenn tagħna li nifhmu dawn ir-realtajiet, li nagħtu kas, li nkunu vera a caring society, li vera nkunu soċjetà solidali mal-minoranza.

Ilna għal dawn l-aħħar snin, Sur President, nitkellmu dwar l-importanza tat-tisħiħ tad-drittijiet ċivili f’pajjiżna u għal bosta drabi meta konna għadna fl-Oppożizzjoni offrejna l-koperazzjoni tagħna mal-Gvern preċedenti għaliex nemmnu li fejn jidħlu drittijiet tal-bniedem m’għandux ikun hemm logħob politiku partiġjan. Però minkejja dan li offrejna din il-koperazzjoni tagħna ma tantx sibna koperazzjoni min-naħa tal-Gvern dak iż-żmien. Però xorta ħriġna għonqna u bdejna naħdmu biex insaħħu u ndaħħlu iktar drittijiet u libertajiet ċivili f’pajjiżna. Bdejna billi tajna l-appoġġ għall-ħidma tal-kampanja favur id-dħul tal-liġi tad-divorzju f’pajjiżna, liġi mhi xejn ħlief għodda biex tagħti d-dritt taż-żwieġ lil ħafna familji li ma kenux rikonoxxuti speċjalment għax kellhom żwieġ preċedenti li falla u dak iż-żmien kienu jbeżżgħuna, kienu jgħidulna li se nkunu qegħdin inkissru s-soċjetà tagħna, anke beżżgħuna bl-infern u baqgħu sakemm morna għar-referendum fejn il-poplu Malti u Għawdxi ta messaġġ ċar u xorta ħafna minnhom baqgħu sakemm ivvutaw kontra fil-Parlament, kontra r-rieda tal-poplu Malti, kontra xi ħaġa li vvutat għaliha l-maġġoranza, allavolja dan kien dritt tal-minoranza. Għalhekk jien ma tantx naqbel ma’ każijiet fejn għandek drittijiet ta’ minoranza u anke d-divorzju kien dritt ta’ minoranza li tiddeċiedi l-maġġoranza. Għax kieku l-maġġoranza qalet le, din il-minoranza xorta kienet se tibqa’ tbati. Allura l-maġġoranza m’għandhiex tiddeċiedi fuq id-drittijiet tal-minoranza. Però f’pajjiżna mxejna pass ieħor ‘il quddiem u ħadt pjaċir nara l-maġġoranza tivvota għad-dritt ta’ minoranza.

Ħdimna internament fil-partit tagħna biex nagħtu sinjal ċar li aħna partit li nemmnu li kulħadd għandu jkollu l-istess opportunitajiet u aċċess għal dawn l-opportunitajiet. Għamilna l-istess kif dħalna fil-gvern, ridna u bdejna naħdmu sa mill-ewwel ġurnata tagħna biex indaħħlu fil-kostituzzjoni li ma jistax ikun hemm diskriminazzjoni abbażi ta’ orjentazzjoni sesswali u identità tal-ġeneru, bħala tnejn mill-bażijiet li fuqhom ma tistax issir diskriminazzjoni. Fl-ewwel ġranet tiegħi bħala Ministru għal-libertajiet ċivili, hekk kif ftit xhur wara kien tħabbar li Dr Franco Debono se jkollu f’idejh r-responsabbiltà tar-riforma kostituzzjonali ta’ pajjiżna, jien kont waħda mill-ewwel Ministri li mort inkellmu biex ngħidlu li hemm bżonn li ndaħħlu li l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru fil-Kostituzzjoni. Għaldaqstant nieħu gost ħafna nara li l-Oppożizjoni li mhux biss qegħda taqbel ma’ dan imma li ressqet hija wkoll private members bill l-Onor. Buttigieg biex din l-emenda tidħol minnufih. Hija xi ħaġa tajba li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaħdmu u jaqblu biex kull individwu f’pajjiżna jkollu l-istess drittijiet u l-istess opportunitajiet. Aħna rridu li jkun hemm dan il-qbil bejnietna, la aħna fhimna li biex Dr Franco Debono ilesti mix-xogħol tiegħu f’dak li jrid isir f’bidliet għall-kostituzzjoni, dan se jieħu ż-żmien u aħna bil-kontra tal-Gvern Nazzjonalista ta’ qabel li private member’s bill fuq identità tal-ġeneru ħalliha kważi tlett xhur fuq l-ixkaffa, aħna rraġunajna li jekk inressqu dan il-private member’s bill minnufih, din il-bidla fil-Kostituzzjoni se tidħol qabel ma jidħlu l-bidliet l-oħra fejn aħna konna se ndaħħlu din flimkien ma’ pakkett sħiħ. Allura għax verament aħna jinteressana li nagħmlu progress u nagħmlu progress kemm jista’ malajr f’dan il-qasam, għedna ma noqogħdux nistennew li jkollna dan il-pakkett, la issa hemm il-private member’s bill ma nħalluhx jiġbor it-trab, bħalma ġabar it-trab l-private’s member’s billi tal-Onor. Evarist Bartolo fuq l-identità tal-ġeneru u se nkunu qegħdin niddiskutuh għada. Dan juri, Sur President, kemm aħna differenti min-naħa l-oħra ta’ din il-Kamra u mozzjonijiet nilqgħuhom b’sodisfazzjon u intellgħuhom għad-diskussjoni u kif semmejt diġà għada se nkunu qegħdin inressqu .... Għalkemm s’issa din l-emenda titkellem fuq orjentazzjoni sesswali biss, jien se nkunu qed inresaq emenda għal din ħalli tidħol ukoll l-identità tal-ġeneru. Nispera, Sur President, li l-Oppożizzjoni tabqel ukoll li mhux tidħol kif inhi fuq il-bill bħalissa, orjentazzjoni sesswali biss imma tidħol ukoll l-identità tal-ġeneru.

Semmejt diġà kif tlett snin kellna dan il-private member’s bill dwar l-identità tal-ġeneru li kien ukoll miktub minn Dr Neil Falzon, l-istess persuna li flimkien mal-kunsill konsultattiv abbozza din il-liġi li qegħdin niddiskutu hawnhekk. Dr Neil Falzon ukoll kien abbozza l-liġi li tagħti drittijiet lill-persuni transgender. Imma sfortunatament minkejja li ilha mitkuba, fil-fatt erġajna rajniha, erġajna ressaqniha fil-kunsill konsultattiv, rajniha u issa lesta biex tersaq f’dan il-Parlament nittama ma ndumux.

Irrid ngħidha din, jien niskanta fejn filwaqt li konna ċari li fuq il-kunsill konsultattiv hemm għaqdiet ċivili li jaħdmu fuq issues LGBTI, l-partit Nazzjonalista meta ħadu l-pożizzjoni li ħadu xi żmien wara l-elezzjoni, qalu: imma lilna ma poġġejtunix .... Mela jekk inti kellek il-poter li tagħmel xi ħaġa, li tbiddel l-affarijiet, meta kontu fil-Gvern u stajtu ressaqtu l-liġi transgender konkretament stajtu tagħmlu xi ħaġa, għaliex ma għamiltuhiex. Kif issa qegħdin tgħidu f’daqqa, għax ma poġġejnikomx fuq il-kunsill konsultattiv LGBTI. Mhemmx partiti politiċi hemmhekk, hemm AD LGBTI għax għandhom sezzjoni li taħdem fuq issues LGBTI. Hemm LGBTI labour għax jaħdmu fuq issues tal-labour. Issa meta jkun hemm LGBTI PN, qed ngħidilhom minn hawnhekk noffrulkom li jekk tridu tkunu fuq dan il-kunsill imma its a bit rich li meta kellkom l-poter politiku li ttellgħu liġi ta’ transgender li kienet miktuba u lesta ma ressaqtuhiex, meta kellkom il-poter li tagħmluha, m’għamiltu xejn. Bil-kliem tgħidu ħafna affarijiet .... Ma poġġewnix fuq il-kunsill ... Le, hemmhekk mhemmx partiti politiċi, hemmhekk hemm għaqdiet li jaħdmu fuq issues LGBTI għalhekk mintomx qegħdin hemmhekk. Kif ikollkom dik, tkun miftuħa għalikoml-kunsill konsultattiv.

