Sunday 8 May 2011

It-Torċa: Evanġelista jurta lill-gays

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=11548
8.5.11

Il-Malta Gay Rights Movement (MGRM) esprima t-tħassib tiegħu dwar l-attitudni lejn l-omosesswali ta' Gordon-John Manche, predikatur tal-Knisja Evanġelika f'Malta u xandar fuq Smash Television.

Kollox beda wara li nhar il-Ġimgħa li għadda Manche ħoloq avveniment fuq Facebook. L-avveniment semmieh: "Gay no more – MADE NEW BY THE POWER OF CHRIST". Avveniment li skont id-deskrizzjoni tiegħu kellu jkun laqgħa spiritwali li tispjega kif tliet persuni kienu kapaċi jikkonvertu mill-omosesswalità.

L-MGRM interpreta dan l-avveni-ment bħala sforz li jippromwovi bidla fl-orjentazzjoni sesswali magħrufa bħala Sexual Orientation Change Efforts (SOCE).

"SOCE hija kontroversjali minħabba t-tensjoni bejn il-valuri mħaddna minn xi organizzazzjonijiet ta' fidi fuq naħa u dawk ta' organizzazzjonijiet li jaħdmu favur il-komunità gay, flimkien ma' organizzazzjonijiet professjonali u xjen-

tifiċi fuq in-naħa l-oħra," qal il-movi-ment.

L-MGRM ikkwota dokumenti tal-Assoċjazzjoni tal-Psikologi fl-Istati Uniti fejn intqal li l-orjentazzjoni sesswali hija xi ħaġa li huwa rari ħafna li tinbidel maż-żmien.

L-MGRM qal li filwaqt li jista' jkun hemm persuni li jipprovaw ibiddlu l-orjentazzjoni sesswali minħabba kunflitt bejn l-orjentazzjoni sesswali tagħhom u twemmin reliġjuż wieħed għandu jfittex għajnuna professjonali li tgħinhom jifhmu l-orjentazzjoni tagħhom.

Intant, il-kummenti ta' Manche nislu rabja kbira fost il-komunità Gay. Tant li fi ftit ħin issejħet protesta li kellha ssir il-bieraħ. Fil-paġna għall-attività li nħolqot apposta fuq Facebook mad-war 450 ruħ, ħafna minnhom mhux omosesswali, qalu li se jattendu l-pro-testa, filwaqt li diversi persuni oħra ħallew il-kummenti tagħhom.

Eventwalment il-protesta ma set-għetx issir għax il-pulizija infurmat lill-ogranizzaturi li huma ma setgħux jagħmlu dan għax ma kienx hemm 48 siegħa biex isiru l-permessi meħtieġa.

Ikkuntattjat mit-Times of Malta, Manche qal li huwa jgħin lin-nies bis-saħħa ta' Alla filwaqt li hu ċaħad li xi darba qal li jrid jikkura l-omosesswali għalkemm irrefera lejn l-orjentazzjoni sesswali tagħhom bħala dnub.

"Jiena predikatur. Jiena bniedem ta' Alla. Ngħin lill-giddibien jieqfu jigdbu. Ngħin lil min jagħmel adulterju jieqaf jagħmlu. Mhux bis-saħħa tiegħi imma bis-saħħa ta' Alla," qal Manche.

No comments:

Post a Comment