Sunday 9 October 2011

Times: Bullied for sexual orientation

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20111006/local/Bullied-for-sexual-orientation.387901
Thursday, October 6, 2011

There are far too many instances in Maltese schools of bullying due to sexual orientation, according to Labour education spokesman Evarist Bartolo.
Mr Bartolo made the statement to mark the International Day of Teachers yesterday, the theme of which is equality between girls and boys.

Teachers should be given all the support they needed to ensure students, including those of a different sexual orientation, were treated equally. He added that teachers should be given respect, adequate working conditions and a salary that reflected the work they did, be involved in any changes made to the education system, and get help to care for children through the employment of professionals in healthcare, social care and psychology.

Ghalliema mpenjati ghall-ugwaljanza


http://www.partitlaburista.org/view/main/informazzjoni/stqarrijiet

It-tema ta’ din is-sena tal-Jum Dinji tal-Ghalliema (5 ta’ Ottubru 2011) hija: ‘L-Ghalliema ghall-ugwaljanza bejn il-bniet u s-subien’ turi bic-car kemm ir-responsabbiltajiet tal-ghalliema jmorru ferm lilhinn minn taghlim formali u ezamijiet u turi r-rabta li hemm bejn l-edukazzjoni u d-drittijiet civili.

Ghandu jinghata kull appogg lill-ghalliema biex ikunu jistghu jimpenjaw irwiehhom favur drittijiet ugwali ghat-tfal kollha, inkluz dawk ta’ orjentazzjoni sesswali differenti. Fl-iskejjel taghna ghad ghandha oqsma fejn il-bniet qed jaqghu lura u oqsma ohra fejn is-subien qed jaqghu lura. Fl-iskejjel taghna hemm bzonn ukoll isir izjed biex it-tfal minn eta` zghira jaccettaw id-diversita`. Ghad ghandna wisq kazi ta’ bullying li jsir fuq tfal minhabba l-orjentazzjoni sesswali taghhom. Dawn it-tfal ihossuhom imwarrbin minn kmieni u l-edukazzjoni ghandha sservi biex ikunu nkluzi fis-socjeta` taghna.

Biex l-ghalliema jkunu jistghu jedukaw ahjar dwar id-drittijiet civili hemm bzonn li huma wkoll ikunu f’kundizzjoni li jgawdu dawn id-drittijiet u jigu nvoluti b’mod genwin f’dak kollu li jigri fl-iskejjel taghna.

Huwa importanti wkoll li l-ghalliema jkollhom il-kundizzjonijiet xierqa ta’ xoghol: salarju li jirrifletti l-impenn taghhom, rispett shih lejn il-professjonalita` taghhom u li jkunu nvoluti fit-tibdil kollu fis-sistema edukattiva ghax is-success tat-tibdil jiddependi mis-sehem shih tal-ghalliema. Importanti li dan it-tibdil ikun tassew biex l-ghalliema jedukaw ahjar lill-istudenti u mhux iservi biex jibdel lill-ghalliema fi skrivani fejn iqattghu hafna hin jimlew il-karti flok jedukaw lill-istudenti. Essenzjali wkoll li l-ghalliema jithallew jahdmu fil-paci u jkunu mharsa minn kull tip ta’ vjolenza kontra taghhom.

Fid-dinja tal-lum fejn zdiedu u kibru d-dmirijiet tal-iskejjel biex jedukaw lit-tfal hemm bzonn li l-ghalliema jinghataw ir-rizorsi mehtiega biex iwettqu dmrijiethom tajjeb. Dawn ir-rizorsi jikkonsistu f’rizorsi teknologici u ta’ materjal edukattiv. Hemm bzonn jinghataw ukoll persuni ohra professjonali fl-oqsma tas-sahha, harsien socjali u psikologi biex ikunu jistghu jghinu lill-ghalliema jiehdu hsieb il-bzonnijiet differenti tal-istudenti.

Evarist Bartolo
Kelliemi ewlieni tal-Edukazzjoni

No comments:

Post a Comment