Thursday 29 March 2012

L-Orizzont: Seminar għall-ġenituri ta’ persuni LGBT

http://www.orizzont.com.mt/FullArticle.php?ID1='Ahbarijiet'&ID2=87746
14.3.2012

Il-Millennium Chapel bil-kollaborazzjoni ta' Drachma Parents' Group se torganizza seminar informattiv għall-ġenituri ta' persuni leżbjani, gay, bisesswali jew transesswali (LGBT) nhar il-Ġimgħa, 16 ta' Marzu, fil-Multi-Purpose Hall tal-Millennium Chapel, Paceville, fis-6.30 p.m.

Matul dan is-seminar, grupp ta' ġenituri ta' persuni gay, lesbjani, bisesswali jew transesswali se jitkellmu dwar l-esperjenzi li għaddew minn hom meta ġew biex jitrattaw u jaċċettaw l-identità sesswali ta' wliedhom.

Kelliem għall-organizzaturi spjega li l-iskop ta' dan is-semi nar informattiv huwa li jkun provdut ambjent ta' appoġġ lill-ġenituri li jinsabu f'sitwazzjoni simili u biex jgħinhom jifhmu aħjar lil uliedhom. Barra minn hekk, il-kelliema mistiedna sejrin ukoll iwieġbu għal domandi li jistgħu jsiru mill-ġenituri preżenti.

Apparti mill-ġenituri membri ta' Drachma Parents' Group, se jieħdu sehem ukoll id-Direttur tal-Millennium Chapel, Fr Saviour Grima,  il-Counsellor Michael Conti u l-Psikoterapista Stephanie Micallef u l-Psikologu Rev. Dr Paul Galea.

Is-seminar huwa miftuħ għall-pubbliku inġenerali u d-dħul se jkun bla ħlas. Wara s-seminar ikun provdut ukoll it-tè/kafè lil dawk preżenti. Dawk kollha li jixtiequ aktar dettalji jistgħu jċemplu fuq in-numri 2135 4464 jew 7944 2317.

No comments:

Post a Comment