Tuesday 7 February 2012

L-Orizzont: Xufier imkeċċi wara l-involviment tiegħu f’inċident vjolenti

http://www.orizzont.com.mt/FullArticle.php?ID1=%27Ahbarijiet%27&ID2=86148
7.2.2012

Marco Borg ta' 43 sena minn Birkirkara, xufier tal-Arriva li nhar il-Ġimgħa, wara x-xogħol, kien qiegħed fuq karozza tal-linja fi triqtu lejn id-dar bħala passiġġier, tkeċċa mill-kumpanija wara li lbie­raħ tressaq il-Qorti mixli li pprova jikkawża ġrieħi fuq żewġ tfajliet.

Ix-xufier kien għadu bl-uniformi meta nqala' argument fil-Floriana. Fuq filmat li ttieħed minn passiġġier u    tqiegħed fuq l-Internet (Service with a Smile? Arriva Malta), ix-xufier jinstema' jgħid liż-żewġ tfajliet biex iġibu ruħhom sew.

Il-kumpanija Arriva qalet li dan l-inċident ġie investigat immedjatament mill-uffiċjali tagħha u mill-Pulizija. Il-filmat juri li nqala' argument fuq il-karozza tal-linja u spiċċa barra fuq il-bankina, wara li kien ix-xufier stess li stieden lit-tfajiet biex ikomplu l-ġlieda barra. Fil-filmat, tidher waħda mit-tfajliet li spiċċat fl-art.

L-Arriva kkundannat dan l-inċident u qalet li għandha politika ta' tolleranza zero lejn kull tip ta' vjolenza. Persuni li kkummentaw dwar dan l-inċident qalu li dan seta' kien każ ta' omofobija.
Ilbieraħ waranofsinhar, ix-xufier tressaq il-Qorti u ġie mixli li pprova jikkaġuna feriti serji fuq żewġ tfajliet, waħda ta' 17-il sena u l-oħra ta' 21 sena. Huwa ġie mixli wkoll li kkawża ġrieħi ħfief, kiser il-paċi pubblika u li kiser il-kundizzjonijet tal-libertà provi­żorja li kellu fuq każ ieħor. Madankollu, huwa reġa' ngħa­ta l-libertà proviżorja b'garanzija personali ta' €1,000. Il-Prosekuzzjoni tmex­­xiet mill-Ispettur Kylie Borg.

B'reazzjoni għal dan l-inċident, il-kelliem għall-intergroup LGBT Labour, Cyrus Engerer, waqt li wkoll ikkundanna dan l-inċident, qal li l-mentalità fil-pajjiż ma tistax tinbidel sakemm ma jinbidlux il-liġijiet tal-istess pajjiż. L-LGBT Labour temmen fid-diversità u li f'pajjiż demokratiku, kulħadd għandu d-dritt fundamentali li jgħix ħajtu fil-libertà.

L-istqarrija qalet li dawn l-attakki, li ilhom jeżistu, qed joħorġu iżjed fil-beraħ grazzi għat-teknolġija, iżda jeħtieġ tittieħed azzjoni immedjata u konkreta biex jitwaqqfu.

Dan jista' jsir biss billi jiġu introdotti liġijiet li jirrikonoxxu koppji u familji omosesswali li s'issa huma inviżibbli fil-liġijiet ta' pajjiżna. Hemm bżonn rikonoxximent li jgħin biex tinbidel il-mentalità.

No comments:

Post a Comment