Sur President, u l-istess lil Joanne Cassar, għaddewha minn martirju. Sur Presient, meta kellkom il-poter politiku li tista’ tagħmlu xi ħaġa konkretament. Rebħet il-każ fil-qorti ta’ pajjiżna, marret Constitutional Court, rebħitu wkoll, flok biddiltu l-liġi biex tista’ tiżżewweġ din, appellajtu, bgħattuha tiġġerra ġo Strasbourg, ġol-Qorti tad-Drittijiet Umani biex tieħu dak li hu tagħha. U issa jgħidu ..... Intom x’għamiltu għalihom dawn? Għaddejtuhom minn inferm. Joanne Cassar u l-bil l tat-transgender, l-iktar riċenti qed nitkellem, bil-fatti, kellkom il-poter politiku biex konkretament tagħmlu xi ħaġa għalihom dawn n-nies. Għaddejtuhom minn infern, tilfet ix-xogħol, nefqet il-flus, lanqas naf minn xiex m’għaddietx din. U rebħet il-każijiet hawn Malta. Il-Gvern x’għamel? Flok biddil il-liġi ħalli tista’ tiżżewweġ, appela mil-liġi mill-ewwel sentenza u mbagħad appella mis-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali . din hija r-realtà, imbagħad jiġu jgħidu hwnhekk li mhux qegħdin fuq il-kunsill konsultattiv. Mhemmx partiti hemmhekk għalhekk imxejna. Kieku kellna nħarsu lejn il-politika hemmhekk ngħidlek li iktar hemm nazzjonalisti fuq il-kunsill kunsultattiv, hemmhekk mhux bil-politika qegħdin. Hemm qegħdin bil-materja tax-xogħol li qegħdin naħdmu fuqha. U għalhekk kif semmejt konna aħna li waqqafna din il-kawża ta’ Joanne Cassar fil-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem u konna aħna wkoll li lleġislajna d-dritt taż-żwieġ lill-persuni transgender, fl-ewwel żmien ta’ din il-leġislatura billi emendajna l-Kodiċi Ċivili. Jien ngħid li kienet tal-mistħija li nitrattaw lin-nies b’dan il-mod quddiem il-Qorti, Joanne Cassar rebħet il-kawża fil-Qorti Ċivili, rebħet il-kawża fil-Qorti Kostituzzjonali u l-Gvern kull darba jappella sakemm din kellha tmur tieħu raġun barra pajjiżha. U flok biddlu l-liġi ħallewha tmur il-European Court of Human Rights. Għalhekk niskanta kif jiġu hawn issa għax mill-Oppożizzjoni, mela kellek il-poter politiku li tgħinhom lil dawn in-nies, li tressqilhom liġi ta’ transgender m’għamilt xejn u issa qed tilmenta li mhux qiegħed fuq il-kunsill. Come on, grow up. Kellna nkunu aħna wkoll li ftit xhur .....

MR SPEAKER: Point of order.

ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG: Il-point of order li l-Ministru qegħda prattikament tattakka fuq affarijiet li wrew rieda tajba u se tibqa’ sejra, wasalna fil-livell baxx li we grow up ....

MR SPEAKER: Ministru qed titkellem is-Sejda. Mhu point of order xejn. Kompli.

ONOR. HELENA DALLI: Dan mhu point of order xejn, Sur President, u li qed ngħid jien qed nitkellem fuq xi ħaġa li għadhom jgħiduha sal-bieraħ stess, li huma mhumiex qegħdin jibku għax mhumiex fuq il-kunsill konsultattiv, meta l-partiti politiċi mhux posthom fil-kunsill konsultattiv jekk m’għandhomx a special branch li qed taħdem fuq issues LGBTI. Dak hu l-point of order. Jien nagħmlu point of order. U qed nagħti r-raġuni għalxiex dawn m’għandhomx il-jedd li jitolbu li jkunu fuqu għax meta kellhom il-poter politiku li jagħmlu xi ħaġa, m’għamluhiex. (Interruzzjonijiet)

MR SPEAKER: Order. Kompli indirizza lis-Sedja.

ONOR. HELENA DALLI: I l-liġi ħallewha tlett snin fuq l-ixkaffa u Joanne Cassar bagħtuha l-European Court of Human Rights meta kellhom il-poter. Dik hi r-realtà u hija relata mal-kunsill konsultattiv għax ma wrew l-ebda ħeġġa li jagħmlu affarijiet għalihom dawn in-nies. Konna aħna li ftit xhur ilu tlajna l-Olanda, the Hague, biex imbuttajna għax konna mistiednin li nmorru nagħmlu hekk lill-Kummisjoni Ewropea li tlesti t-triq ċara għall-ugwaljanza ta’ persuni LGBTI. U aħna ta’ din in-naħa tal-Kamra qegħdin inressqu din il-liġi in line ma’ dak li ntrabat li nagħmlu f’din il-laqgħa f’The Hague għall-konsiderazzjoni ta’ dan il-Parlament. U se nkunu aħna li f’dawn il-ħames snin se nkomplu niġu hawn nressqu liġijiet ta’ drittijiet ċivili ġodda f’dan il-pajjiż biex minn fost l-agħar fl-Ewropa fid-drittijiet ta’ persuni LGBTI nippruvaw nsiru jekk mhux l-aħjar imma naħdmu għal dak l-għan. Nifhem Sur President li dan mhux suġġett faċli, nifhem u nirrispetta l-fehmiet ta’ min ma jaqbilx magħna iżda anke jekk ifisser li nistgħu ma nkunux popolari ma’ kulħadd, nemmnu b’qalbna kollha fl-ugwaljanza u fid-drittijiet tal-bniedem. Liema hi, Sur President, dik l-omm li tiċħad lil binha jew lil bintha għax hi dik li hi jew għax hu dak li hu. Dawn aħna kollha ulied ta’ dan il-pajjiż, tad-dinja ngħid jien mhux tal-pajjiż u aħna fid-dmir li nagħtu dak kollu li għandna lil ħutna u lil uliedna.

