Thursday 25 April 2013

iNews Malta: Ibbuljar u persuni LGBT: “Hemm bżonn iktar minn kuxjenza”

http://www.inewsmalta.com/dart/20130421-ibbuljar-persuni-lgbt-hemm-onn-iktar-minn-kuxjenza
17:42 | 21.04.2013



Waqt diskussjoni fl-Università ta’ Malta fl-aħħar jiem, Gabi Calleja, koordinatur tal-Malta Gay Rights Movement, saħqet li wasal iż-żmien li nieqfu nitkellmu biss dwar “awarness” u saħqet li issa rridu naġixxu. Dan meta kienet qiegħda tkun diskussa l-problema ta’ ibbuljar fil-konfront ta’ persuni omosesswali. Referenza partikolari kienet qiegħda ssir lejn l-istituzzjonijiet edukattivi.


“Irridu nħarġu l-għalliema biex ikunu jafu kif jireaġixxu għall-kumment omofobiku u sitwazzjonijiet simili,” iddikjarat Calleja li saħqet li għad hemm ħafna xi jsir.

“Bħala sistema edukattiva hemm żewġ dokumenti li jirreferu għal dan is-suġġett,” qalet Calleja filwaqt li ssoktat tgħid li dawn huma l-kurrikulu nazzjonali u din l-istess politika tal-ibbuljar. “Wasalna għal aġġornament,” qalet Calleja li spjegat kif ma ssir ebda referenza lejn l-identità tal-ġeneru.

Calleja spjegat kif l-ibbuljar iwassal ukoll għall-impatt fuq l-edukazzjoni. “Hemm iktar riskju li studenti jfallu l-iskola, jitilqu mill-iskola kmieni u jiżolaw ruħhom,” qalet Calleja li sabet jaqbel magħha lil psikologu Bernard Grech.

Ritratt u Filmat: Ray Attard

No comments:

Post a Comment