Saturday 14 April 2012

Malta Right Now: Il-każ ta' ġlieda fil-limiti tal-Ħamrun nvoluti fiha żewġ lesbjani

http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=Il-ka%26%23380%3B+ta'+%26%23289%3Blieda+fil-limiti+tal-%26%23294%3Bamrun+nvoluti+fiha+%26%23380%3Bew%26%23289%3B+lesbjani&t=a&aid=99836348&cid=39 

''Ma niddejjaqx nagħti lil mara'' - wieħed mill-akkużati

Ray ABDILLA
11 t' April, 2012  14:53 CET

Wieħed miż-żgħażagħ li allegatament kien involut fi ġlieda ma' żewġ teenagers lesbjani qal lil waħda minnhom li hu ma jiddejjaq xejn jagħti lil mara. Dan seħħ meta dan iż-żagħażugħ mill-Ħamrun li kien ma' xi membri tal-familja f'gallarija għajjar żewġt ibniet "lesbjani", u waħda minnhom irrispondietu u għajritu lura.

Dan ħareġ meta kompliet il-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Joseph Apap Bologna dwar il-ġlieda li kienet seħħet fi Gwardamangia, limiti tal-Ħamrun bejn żewġ tfajliet lesbjani u żewġ ġuvintur ta' 17 u 15-il sena.  Anke t-tfajliet huma taħt l-eta' fejn waħda għandha 17-il sena u l-oħra 16-il sena. Minbarra ż-żewġ tfajliet u ż-żewġ ġuvintur, qed tiġi mixlija wkoll mara ta' 35 sena, li hija ġara tagħhom. 

Il-ġlieda kienet seħħet fit-13 ta' Jannar li għadda għall-ħabta tas-7.30 pm, meta ż-żewġ tfajliet kienu fil-kumpanija ta' xulxin u, allegatament, żewġ ġuvintur bdew jirredikolawhom. Wara nqalgħet ġlieda fejn waħda mit-tfajliet sofriet ġrieħi f'wiċċha.

Fil-bidu xehed ukoll it-tabib Carlo Refalo li kien fl-Emerġenza fl-isptar Mater Dei li qal li t-tifla li raha kellha feriti ħfief f'wiċċha u kellha nefħa f'waħda mill-ħaddejn u oħra ħdejn imneħirha. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Charles Magri, l-Avukat Cedric Mifsud qiegħed jidher għaż-żewġ tfajliet waqt li l-Avukati Michael Sciriha u Lucio Sciriha qegħdin jiddefendu liż-żewġ ġuvintur u l-mara.

No comments:

Post a Comment