Sur President, dan l-aħħar żmien smajt ukoll min daħħal il-Knisja ukoll fin-nofs, xi ħaġa li m’għandhiex x’taqsam għax aħna qegħdin nekwiparaw maż-żwieġ ċivili mhux maż-żwieġ tal-Knisja. Ovvjament il-Knisja titkellem għandha kull dritt bħal ħaddieħor li titkellem però aħna nekwiparaw naturalment maż-żwieġ ċivili mhux maż-żwieġ fil-knisja. Però la qed isiru dawn il-ħsejjes, there are people who are making these noises, ħassejt li għandi niġbed l-attenzjoni li m’għandniex nisimgħu qanpiena waħda tal-knisja biss għax hemm bosta kurrenti oħra li jitkellmu b’ċertu modi fuq dak li qegħdin ngħidu. Se nsemmiha, nerġa’ ngħid l-Knisja ma tidħol xejn f’dan għax aħna qegħdin nekwiparaw ma’ żwieġ ċivili mhux ma’ żwieġ tal-Knisja. Però xi ħadd bgħattli x’qal Francis De bernando ta’ New Wales Ministry. New Wales Ministry jgħidu building bridges between the LGBTI community and the Catholic Church. Dan ra x’għedt jiena fil-konferenza stampa li kelli l-ġimgħa l-oħra u dan Mr De Bernando, ma nafx min hu jiena, imma naf li huwa d-direttur ta’ the New Wales Ministry u qal hekk, għaliex il-konferenza stampa tiegħi dehret pink news u ra minn hemmhekk. U fost affarijiet oħra fejn ikkritika x’qalet il-Knisja, imma dik mhux se nidħol fiha jien, qal :

The bill is currently being debated by the nation’s parliament which is also considering a bill to outlaw homofobic discrimination. When the civil union bill was introduced this week, Malta’Equality Minister Helena Dalli spoke words taht sound more like Pope’s Francis message than the bishop statement did. And he reported Dalli’s commented ......

Dan ħa l-quotation fejn jien fil-konferenza stampa għedt: We are peeple before we are straight, gay, black, white or red. We have to move toward society that chance discrimination and everyone enjoys rights to live a happy life. Jiġifieri bl-iktar mod sempliċi u dan il-persuna għoġbu jgħid li l-messaġġ li qed nagħti jien huwa iktar in line ma’ dak li qed jgħid l-Papa milli dak li qed jgħidu l-isqfijiet hawn Malta. Jien din xi ħadd bagħatili, lil min bagħatili nirringrazzjah għax ovvjament ma kontx rajtha imma interessanti min qed jipprova jdaħħal fil-borma l-Knisja, qegħdin aħna nitkellmu fuq dawn id-drittijiet li ħadd ma jista’ jiċħadhom. Jekk verament nemmnu fil-Kristjaneżmu dawn huwa l-mod li rridu nitkellmu bi drittijiet għal kulħadd.

Xi ħaġa oħra li l-istess persuna bagħatitli kienet intervista li Ariandne Massa għamlet fit-The Times 2008 fejn intervistat soru jisimha Sister Jeanine Gramic ?? u l-intervista jisimha: The Unlikely Rabble u meta qed titkellem u staqsewha fuq same sex union, din wieġbet hekk u se ngħidha eżatti kif inhi kwotata hawnhekk: How does she reconcile the argument that same sex unions are unnatural? U qed għid din is-soru, din hija soru wkoll li taħdem f’New Wales Ministry:

Our problem as human beings is that we think only one thing is natural and anything beyond that is unnatural. We think that whate is natural for most has to be natural for everybody and that’s not true. These arguments are based on plumbing one’s sexual organ fits in another. That’s riduculous. This is a very male based theology. Sister Jeannine beleives there is a radical need for reform and though new ideas are being pushed forward by theologians they were being quashed by the Vatican.

Din soru li staqsewha x’taħseb fuq is-same sex unions u li jgħidu li mhumiex naturali u din qegħda tweġibhom li what is natural for most does not necessary mean that it is natural for everybody. Dan għal min jinkwieta għaliex hawn min qed jgħidilna li se nmorru l-infern. Tajjeb li nisimgħu kollox, naqraw kollox ħalli jkollna perspettiva dettaljata tal-affarijiet li qegħdin nagħmlu imma l-bażi ta’ kollox jibqa’ li nemmnu li dawn il-persuni fis-soċjetà tagħna ma jistgħux jistennew iktar biex ikollhom drittijiet daqs kull persuna oħra u għalkemm il-progress għad-drittijiet ugwali mhux faċli, nemmnu li dawn il-passi għandna nagħmluhom malajr kemm hu possibbli. Naf li se jkun hawn min ibeżżagħna kif diġà kein hemm, naf li hemm min se jgħidilna li bid-drittijeit li se ndaħħlu se mmorru l-infern, imma dan il-moviment qat ma ta kas dan it-theddid għax nemmnu li qegħdin nagħmlu xi ħaġa tajba, qegħdin naraw li l-bnedmin umani ma jkunx hemm tal-ewwel klassi u tat-tieni klassi imma kulħadd ikollu d-drittijiet li jixraqlu.

Aħna kommessi li lil dawn in-nies, min qed ibeżżagħna bl-infern, qegħdin nipprovaw inneħħu lil dawn in-nies mill-infern. Meta kellmitni Joanne Cassar, qaltli li għaddewha mill-infern. Meta ċemplitli dik il-mara li għandha t-tifel transgender u m’għandhiex flus biex tagħmilu l-operazzjoni qaltli li huam jgħixu fl-infern. L-infern f’din id-dinja qiegħed u aħna qegħdin nagħmluh, huma diġà jkollhom l-infern tagħhom, ejja ma nkomplux nagħmlulhom iktar jaħraq dan l-infern.

Irrid nieħu fti ħin biex nidħol fil-liġi li qed nipproponi u din il-liġi tikkonċerna primarjament imma mhux neċessarjament persuni LGBTI imma persuni li twieldu ħielsa bħal kull persuna oħra fis-soċjetà u lig ħandhom dritt għall-ugwaljanza u d-drittijeit u d-dinjità għax huma bnedmin. Meta fil-passat inkitbu liġijiet li jitkellmu dwar id-drittijeit taċ-ċittadini ta’ pajjiżna, dawn inkitbu mingħajr ma ġew ikkonsidrati persuni LGBTI, ġew miktuba mingħajr ma ġew ikkonsidrati persuni b’diżabilità, tfal jew minoranzi oħra fil-pajjiż u nirrepeti li aħna nemmnu li dawn il-persuni kollha għandhom ikollhom l-istess drittijiet għax dawn huma lkoll bnedmin bħalna. Illum, li se nkunu qegħdin nagħmlu huwa li se nwessgħu d-drittijeit li diġà ħafna bnedmin għandhom biex dawn jitgawdew minn iktar setturi tas-soċjetà kollha. M’aħniex se nkunu qegħdin nivvintaw xi set ta’ drittijeit ġodda jew speċjali, m’aħniex nivvintaw xi affarijiet ta’ barra minn hawn. Imbagħad, minn dak li smajt ilbieraħ li n-naħa l-oħra se jagħmlu xi emendi, nistaqsi liema huma dawk id-drittijiet li l-oppożizjzoni trid tneħħi minn dawn id-drittijiet li qed nippreżentaw aħna. Nistenna li tgħidilna liema huma dawk id-drittijiet li l-oppożizjzoni trid tnaqqas lil min se juża din il-liġi għax qalu li se jippreżentaw xi emendi. Liema huma dawk id-drittijiet li kull persuna li qiegħda fin-naħa tla-oppożizzjoni trid tneħħi minn din il-liġi li qegħdin nippreżentaw illum.

