Wednesday 3 April 2013

iNews Malta: Aġġornat: “Issa Malta għarfitni bħala t-tifla tagħha” - Joanne Cassar

http://www.inewsmalta.com/dart/20130403-issa-malta-arfitni-ala-tifla-tag-ha-joanne-cassar
10:18 | 03.04.2013



Joanne Cassar - li bl-emenda li se jressaq il-gvern fl-Att taż-Żwieġ issa se jkollha d-dritt li tiżewweġ mingħajr xkiel - qalet li issa hi wkoll tista’ tgħid li hi t-tifla ta’ Malta. “Issa Malta għarfitni bħala t-tifla tagħha,” qalet Joanne Cassar

Cassar tkellmet f’konferenza tal-aħbarijiet mal-Ministru Helena Dalli fejn tħabbru dawn il-bidliet. Dalli qalet li dawn il-bidliet se jkunu diskussi fil-parlament wara t-tieni ġimgħa mill-ftuħ tiegħu. Dan meta se titressaq emenda f’artiklu tmienja tal-att taż-żwieġ biex persuni li jkunu bidlu s-sess ma jsibux xkiel min-naħa tad-direttur tar-reġistru pubbliku biex jinħarġilhom iċ-ċertifikat.

Dalli spjegat li ntlaħaq ftehim biex Cassar twaqqa’ l-każ kontra Malta u dan wara laqgħat bejn il-gvern, l-avukat ġenerali u Cassar. Il-gvern se jkun qiegħed jagħti kumpens finanzjarju għall-ispejjeż tal-kawża li fetħet fl-Ewropa.

“Wara ħafna taqtiegħ il-qalb il-bambin bagħtli xaqq ta’ dawl,” qalet Cassar li tkellmet dwar il-weġgħa tagħa meta kienet tara r-referenza tal-każ tagħha kontra Malta.

REAZZJONI: Il-Malta Gay Rights Movement u l-fondazzjoni aditus kellhom kliem ta’ tifħir għad-deċiżjoni tal-gvern li ma jibqax joġġezzjona għad-dritt ta’ Joanne Cassar li tiżewweġ. “Nilqgħu wkoll id-deċiżjoni tal-gvern li b’mod immedjat se jagħmel it-tibdil meħtieġ għall-Kodiċi Ċivili,” żiedu jgħidu ż-żewġ għaqdiet si stqarrija konġunta li fiha saħqu wkoll dwar il-ħtieġa ta’ 'Gender Indentity Bill'.

No comments:

Post a Comment