Saturday 20 July 2013

iNews Malta: L-Unjoni Ċivili tidħol sal-aħħar tas-sena

http://www.inewsmalta.com/dart/20130618-unjoni-ivili-tid-ol-sal-ar-tas-sena
18:04  |  18.06.2013
 

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar avvanz importanti fir-rispett lejn id-diversità se jkun l-introduzzjoni tad-dritt ta' civil union għal koppji tal-istess sess. "Permezz tal-kunsill konsultattiv li ħatar dan il-Gvern biex jaħdem fil-qasam LGBT, se jkun imħejji l-abbozz ta' liġi li imbagħad jiġi diskuss u jgħaddi mill-Parlament sal-aħħar ta' din is-sena," qai il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt laqgħa f'Kastilja mal-komunità LGBT.


Il-Prim Ministru qal li jħossu kburi li dan il-Gvern qed jagħti importanza lil-libertajiet ċivili billi jibni soċjetà li tiċċelebra d-diversità u tirrispetta l-għażliet konxji u ħielsa tal-individwu. Filwaqt li fakkar kif il-Gvern waqqa' l-kas kontra Joanne Cassar, li llum għandha rikonoxximent mill-pajjiż bħala mara bid-dritt li tiżżewweġ raġel, il-Prim Ministru qal li fadal ħafna x'isir u kkommetta ruħu li se jżomm mal-impenn politiku kollu kif elenkat fil-manifest elettorali.

Matul din il-laqgħa f'Kastilja, Joseph Muscat ingħata l-unur Soldier Award bħala "aġent tal-bidla" mill-grupp soċjali Gay Exiles li jirrapreżenta Maltin li kellhom iħallu l-familji tagħhom biex jgħixu f'pajjiżi barranin mal-maħbubin tagħhom tal-istess sess. Dan l-unur jirrikonoxxi lill-individwi li jiddedikaw l-enerġiji tagħhom biex il-komunità LGBT ikollha vuċi soda fis-soċjetà u fil-passat intrebaħ mill-President tal-Malta Gay Rights Movement Gaby Calleja u l-Evarist Bartolo, illum Ministru ghall-Edukazzjoni.

Ritratt: DOI

No comments:

Post a Comment