Aħna nemmnu fl-ugwaljanza mingħajr ekwivoku, qegħdin ngħidu li ladarba koppja tirreġistra unjoni ċivili din għandha jkollha l-effetti u konsegwenzi kollha li jikkorrespondu għal kapitlu 255 tal-liġijeit ta’ Malta. Dan ifisser li kull koppja li tidħol f’unjoni ċivili se jkollha dawn l-istess dritijiet. Għaldaqstant se tispiċċa d-diskriminazzjoni kolha li kienet teżisti sal-lum ibbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali tal-individwi f’koppja. Jekk l-oppożizjzoni trid iddaħħal verament klawsola fil-Kostituzzjoni biex tneħħi d-diskriminazzjoni li jgħixu ta’ kuljum persuni LGBTI, kif imbagħad tgħid li trid tnaqqas minn din il-liġi? Ma nistax nifhem. Ilbieraħ, il-Kap tal-Oppożizzjoni, qal li dan huwa pass importanti u storiku imma fl-istess waqt qal li din il-liġi, jekk ikkwotawh sew, subject to correction jekk ma kienx rapportat tajjeb għax kemm-il darba tiġri din, filli qal li dan huwa pass storiku imma fl-istess waqt qalilna li din il-liġi toħloq konfużjoni. Iddeċiedu, dan huwa pass importanti u storiku jew pass ta’ konfużjoni? L-Onor. Simon busuttil li qed jgħidilna konfużjoni, l-espert legali fuq drittijiet tal-bniedem li kiteb din il-liġi u li hu u sħabu fuq il-kunsill konsultattiv qal:

I am very happy with the resulting Bill. It is as close to what we wanted as the government would accept.”

Kuntent ħafna bir-riżultat ta’ din il-liġi, hija l-iktar viċin ta’ dak li xtaqna u dak li l-gvern aċċetta. Dan x’qed jgħid l-espert, Dr Neal Falzon, li huwa gay ukoll, li għadu kif iżżewweġ u nifirħulu imma l-Onor. Simon Busuttil qalilna konfużjoni. L-Onor. Simon Busuttil qed jgħid konfużjoni, u Dr Neal Falzon li naħseb jaf xi ħaġa f’dan is-settur qed jgħidilna:

I am very happy with the resulting Bill, it is as close to what we wanted as the government woudl accept.”

Dan huwa t-taħwid li hemm fin-naħa l-oħra u għalhekk bdew jgħidu mgħaġġla u mhux mgħaġġla. Għandkom 80 siegħa, iktar minn 80 siegħa, fejn hi mgħaġġla? Issa qed jgħidilna pass importanti, imbagħad qalilna konfużjoni. L-espert qed jgħidilna li hu kuntent ħafna bir-riżutlat ta’ din il-liġi. Dawn x’inhuma dawn l-affarijiet? C’è qual cosa che non va.

Din hija l-istess persuna li fasslet liġi oħra importanti, qed nirreferi ta’ Dr Neal Falzon, dwar l-identità tal-ġeneru. Il-liġi tal-identità tal-ġeneru kitibha l-istess persuna, Dr Neal Falzon, imma għahda ma resqitx biex tiġi għad-diskussjoni f’dan il-Parlament. Il-Kapt al-Oppożizzjoni qed jgħidilna li jaf iżjed, la qed jgħidilna konfużjoni, minn avukat li l-issues LGBT huma parti minn ħajtu, mil-esperjenza tiegħu, minn kif jgħix apparti l-legal training tiegħu, expert in human rights, l-esperjenza personali tiegħu imma l-Onor. Simon Busuttil qed jgħidilna li dan għamlilna konfużjoni. Jaf iżjed minnu, j’Alla! Possibbli li l-Kap tal-Oppożizzjoni għadu daqshekk maqtugħ min-nies? Dan mhux suppost qabel l-elezzjoni kein delegat speċjali biex jiltaqa’ man-nies fil-kċejjen tagħhom? Ara, fil-“Malta Right Now”:

Il-Prim Ministru ħabbar li ħatar lil Simon Busuttil bħala delegat speċjali biex permezz tal-istruttura tal-AZAD jorganizza numru ta’ laqgħat ma’ struturi…”

He has lost touch completely. Suppost kein qed jagħmel dan l-eżerċizju. Waqaf jagħmlu dan l-eżerċizju? Ara, aħna, ftaħna l-Ministeru tagħna għaċ-ċittadini, għal NGOs, immorru fil-komunità, jiġu għandna u rridridna liġi li tirrifletti l-ħteġijiet tan-nies u min jaf iżjed mill-ħteġijiet tan-nies, minn dawk li qegħdin jgħixu f’din il-komunità, minn dawk li huma esperti fid-drittijeit umani, minn dawk li wħud minnhom jgħixu din ir-realtà? Dak huwa l-kuntatt man-nies, meta tkun delegat speċjali ma tant naħseb li mar fil-kċejjen għax kieku dawn l-affarijeit li qed ngħid illum jafhom l-Onor. Simon Busuttil u ma jiġix jgħid din hiaj konfużjoni. Issa naraw x’se jgħid. Għalija, qed jgħidlu, Dr Neal Falzon, inti ma tifhem xejn għax inti konfużjoni ktibt. Hekk qed jgħidlu.

L-Onor. Simon Busuttil qal ukoll li l-PN fil-gvern kellu liġi li proponiha fil-Parlament u kienet bdiet tiġi diskussa imma ma laħaqx ittieħed vot dwarha. Dażgur għax għamlu sena u nofs mingħajr ma jressqu liġi għax beżgħu jieħdu vot, imbaħgad lilna qed jgħidulna li qed ngħaġġlu. Forsi għalhekk għax għax wara sena u nofs ma jagħmlu xejn, aħna li għaddejna dawn il-liġijiet kolha, issa qed jgħidulna li qegħdin ngħaġġlu imma fuq din il-liġi li kien ressaq il-gvern preċedenti, nerġa’ nikkwota l-istess espert, Dr Neal Falzon, u tkellem nhar il-Ħadd fuq din il-liġi li l-Onor. Simon Busuttil qed jgħid li ressqu waħda, m’għaddewhiex għax ma laħqux ħadu vot. Ma setgħux jieħdu vot fuqha mhux għax ma laħqux imam that’s another story. X’qal l-espert Neal Falzon fuq il-liġi li qed jiftaħar biha l-Onor. Simon Busuttil? Dan qal hekk:

The problem was that the law lumped same sex relations with other forms of relationships that have nothing to do with marriage at all. Falzon points out, personally, I found it offensive…”

Offensive qed jgħidilha l-liġi li qed jiftaħar biha l-Onor. Simon Busuttil!

Personally, I found it offensive that the government would attempt to recognise same sex relationships based on intimacy and love with other forms of families including brothers and sisters or other family members living under the same roof. Besides, the two issues needed to be addressed independently of each other. Yes, there was need for regulationof non typical family models but it is not the same need as the need for full marriage equality, the two issues are not interchangeable.”

Dan qed jgħid li l-Bill li ressaq il-Gvern Nazzjonalista li qed jiftaħar bih l-Onor. Simon Busutil, kein offensive, jiġifieri biex meta nitkellmu ma naħsbux li qegħdin nitkellmu mat-tfal.

Għalhekk, ngħid li dak li wegħidna, qegħdin inwettquh. Ressaqna dan l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Unjoni Ċivili, fl-istess waqt, bħalissa, l-NCPE qegħdin jaħdmu fuq Abbozz ta’ Liġi dwar il-koabitazzjoni għax nafu li dik hija realtà oħra, nafu li għandna nies li qegħdin jgħixu flimkien mingħajr ebda protezzjoni legali imma dik it’s a different kettle of fish altogether u għalhekk Dr Neal Falzon qallhom this is offensive. Kif titfa’ fl-istess borma s-same sex mal-aħwa u ma’ koppji oħrajn? Dawn kawlata sħiħa għamlu u għalhekk aħna, għax nafu li hemm bżonn li jkun hemm qafas legali għal min jikkoabita, qegħdin naħdmu fuq dan l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-koabitazzjoni li huwa importanti li jersaq f’dan il-Parlament sabiex dawk li ma jridux jidħlu f’unjoni ċivili, ikollhom qafas legali għar-relazzjoni tagħhom.

