Saturday 15 September 2012

L-Orizzont: Gonzi u l-omosesswali

http://www.orizzont.com.mt/FullArticle.php?ID1='Ittri'&ID2=95662
Ittri, 14.9.2012 minn MA NINSIEX, Tas-Sliema

Sur Editur,

Kemm jinsa l-poplu Malti?! Kif diġà nsew li meta Lawrence Gonzi sar “mexxej” tal-Partit Nazzjonalista, l-ewwel ħaġa li kien qal kienet li hu ma jridx omosesswali fil-PN u jekk ikun jaf li fil-PN ikun hemm xi ħadd omosesswali jaqbad u jkeċċih mill-ewwel. Din hi prova oħra ta’ kemm Lawrence Gonzi huwa omofobiku mill-kbar.

Allura kif issa n-nies qegħdin jistennew u jittamaw li l-gvern ta’ GonziPN jagħti d-drittijiet ċivili lill-persuni omosesswali?

Irid ikun biss gvern Laburista li jagħti jeddijiet ċivili kollha lill-persuni ‘gay’ bħalma fis-snin sebgħin kien qabad u neħħa l-omosesswalità minn reat kriminali. Wara kollox ħadd ma għażel minn jeddu li jkun omosesswali.

No comments:

Post a Comment