Thursday 24 May 2012

L-Orizzont: Rapport tal-Parlament rigward il-Kodiċi Kriminali [Diskors tal-Onor. Chris Said, Ministru tal-Gustizzja]

Sezzjoni Mir-rapport tal-Parlament f'l-Orizzont - 23 | 5 | 2012

Wara beda jiġi diskuss l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali.  Għamel l-intervent tiegħu l-Ministru Chris Said u qal li qed isiru pass importanti b'dawn l-emendi u dan hu pass wieħed fost passi oħra li għad iridu jsiru.  "Sfortunatament f'soċjetà bħal tagħna, magħrufa għall-ospitalità, għandna min għandu mibegħda lejn min hu differenti.  Ikollna okkażjonijiet rari imma jeżistu fejn din il-mibegħda timmanifesta ruħha bi vjolenza fiżika u fuq proprjetà. Dawn huma każijiet eċċezzjonali imma jeżistu.  Kellna allegati każijiet li kienu jinvolvu vjolenza lejn persuni b'orjentazzjoni sesswali differenti.  Id-dmir tagħna hu li dawn niġġilduhom u lil għal dawn il-persuni li jwettqu dawn l-atti jkun hemm deterrent.  Hu għalhekk li qed inżidu l-pieni bi grad jew tnejn.  Il-vjolenza hi ħażina dejjem, kemm jekk kontra persuna bajda, jekk b'karnaġġjon iswed, għal reliġjon differenti jew politika differenti", qal il-Ministru Chris Said.

"Dak li qed nagħmlu b'dawn l-emendi hu li nassiguraw li nkomplu nkattru r-rispett reċiproku", qal il-Ministru Chris Said

No comments:

Post a Comment