Qed ngħidu li qegħdin indaħlu din il-liġi ta’ unjoni ċivili li tagħti ugwaljanza, dan ifisser li meta koppja, pereżempju, ikollha dar matrimonjali tagħha, din tkun tista’ tinbigħ jew tinkera bl-approvazzjoni taż-żewġ individwi, capital gains ma titħallasx f’każ li xi proprjetà tingħat amingħand sieħeb fil-koppja lill-ieħor, ikun hemm l-għażla għal koppja li jagħżlu bejn il-komunjoni tal-akkwisti dik magħrufa bħala l-CORSA kif ukoll is-separazzjoni tal-assi. Imsieħba f’unjoni ċivili jistgħu jagħmlu testment unità carta bħal fiż-żwieġ, is-sieħeb jew it-tfal tal-koppja ikunu eliġibbli għal leġitima fil-każ tal-mewt. Meta wieħed mill-imsieħba jmut mingħajr testment, nofs l-assi jmorru għand is-sieħeb jew sieħba l-oħra u n-nofs l-ieħor imur għand it-tfal, jekk il-koppj ajkollha t-tfal. Is-sieħeb tal-assenti barra minn dak li jkun imisshom bis-saħħa tal-kitba taż-żwieġ jew b’wirt jew jew titolu ieħor skont il-liġi jistgħu f’każ ta’ bżonn jitolbu li tiġi mogħddija lilhom somma għal manteniment meqjusa skont il-kondizzjoni tal-familja u l-ammont tla-assi tal-assenti. Kuntratt ta’ bejgħ bejn l-imsieħba jkun null ħlief f’każi eċċezzjonali. Dawn huma kollha drittijeit li, illum, koppja li ilhom jgħixu flimkien jew se jibdew jgħixu flimkien għax huma tal-istess sess u ma jistgħux jidħlu f’dan il-qafas legali, ma kellhomx drittijiet għalihom. Fuq dan qegħdin nitkellmu meta nsemmu drittijiet. Li tista’ tidħol għall-assigurazzjoni fuq il-ħajja individwalment jew bħala koppja, l-armel jew l-armla fejn is-sieħeb ikun issodisfa l-kondizzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet ikun eliġibbli għal pensjoni tar-romol, l-ebda dazju m’g=ħandu jitħallas fuq il-qsiem tal-proprjetà f’każ ta’ separazzjoni, il-koppja f’unjoni ċivili jistgħu jagħżlu li jħallsu t-taxxa ta’ dħul flimkien. Koppja f’unjoni ċivili tkun tista’ tagħmel użu minn skemi offruti mill-Awtorità tad-Djar, ħaddiema jkollhom id-dritt għal leave urġenti tal-familja f’każi ta’ inċident lill-membru tal-familja immedjata, mard fuq membru tal-familja immedjata jew it-twelid jew mewt ta’ membru tal-familja immedjata. L-ebda mill-persuni f’unjoni ċivili ma jsitgħu jikkuntrattaw żwieġ jew unjoni ċivili ieħor, jekk dan isir jitqis bħala att kriminali, att kriminali fuq sieħeb fuq ieħor jitqis bħala agrivated circumstance taħt il-Kodiċi Kriminali meta dan l-att ikun sforzat ta’ prostituzzjoni, stupru, jew attakk indiċenti. Il-liġijiet dwar il-vjolenza domestika japplikaw għal koppji f’unjoni ċivili u l-familji tagħhom. Jekk sie=ħeb fil-koppja jkun qiegħed il-ħabs, ikollu l-istess dritijiet familjari bħal priġunieri miżżewġa. L-imsieħba barranin ta’ persuna Maltija f’unjoni ċivili jkollu dritt għar-residenza f’Malta u d-dritt ta’ ċittadinanza wara ħames snin ta’ unjoni ċivili. Imsieħba f’unjoni ċivili jistgħu jiġu midfuna fil-qabar tas-sieħeb tagħhom. Koppja f’unjoni ċivili … Tgħid, dawn l-affarijiet għalfejn qed isemmihom? Għalina dawn huma affarijiet, drittijiet normali imam nies li ilhom f’relazzjoni għax huma tla-istess sess dawn l-affarijiet lanqas biss joħolmuhom.

Koppja f’unjoni ċivili, jekk tissodisfa l-kriterji tal-addozzjoni fl-aħjar interess tat-tarbija, tista’ tibda tagħmel dan bħala koppja u mhux iktar bħala persuna single. Naf li l-kwestjoni tal-addozzjoni hija waħda delikata u għalhekk ħallejtha għall-aħħar u aħna kommessi li dejjem jiġi mħares l-aħjar interess tat-tfal, huwa dak li qed taħgmel din il-liġi. Aħna ma nemmnux li kull adult għandu dritt li jaddotta iżda nemmnu li kull tifel u kull tifla għandhom id-dritt li jitrabbew f’familja b’imħabba. Fuq dan il-każ, kien hemm qbil tal-ex-prim ministru Dr Gonzi meta fti qabel l-elezzjoni, f’Jannar li għadda, meta staqsewh, fil-fatt il-feature ta’ “The Times” kien “Consensus over gay adoption welcomed” imbagħad:

In all cases the child is paramount, Prime Minister Lawrence Gonzi yesterday echoed Dr Muscat’s view . His spokesman said, the Prime Minister confirms that the important thing is for experts to confirm the child will have a loving and caring family irrespective of the adoptive parents sexual orientation. In all cases the best interest of the child remain paramount.”

Dak li qed jgħid Dr Lawrence Gonzi, li kien qed jgħid Dr Muscat qabel l-elezzjoni, huwa dak li qegħdin ngħidu f’din il-liġi. Nirrepeti li l-addozzjoni mhuwiex id-dritt tal-adulti, la huwa dirtt tal-eterosesswali u lanqas id-dritt tal-adulti omosesswali, l-adoptions board qabel kull addozzjoni jara li dak jew dik l-individwu li se jaddotta jew dik il-koppja li se taddotta għandha il-kwalitajiet biex ittella’ l-ulied b’mod tajjeb.

Fil-fatt, b’din il-liġi se nkunu qegħdin nissikkaw l-iskrutinju fuq min jaddotta għax, s’issa, persuna single u li hija gay ukoll tista’ taddotta. Mela, il-board qed jiskrutinja persuna single li din tista’ tkun, eventwalment, f’relazzjoni wkoll. Il-board ikun evalwa persuna waħda, nofs dik il-koppja. Bil-liġi, kif inhi lum, se nissikkaw għax il-koppja f’unjoni ċivili se jmorru t-tnejn għall-iskrutinju allura jekk hemm xi ħaġa ħażina f’xi ħadd minnhom, dawn se jgħidulhom li ma jistgħux jaddottaw imma f’każ kif qiegħda llum li tmur taddotta persuna single, ma nafux x’hemm id-dar jew x’se jkun hemm id-dar u tista’ dik il-persuna għandha xi ħaġa li ma jkunx tajjeb għal dik it-tifla jew dak it-ifel li tkun qed tgħix f’dawk iċ-ċirkostanzi u allura kieku l-board kienu jafu, ma kenux jagħtu dik l-addozzjoni lil dik il-ersuna single. B’dak li qegħdin ngħidu huwa li, illum, għall-iskrutinju se jmorru ż-żewġ partijiet f’dik ir-relazzjoni, f’dik il-koppja li għandha l-unjoni ċivili u allura l-iskrutinju se jkun qiegħed jiżdid fejn tidħol l-addozzjoni għax se jkunu skrutinizzati t-tnejn u mhux persuna wħada.

