Monday 16 May 2011

It-Torċa: ‘Evanġelista jurta lill-gays’

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=11611
15.5.2011 minn M. Abela, Valletta

Jien personalment naf lit-tliet persuni li xtaqu huma stess jesprimu b’mod pożittiv, u mingħajr ma jpoġġu dell ikrah fuq ħadd, kif il-Kelma t’Alla u relazzjoni ma’ Kristu wasslithom biex ma jibqgħux gay. Dawn ma marru għall-ebda terapija. Madankollu qed ikun allegat li saritilhom xi terapija jew li ntqalilhom li kellhom xi ‘marda’. Dan mhu veru xejn. Qed isir ħafna gideb għax dawn ma saritilhom l-ebda terapija u l-persuni ma kinux imġiegħla jagħmlu l-ebda pass li ma riedux jagħmluh huma stess. Dawn il-persuni b’mod personali qraw il-Kelma t’Alla u huma fil-privatezza tagħhom ma’ Alla raw il-bidla f’ħajjithom. Min jisma’ t-testimonjanza tagħhom jagħraf li Alla kien li messil-hom qalbhom u kellimhom b’mod personali u sabiħ ħafna. Iva kienu jattendu il-laqgħat f’River of Love ma’ persuni oħrajn fejn tinħass l-imħabba t’Alla. F’dawn il-laqgħat ma jsirx kliem ta’ mibgħeda kontra gays iżda jkun inkoraġġut il-qari tal-iskrittura u l-għarfien li hija l-Kelma t’Alla. Ejjew naħsbu ftit: Kieku dawn il-persuni raw jew semgħu tmaqdir jew mibgħeda, kif qed ikun allegat, kontra l-persuni gay meta ġew l-ewwel darba, kienu jerġgħu jersqu lejn dawn il-laqgħat? Ejjew inkunu raġonevoli.

Dawn mhumiex xi tfal żgħar li kienu hemm bilfors jew imkaxkra f’xi terapija jew li ma kinux se jirrabjaw kieku ntqalilhom xi kliem ta’ stmerrija kontra gays! Anzi huma persuni intelliġenti li jafu jagħtu l-opinjoni tagħhom. Żgur ma kinux iħossuhom komdi jerġgħu jattendu dawn il-laqgħat kieku verament intqal dan il-kliem kontra il-persuni gays. Kienet proprja l-imħabba li ġibdithom u mhux il-mibgħeda. L-imħabba li wrew Kristjani oħrajn lejhom. L-imħabba ta’ Kristu li miet fuq is-salib biex huma jkollhom ħajja eterna. Kienet din l-imħabba li wasslithom għal bidla f’ħajjithom.

No comments:

Post a Comment