Friday 6 July 2012

Kull Ħadd: Minn ħajja perversa għal waħda trankwilla

http://www.kullhadd.com/201206304190/Intervista/minn-hajja-perversa-ghal-wahda-trankwilla.html
30.6. 2012 15:55 RAMONA PORTELLI


Il-bniedem jghaddi minn hafna fazijiet tal-hajja, u kultant anke jintilef f'xi triq hazina li ma twasslu mkien ghajr f'tahwid u aktar genn fil-hajja. Hemm min jaghraf opportunitajiet u toroq ahjar, u hemm min jibqa' jintilef mal-kurrent. Fil-kaz tal-intervista tal-lum, JOHN MARK ATTARD kien jghix hajja laxka, però dan l-ahhar irnexxielu jibda jghix hajja trankwilla permezz tal-kelma t'Alla - il-Bibbja.

John Mark ghandu 33 sena, proprjament mill-Imsida, però ilu joqghod Pembroke ghal dawn l-ahhar 23 sena. Ix-xoghol tieghu huwa l-kant. "Jien kantant u entertainer u ilni nahdem hekk ghal kwazi erbatax-il sena. Kont ukoll nattendi korsijiet tad-drama.

Bhala passatempi nhobb insegwi lil-Liverpool FC, kif ukoll meta insib ic-cans nilghab xi loghba 5 a-side", beda jghidli John Mark.

Iqis ruhu bhala persuna li nhobb niccajta hafna, u ma nistax ghal min igieghel lil haddiehor ibati. John Mark kien membru tal-grupp White Crimson. Illum il-gurnata ikanta bhala solist, u ma jdoqq l-ebda strument.

"White Crimson hija rock band li tatni hafna sodisfazzjon, u xi kultant ukoll nimmissja dak iz-zmien, però ma tistax tghid x'jista' jigri fil-futur. Kont ukoll membru tal-grupp 12th ode, li ghadhom fix-xena sal-lum, u li fil-fatt jien kont il-kantant originali taghhom.
Però kont iddecidejt li nieqaf minhabba ragunijiet diversi fosthom l-istudju. Illum ghalkemm ma ndoqq l-ebda strument, xorta jkolli muzicisti varji li jdoqqu mieghi jew anke nuza backing tracks.

Dan jiddependi mill-post u l-attività. Ovvjament fix-xoghol taghna ma jkollokx post wiehed fiss u tip ta' muzika wahda, allura nahdem fejn ikolli ix-xoghol u inkun versatili kemm jista' jkun".

Kien jghix stil ta' hajja differenti

John Mark isostni li ghamel xi zmien jghix hajja perversa, fis-sens li kien jghix hajja laxka. Hallejt f'idejh sabiex jelabora aktar dwar l-istil ta' hajja li kien jghix qabel, u li qed jghix issa mill-gdid.

"Kont immur gay clubs, biex insib lil xi hadd ghal skopijiet sesswali, jew inkella postijiet bhal bars u anke clubs fejn nista' niltaqa' ma' tfajliet li wara konna nispiccaw flimkien b'mod sesswali.

Meta ma kontx insib, ghax wara kollox ma hemm l-ebda garanzija ghal hadd, kont ukoll nara kif naghmel u mmur f'postijiet bhal fuq xi bajja filghaxija jew f'xi post qalb xi sigar fejn ikun hemm il-possibbiltà li jkun hemm xi koppji flimkien ghal skopijiet sesswali, u dawn l-anqas ikunu jafu li jkun hemm min qed jarahom. Kont nghix hajja perversa bi hsibijiet sesswali minn filghodu sa filghaxija", beda jirrakkontali ftit dwar hajjtu ta' qabel.

Sab gharfien gdid

Kompla jghidli, "Però imbaghad kif accettajt il-Bibbja bhala l-Kelma t'Alla (ispirata mill-Ispirtu s-Santu) u li naf li Alla ma jridx dawn l-affarijiet perversi, ghax jaf li jiswew lil bniedem hafna deni fil-hajja u anke l-eternità tieghu... f'kaz li dawn ma jdurux lejn Gesù Kristu u jindmu! Ghalhekk bdejt noqghod iktar attent.

Alla tani l-qawwa tal-ghazla, fejn qabel ma kellix u kont skjav ghall-gibdiet tal-gisem. Illum insib permezz ta' Gesù Kristu, il-qawwa li ‘nghid le ghal hazen' li ghalih qabel ma kontx kapaci negh-leb.

Kif spjegali John Mark stess, fil-kaz tieghu l-Mulej uza lil Pastor Gordon Manché , però kien il-Mulej li hadem fih u hemm ukoll kazijiet ohra fejn Alla uza qaddejja ohra minn tieghu.