Hemm ħafna studji u fis-social science jkollok studji li kultant jagħtuk riżultat mod, imbagħad oħrajn jagħtuk riżultat ieħor, li ġibt miegħi huwa ġabra ta’ studji. Din hija debateable, hawn min jgħidlek aħjar, hawn min jgħidlek agħar, hawn min jgħidlek l-importanti l-imħabba għax tista’ tkun ma’ koppja etterosesswali u dawn ikunu jitqatlu kuljum jew jixorbu jew jieħdu drogi, imbaħgad tista’ tkun familja omosesswali li ma jkunux hekk bħalma tista’ tkun familja omosesswali li jkunu jitqatlu u jixorbu u jieħdu d-drogi u familja etterosesswali li ma jkunux hekk. Għalhekk, il-board jara kull każ u għandu l-kriterji fuq kif jagħti l-addozzjonijiet. Ma tistax tiġġeneralizza u tgħid l-aħjar fejn ikunu ma’ koppja etterosesswali jew l-aħjar fejn ikunu ma’ koppja … Aħna nkomplu nistudjaw u naraw x’hemm imma għal kull studju li hemm li jgħidlek tajjeb li tt-fal jittellgħu f’dawn il-households, ikollok studju ieħor li jgħidlek mhux tajjeb. Rajt studju li ġabar bosta studji, l-American Academy of Peadiatrics, it’s a technical report promoting the well being of children whose parents are gay or lesbian. Hawnhekk qed jgħid li:

Exclusive data available for more than 30 years of research reveal that children raised by gay and lesbian parents have demonstrated resiliance with regard to social, psychological and sexual health despite economic and legal desparaties and social stigma. Many studies …”

Kif għedt, dan huwa ġabra ta’ studji, meta jgħid l-istigma hija l-istigma li noħolqu aħna minn dawk li ddeċidew li n-neis gay huma differenti

Many studies have demonstrated that children’s well being is effected much more by their relationships with their parents, their parents sense of competence and security and the presence of social and economic support for the family rather than by the gender or the sexual orientation of their parents.”

Din il-ġabra ta’ papers fejn studjaw tfal imrobbijin ma’ koppji etterosesswali u qed jitkellem fuq over 30 years of research u qed jgħid li l-well being tat-fal huwa iktar affettwat mir-relazzjoni bejn il-ġenituri, is-sens ta’ kompetenza u ta’ security li gaħndhom il-ġenituri taħghom, il-preżenza ta’ social and economic support for the family milli mis-sexual orientation tal-ġenituri. Studju ieħor li ltqajt miegħu jitkellem ukoll fuq li l-istruttura tal-familja timpatta inqas mir-relazzjoni li jkun hemm.

In conclusion, the results of this study po8int to family processes as being more clearly associated than family structure with positive outcomes for parents and children in adoptive families.”

Il-proċess jaffettwa iktar milli l-istrutura tal-familja, milli jekk hijiex familja etterosesswali jew familja omosesswali. Naf li hemm studji oħrajn li jgħidu mod ieħor imma semmejt u kwotajt dan għax huwa technical report, huwa ġabra ta’ papers li saru fuq dan iss-uġġett u li jikkonkludu li children’s well being is affected much more by their relastionships with their parents, their parents sense of competence and security and the presence of social and economic support for the family than by the gender or the sexual orientation of their parents. Ma nippreġudikawx u nħallu f’idejn il-board tal-addozzjoni li meta tmur koppja f’unjoni ċivili biex taddotta, din tkun tista’ tagħmel ix-xogħol tagħha bħalma llum tagħmel ix-xogħol tagħha meta persuna single li hija gay tmur biex taddotta.

Il-liġi li qegħdin inressqu tistipula li żewġ persuni anke tal-istess sess li kuntrattaw żwieġ ċivili barra minn Malta jiġu rikonoxxuti bħala koppja miżżewġa f’pajjiżna wkoll. Irrid ngħid li, kif sememjt fil-bidu, kuntenta ħafna li qed inressaq din il-liġi u għada filgħodu rrid inqum f’pajjiż fejn l-ebda bniedem ma jkun diskriminat. Dak li ilna għal ħafna snin sħaħ nieħdu for granted, illum hemm settur, se jkun hemm settur ieħor fis-soċjetà li tista’ tibda tieħu dawn id-drittijiet ukoll. Għadni ma nistax nifhem kif dan il-pajjiż kellu jibqa’ jgħaddi lil dawn in-nies minn dan l-infern, biex nuża l-metafora li qed tintuża anke sa din is-sena, sas-sena 2013. Nieħu gost nisma’ li l-oppożizjzoni se tgħid li se tkun favur dan l-~Abbozz ta’ Liġi li proponejna imma ninkwieta li xorta qed jibqgħu jdaħlu d-dubju u għalhekk qed nistaqsihom: liema minn dawn id-drittijiet li qegħdin nagħtu intom se tneħħu minn din il-liġi? Għidulna liema huma.

Il-Kapt al-Oppożizzjoni, fuq it-television, qal li dawn l-emendi li se jitressqu se jkunu u nikkwota kif ġie kwotat hu:

Emendi biex turi li hemm differenza bejn żwieġ u unjoni ċivili għax il-fehma tal-PN hemm differenza.”

Mela, jgħidulna x’inhi din id-differenza u x’ma jridux jagħtu li għandhom in-nies miżewġin, x’ma jridux jagħtu lill-koppji f’unjoni ċivili. Kif għedt, ninkwieta meta nara l-Partit Nazzjonalista jitkellem b’dan il-mod dwar l-ugwaljanza. Ninkwieta wkoll għax nafu minn fejn ġej il-PN. Fl-1973, kull Membru tal-PN kien ivvota kontra d-dikriminalizzazzjoni tal-omossesswalità f’Malta. Ftit tas-snin ilu, fl- 2002, Malta bidlet il-liġi għax-xogħol minħabba s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea. L-Employment and Industrial Relations Act bdiet tgħid li ma tistax issir diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol ibbażata fuq il-ġeneru, ir-reliġjon u r-razza tal-persuna. Taf x’ħallew barra? Ħallew barra l-orjentazzjoni sesswali. Il-Ministru, dakinhar Lawrence Gonzi, kien irrifjuta li jdaħħalha l-orjentazzjoni sesswali u għalhekk ngħid nitħassew nisma’ dan id-diskors għax qisu għadhom qed iġorru dak il-baggage, ħallew barra l-orjentazzjoni sesswali. Dakinhar, il-Ministru Lawrence Gonzi, kien irrifjuta li jdaħħalha u ġiet informata l-Kummissjoni Ewropea u Malta ġiet sforzata ddaħħal l-orjentazzjoni sesswali. Kellha tkun sforzata, apparti li rridu ngħidu wkoll il-liġi tal-ugwaljanza, niftakar meta l-aħħar Gvern Laburista kien Abbozzaha, imbagħad ma laħaqx għaddiha, imbagħad kein baqa’ jittratjeni sakemm l-Unjoni Ewropea qaltlu li dik irid iressaqha bħala parti mill-accession, jiġiieri anke fl-ugwaljanza kien hemm it-tkaxkir tas-saqajn. Fl-2006, iż-żewġ Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti David Casa u u l-Kap tal-Oppożizjzoni tal-lum Simon Busuttil ivvotaw kontra riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tikkkundanna l-vjolenza u l-qtil ta’ persuni omosesswali. Fl-2006, l-istess żewġ Membri Parlamentari Ewropej li jinkludu l-Kap tal-Oppożizzjoni tal-lum, Simon Busuttil, asstjenew fuq vot li kein jikkundanna vjolenza omofobika fl-Ewropa. Fl-2007, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busutil, iffirma petizzjoni biex ma tiġix diskussa r-riżoluzzjoni dwar l-omofobija fil-Parlament Ewropew. Wara i xorta ġiet diskussa fil-Parlament Ewropew kemm David Casa u Simon Busuttil astjenew mill-vot. Il-Partit Nazzjonalista kien ilu iwiegħed liġi tal-koabitazzjoni mill-1998. Il-wegħda baqgħet qatt ma twettqet. Mhux biss qatt ma twettqet, però għadni kif ikwotajt x’qal espert f’dan il-qasam fuq il-liġi tal-koabitazzjoni, li qal li kienet offiża din il-liġi. Però, kienu ilhom iwegħduha mill-1998. Din hija t-track record Sur President. Waqt id-dibattitu dwar ir-riforma tal-liġi tal-kera, Dr Tonio Borg, dak iż-żmien kien Ministru, kien qal li koppji tal-istess sess ma kienux jitqiesu eleġibbli. Kien qal:

