Friday 6 July 2012

Kull Ħadd: B’vuci waħda kontra l-omofobija

http://www.kullhadd.com/201206304198/Ahbarijiet/bvuci-wahda-kontra-l-omofobija.html
30 JUNE 2012 19:39, KRISTA CARUANA

 Il-Gay Pride Parade 2012

Is-Sibt filghodu ghexieren ta' persuni attendew il-Gay Pride Parade li saret f'Tas-Sliema u li din is-sena kellha t-tema ‘I am'.

Din l-attività annwali hija parti mill-attivitajiet li qed isiru bhala parti mill-gimgha ddedikata lill-persuni LGBT.

It-tema li ntghazlet din is-sena tixhed il-fatt li persuni omossesswali huma parti mis-socjetà u ghalhekk ghandhom l-istess drittijiet u dmirjiet. L-ghan ta' din l-attività huwa wkoll li jkun iccelebrat l-avvanz li sar fid-drittijiet ghall-persuni LGBT filwaqt li fl-istess waqt isir appell sabiex jinghataw aktar drittijiet bl-ghan li kulhadd ikun trattat indaqs.

Waqt din il-mixja spikka banner b'mistoqsija ndirizzata lill-Ministru Chris Said dwar kemm se jdumu l-persuni LGBT jistennew biex ir-relazzjonijiet taghhom jigu rikonoxxuti bil-ligi. Fl-attività ppartecipaw deputati miz-zewg nahat tal-kamra u spikkat ukoll il-prezenza tal-ambaxxatrici Amerikana ghal Malta, Gina Abercrombie-Wistenley (ara r-ritratt).

Attendew ukoll bosta rapprezentanti t'ghaqdiet differenti fosthom Drachma, l-ghaqda Universitarja We are, il-Malta Humanist Association u l-LGBT Labour.

Fl-gheluq tal-attività, id-deputat Laburista Evarist Bartolo nghata l-‘Gay Soldier Award' bhala rikonnoximent tal-ghajnuna kostanti tieghu lill-persuni LGBT.

Intant bhala sinjal ta solidarjetà, fuq ic-Centru Nazzjonali Laburista fil-Hamrun ittajjret il-bandiera tal-qawsalla li tirraprezenta l-LGBT.

No comments:

Post a Comment