"Ir-rwol ta' Gordon Manché fil-konverzjoni tieghi kien li Alla uzah biex iwassalli l-vangelu, li jien emmint u accettajt, u l-Mulej qed ikompli juza nies bhal Gordon Manchè fil-hajja tieghi biex imexxini fit-triq tal-Verità u l-Hajja, li hija biss Gesù Kristu.

L-ghazla dejjem tkun f'idejja ghax il-Mulej ma jisforza lil hadd. Bhalissa qed nistudja l-Bibbja b'xi korsijiet ta' livell universitarju fejn nistudjaw bir-reqqa l-messagg ta' Alla - x'ried jghid, x'ried ifisser, ghal liema tip ta' nies u sitwazzjonijiet Alla qed jirreferi f'paragrafi u kapitli diversi, kif ukoll niehdu mill-lingwa originali li nkitbet il-Bibbja biha biex b'hekk nibqghu leali lejn il-kuncett.

Ahna nistudjaw il-Kelma t'Alla purament minghajr it-tradizzjonijiet u ligijiet tal-bniedem. Din il-bidla grat meta kont qed nara stazzjon tat-televizjoni u rajt lil Pastor Gordon Manché jipprietka l-Vangelu.

Wara li kont tlabt lill-Mulej biex jurini l-verità fost hafna religjonijiet, hassejt li Alla qed itini messagg car, li llum nikkonfermah", kompla jispjegali John Mark.

Mistoqsi kif illum ihares lejn persuni omosesswali, John Mark wegibni, "Normali kif dejjem harist. Nies bhali u bhal kulhadd li ghandhom il-hajja taghhom u li Alla jhobb, tant li jixtieqhom ukoll jgharfu l-qawwa tal-vangelu. L-omosesswalità hija stil ta' hajja, mhux identità. In-nies huma nies, irrelevanti minn kif jghixu".

Dwar kif jahseb li persuni ohra qed iharsu lejh illum il-gurnata, John Mark ikkumenta, "Onestament ma tantx jimpurtani kif iharsu lejja in-nies. L-aqwa kif ihares lejja Alla u jarani f'ibnu Gesù Kristu' mahsul b'demmu u salvat.

Però hemm min ihares lejja u jammira l-pass li hadt u jaghti glorja lil Alla ta' kif bidilni, u hekk ghandu jkun, però hemm ukoll min ihares lejja minn lenti kerha.

Però wara kollox jien fl-ahhar mill-ahhar quddiem Alla ser nidher, u lilu rrid nirrispondi u mhux lin-nies. Jien lil Alla rrid noghgob u mhux lill-bniedem!

Alla ma jisforza lil hadd biex jemmen. Però huwa dmir ta' kull Nisrani li ixandar l-Vangelju. Dan mhux xi privilegg ta' xi pastor jew qassis biss".

Ridt niehu l-kummenti tieghu dwar il-fatt li xi persuni qed jikkumentaw dwar li Gordon Manché qed jaqleb il-gays u jaghmilhom straight. "L-ewwel reazzjoni hija li ninfaqa nidhak! Gordon Manché qatt ma qaleb, jew biddel lil xi hadd.

Huwa l-Mulej li fil-hniena tieghu biddel il-qalb tan-nies u jaghtihom bidu ta' hajja gdida fi Kristu. Bhal Gordon Manché hemm hafna nies ohra li Alla juza biex jaghmel dan, li nsibuhom f'hafna komunitajiet ohra madwar Malta u d-dinja kollha.

Dawn huma biss strumenti f'idejn Alla li iddedikaw hajjithom ghal Gesù Kristu, mhux bis-sahha ta' Gordon jew ta' xi hadd iehor. Kollha kemm ahna nafuha li ‘ghal Alla xejn mhu impossibli!".

Fl-ahharnett John Mark xtaq jghaddi messagg lill-familji Maltin. "Naf li f'Malta hawn hafna nies li ghandhom Bibbja d-dar. Imma n-nies iridu jirrealizzaw li Bibbja d-dar, jekk ma taqrahhix mhu ser taghmel l-ebda differenza fil-hajja tieghek! Il-messagg tieghi huwa dan - Aqbdu dik il-Bibbja u aqrawha. Alla jkellmek permezz tal-kelma tieghu.

Il-Bibbja hi l-awtorità finali ghax fl-ahhar mill-ahhar kull persuna ghad trid tidher quddiem Alla u lilu nridu naghtu rendikont, mhux lil xi bniedem, pastor, jew qassis. Il-Kelma t'Alla hija s-sors ahhari tal-fidi taghna", temm jghidli John Mark.

No comments:

Post a Comment