Hekk jonqosna issa, is-sid tal-kera ikollu jitqanna bihom.”

Hekk iħarsu lejn in-nies lesbians, gays, trans, bisexual e intersex (LGTBI) Sur President, tan-naħa l-oħra. Allura ma niskantax li hemm dan it-tfixkil kollu bejniethom, u qed jgħidulna: isma’, qegħdin tgħaġġlu, dan huwa pass storiku, imbagħad jgħidulna din konfużjoni ... Hemm ħafna konfużjoniji fil-moħħ tagħhom! Meta tisma’ dawn l-affarijiet ... Dan Simon Busuttil, il-Kap tal-Oppożizzjoni! Lista sħiħa hawnhekk ta’ affarijiet li għamel li meta qed isiru dawn il-voti, eċċ, jastjeni, ma jmurx, jivvota kontra. Din hija r-realtà Sur President. Min irid imexxi dawn l-affarijiet ‘l quddiem ma jagħmilx dawn l-affarijiet! Fl-2011, meta kien mistoqsi dwar il-fatt li familji Maltin lesbians, gays, trans, bisexual e intersex persons, li jgħixu barra, meta jiġu Malta dawn jitilfu d-drittijiet tagħhom, niftakru jien lill-Eks Ministru tal-Ġustizzja l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici jgħid li dawn il-familji jmorru kontra l-public policy ta’ Malta! Dan qiegħed on record! Fl-istess sena l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien qal lill-moviment ta’ Kana li l-familja hi bbażata biss bejn raġel u mara. Dan nafu li għandna ħafna forom ta’ familji u assolutament mhuwiex li l-familja biss bejn raġel u mara! Dan, meta kien jaf ukoll, Dr Gonzi, li l-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem kienet qalet ċar li anke koppja tal-istess sess hija familja! Dan kollu jafu, u naħseb li jkunu jafuhom dawn l-affarijiet, imma for local consumption, għal hawnhekk jiġu jgħidulna dawn l-affarijiet. Intant, anke meta ħabbar il-liġi tal-koabitazzjoni, l-Eks Ministru Chris Said kien qal li koppji lesbians, gays, bisexual, trans mhumiex familji. Dan huwa s-Segretarju Ġenerali; mela qed nitkellmu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Allura ma niskantax jien li jibdew jgħidu: għax irridu nnaqqsu milli hemm u ma tatux kollox, u mhux dan, u konfużjoni, u f’daqqa waħda ibagħad jgħidu li din hija storika ... Sadly Sur President, ngħid li dan huwa t-track record tal-Partit Nazzjonalista dwar id-drittijiet ta’ persuni lesbians, gays, trans, bisexual e intersex persons! Din hija l-istorja ta’ pajjiżna kif inhi mitkuba. Kollox qiegħed mitkub u ħadd ma jista’ jinnegah. Nispera li l-Partit Nazzjonalista din id-darba vera qiegħed on board fuq dawn l-issues daqstant serji, li jaffetwaw il-ħajja vera ta’ minoranza ta’ nies. Anke kieku kienu għall-persuna waħda, aħna rridu li kull persuna tilħaq il-milja tagħha, tkun kuntenta b’ħajjitha! Kif tgħid il-Kostituzzjoni Amerikana in persuit of happiness! Kemm qed nagħtuhom ferħ lil dawn in-nies? Lista sħiħa, tal-mistħija, tal-Kap tal-Oppożizzjoni fejn qed tara dawn l-affarijiet; u issa, jiġi jitkellem u jgħid lilna li għamilna liġi, kitbuha l-esperti f’dan il-qasam u jiġi jgħidilna: konfużjoni? Imbagħad, jiġi jsemmi l-liġi tagħhom tal-koabitazzjoni; li kienet ħallata ballata ta’ kollox flimkien? Ejja nkunu serji! Fl-interess ta’ dawn in-nies! U verament nimxu ‘l quddiem u nagħtu d-drittijiet lil kull min għad m’għandux!

