Sunday 17 July 2011

It-Torċa: Kburin li gay!

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=11938
10.7.11

MEMBRI tal-komu-nità omosesswali f'Malta l-bieraħ filgħodu nġabru f'Misraħ San Ġorġ fil-Belt Valletta għall-mixja annwali tal-Gay Pride, li ssir f'diversi pajjiżi u fejn, permezz tagħha, huma jħeġġu lis-soċjetà biex tilqagħhom fi ħdanha kif inhuma u ma tiddiskriminax kontrihom.

Dawk li attendew għal din il-manifestazzjoni mxew tul Triq ir-Repubblika u Triq il-Merkanti b'uħud minnhom iġorru bżieżaq, bnadar u kpiepel ikkuluriti waqt li bosta daqqew sfafar u ġarrew kartel-luni bi kliem ironiku dwar min għadu ma jaċċettahomx fis-soċjetà. Kien hemm uħud li anke mxew id f'id jew mgħan-nqin mas-sieħeb jew is-sieħba tagħhom.

Fost dawk li attendew għall-mixja kien hemm il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat, iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika (AD) Michael Briguglio, personalitajiet u għaqdiet bħall-Moviment Graffitti u Żminijietna.

Bosta minn fost dawk li kienu qegħdin jieħdu sehem fil-manifestazzjoni appellaw lill-Parlament biex koppji omosesswali jingħataw id-dritt li jgħixu flimkien u jiffurmaw "unjoni ċivili" fejn ikollhom drittijiet u responsabilitajiet bħalma għandhom il-koppji magħmulin minn raġel u mara.

No comments:

Post a Comment