Monday 2 July 2012

Malta Right Now: Inawgurata l-Pride Week 2012

http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=Inawgurata+l%2DPride+Week+2012&t=a&aid=99838499&cid=19
Ivan VASSALLO, 30 ta' Ġunju, 2012 16:06 CET

Ġiet inawgurata l-Pride Week 2012 b'mixja mill-monument tal-familja f'Tas-Sliema għal pjazza Sant' Anna. Għal din il-mixja kien hemm preżenti bosta membri tas-soċjeta' ċivili fosthom il-partiti politiċi, għaqdiet non-governattivi u anka l-Ambaxxatriċi Amerikana.

F'isem il-Partit Nazzjonalista kien hemm il-whip David Agius u d-Deputat Karl Gouder.

Fl-indirizz tiegħu il-Ministru Chris Said tkellem fuq il-ħidma tal-gvern fejn semma legiżlazzjoni importanti kontra l-krimini ta' mibgħeda.

Il-Ministru fakkar ukoll kif żdiedet l-allokazzjoni finanzjarja u l-poteri tal-NCPE b'mod unanimu mill-parlament. Hu saħaq li flimkien dan u aktar jista' jkun possibli.

L-Ambaxxatriċi Amerikana Gina Abercrombie-Winstanley tkellmet fuq kif l-amministrazzjoni Amerikana taħdem favur id-drittijiet umani u kif x-xahar ta' Ġunju ġie ddikjarat bhala x-xahar tal-LGBT.

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni, Owen Bonnici fi ftit kliem qal li l-messaġġ tiegħu hu messaġġ li l-imħabba tgħamilna liberi u saħaq li m'hemmx tipi differenti t'imħabba, filwaqt li l-kelliem tal-Alternattiva Demokratika Michael Briguglio tkellem fuq il-ħidma tal-grupp tal-Ħodor Ewropej favur id-drittijiet omosesswali.

L-attivita' ingħalqet mill-kelliema tal-MGRM, Gaby Calleja fejn semmiet numru ta' attivitajiet li ġew organiżżati tul is-sena u żiedet kif fix-xhur li ġejjin ħa jkun hemm numru ta' attivitajiet favur il-bdil tal-identita' ta' persuni transgender u fuq ir-reat ta' mibgħeda.

No comments:

Post a Comment