Il-liġi Sur President, wegħdniha fil-manifest elettorali u għamilniha. Nixtieq li tgħaddi minn din il-Kamra bl-iktar mod seren ħalli bħala politiċi nagħtu messaġġ ċar lill-pajjiż biex flimkien ngħidu li aħna vera pajjiż favur l-ugwaljanza. Mhux bil-kliem biss, imma konkretament! Aħna, eżatti kif kellna l-poter politiku f’idejna, eżatt kif kellna s-seta’ li nbiddlu l-affarijiet għal dawn in-nies, from day one, jien l-ewwel ħaġa li ressaqt fil-Kabinett kienet li nilħqu out of court settlement fuq il-każ ta’ Joanne Cassar, fl-ewwel Kabinett! U veru ħadt pjeċir meta mingħajr diskussjoni ta’ xejn, il-ministri kollha flimkien mal-Prim Ministru qaluli: mexxi Hel, għax ilha tbagħti dik il-mara! Lanqas biss diskussjoni ma kellna! Ressaqtha u għaddiet f’ħames minuti! Stajna, għax kellna l-poter politiku li nagħmlu l-affarijiet konkreti, li nbiddlu l-ħajja tan-nies verament; li ntejjbu l-ħajja tan-nies. Ma komplejniex ngħaddu mill-passjoni li kienet għaddejja; mill-flus li kienet qed tonfoq; ma ħallejnihiex tittirufna ruħha ġol-Qorti Ewropea; ġibniha ‘l hawn u għidnilha: ejja ħa nilħqu ftehim miegħek għax inti ma ħaqqekx hekk! Imma n-naħa l-oħra, meta kellhom il-poter li jagħmlu xi ħaġa, messħu saqajhom fiha, messħu saqajhom f’Joanne Cassar; messħu saqajhom fil-liġi tal-identità tal-ġeneru u ħallewha fuq l-ixkaffa! Din hija r-realtà! Dawn huma l-affarijiet, id-differenza bejn meta għandek il-poter li konkretament tista’ tagħmel xi ħaġa inti, biex imbagħad, minflok ma tagħmlu, tkompli tarraqqhom l-affarijiet! Jien nixtieq li ngħix f’soċjetà fejn lanqas ikun hemm bżonn li ndaħħlu iktar libertajiet ċivili, għax kulħadd ikun trattat l-istess! Jien nixtieq li la womens’ day ma jkollna, la sections tal- lesbians, gays, trans, bisexual e intersex persons, għaliex tant kulħadd ikun sar jirrispetta d-drittijiet ta’ xulxien, li ma jkunx hemm għalfejn niġbdu l-attenzjoni, ma jkunx hemm għalfejn naħdmu wisq iżjed għal dak is-settur, jew għall-ieħor, għax kulħadd ikollu d-drittijiet li għandu kulħadd. Hemmhekk verament inkunu nistgħu ngħidu li wasalna, li m’għandniex bżonn nitkellmu fuq drittijiet tan-nisa, li ma jkollniex bżonn nitkellmu fuq drittijiet tal-lesbians, gays, trans, bisexual e intersex persons, li ma jkollniex bżonn nitkellmu fuq drittijiet ta’ nies bi bżonnijiet speċjali; għax is-soċjetà tagħna tant tkun kibret u fetħet moħħha u fehemet li kulħadd għandu dawn id-drittijiet, li ma jkunx hemm għalfejn insemmuhom, għax kulħadd ikun qiegħed jgħix ħajtu bil-mod li jidhirlu hu, ovvjament mingħajr ma tagħmel ħsara lil ħaddieħor, bil-mod li inti tħossok ferħana; li inti tħossok fullfilled; li inti tħossok qed tilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħek mingħajr ma tkun imxekkel għax m’għandikx dak id-dritt u għax m’hemmx dik il-liġi! L’hemmhekk irridu naslu, fejn ma nibqawx niġbdu l-attenzjoni fuq il-minoranzi, għax ma jkollniex għalfejn niġbdu din l-attenzjoni, għax ikollhom id-drittijiet kollha tagħhom. Irridu naħdmu biex intellgħu soċjetà fejn uliedna lanqas ikollhom għalfejn jiddiskutu d-diversità għax jarawha bħala ħaġa naturali, bħala ħaġa normali, li jkollok id-diversità fis-soċjetà tiegħek. Is-soċjetà ma tinbidilx permess biss tal-liġijiet biss. Kif dejjem ngħid, huwa inutli li nagħmlu l-liġijiet u nieqfu hemm. Għandna bżonn bidla kbira fl-atteġġjament, fil-kultura, fil-mod ta’ kif inħarsu lejn xulxien! Dik hija l-isfida issa għalina, li la darba għandna l-liġi iffirmata u lesta u tista’ tiġi enforced, inkomplu naħdmu fuq l-edukazzjoni ta’ dan il-pajjiż fejn tidħol l-inklużività, d-diversità, fejn jidħlu realtajiet differenti ta’ kull persuna, ta’ kull familja. Din is-soċjetà għalhekk inbiddluha permezz li l-familji tagħna wkoll ngħallmuhom u nħallu l-viżibilità tad-diversità. Huwa inutli li ngħallmu lit-tfal fl-iskola u nħarrġuhom fuq d-diversità jekk meta mmorru d-dar, imbagħad, it’s undone, għax fil-familja jieħdu eżempju ieħor.
Irid ikun hemm kumplimentalità bejn dak li nagħmlu fl-iskejjel, bejn dak li tgħallem il-media u l-mod li nagħlmu bil-mod infurmali fil-familji tagħna. Imbagħad, l-eżerċizzju irid ikun fuq diversi livelli. Imma l-ewwel irid nifhmu aħna x’irridu; irridu nifhmu aħna l-bidliet li rridu nġibu f’din is-soċjetà tagħna. Bħala pajjiż, irridu nkunu kollha on board biex dawn il-proġetti jitwettqu. Irridu nkunu flimkien biex nilliberaw l-imħuħ.

Nixtieq li kif qed nitkellmu fuq dan is-suġġett ukoll, nagħmel parentisi żgħira u nitkellem kontra r-reparative therapy li ċertu nies jagħmlu fuq tfal u żgħażagħ lesbians, gays, bisexual, trans. Irridu ‘l quddiem nilleġiżlaw ukoll kontra din it-tip ta’ terapija sfurzata fuq persuni lesbians, gays, bisexual, trans, li jagħmlulhom ħsara. Għandna naċċettaw lit-tfal tagħna kif inhuma. Jiġu ġenituri jibku jgħiduli: xi ħsara għamilnilu lit-tifel jew lit-tifla għax pruvajna nagħmluhom in inverted commas ħa ngħidu, imma dan id-diskors jgħiduh huma: normali. Allura, jmorru jagħmlulhom din ir-reparative therapy biex ma jibgħux gay mingħalihom. Bħal dak li qallu: dawn it-tfal gay għax iridu huma! Hija realtà oħra din li rridu nindirizzaw. U nappella Sur President lill-ġenituri li forsi llum qegħdin jisimgħu dan id-dibattitu fil-Parlament: biex inħobbu lit-tfal tagħna, huma min huma, huma kif inhuma u bid-diversitajiet kollha li jista’ jkollhom! Għandna nagħmlu lit-tfal tagħna li għandhom iħobbu lilhom infushom u li aħna naċċettawhom kif inhuma u nagħtuhom l-istess opportunitajiet bħal sħabhom.

Nikkonkludi Sur President billi nirringrazzja bil-kbir lil dawk kollha li matul dawn l-aħħar tlettax-il sena ma beżgħux joħorġu u juru wiċċhom, minkejja d-diskriminazzjoni u t-tgħajjir li kienu jaqilgħu, biex imexxu ‘l quddiem il-każijiet ta’ persuni lesbians, gays, bisexual, trans. Kienu dawn in-nies fil-bidu, meta bdew mill-bidu jiffurmaw l-MGRM, imbagħad kien hemm għaqdiet oħra li ffurmaw biex jaħdmu f’dan il-qasam. Kienu dawn in-nies li tawna tagħma lilna bħala nies fil-politika, imma taw it-tama wkoll lil diversi tfal u żgħażagħ oħra biex iħarsu ‘l quddiem, għax minkejja l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, huma, bl-għajnuna ta’ nies li jifhmu r-realtà tagħhom, setgħu jirnexxu fil-ħajja, setgħu jimxu ‘l quddiem. Allura, nirringrazzja lil dawk li kellhom il-kuraġġ li joħorġu u jitkellmu fuq dawn ir-realtajiet. Nagħlaq biex nirringrazzja wkoll lill-kunsill konsultattiv għad-dedikazzjoni li ħadmu biha, għall-impenn, għall-paċenzja, għat-triq li urew lil dawk in-nies li sal-lum għadhom moħbija għaliex irridu ngħidu lil kull persuna f’dan il-pajjiż li għandha u jixirqilha li timxi ‘l quddiem, li tagħmel dak kollu li hija għandha l-potenzjal li tagħmel. Dan, tista’ tagħmlu biss meta jkollna verament soċjetà inklużżiva, soċjetà li ma tiddiskriminax, ma tiddiskrimina kontra ħadd, għaliex Malta tagħna lkoll. Nirringrazzjak Sur President.


No comments:

Post a Comment