Wednesday 11 May 2011

EU Parliament: Ftuħ tas-sessjoni plenarja: Jum l-Ewropa, le għall-omofobija u l-piena tal-mewt


Istituzzjonijiet − 09-05-2011 - 18:44
Seduta plenarja

Waqt li kien qiegħed jiftaħ is-sessjoni plenarja ta' Mejju fi Strasburgu, il-President tal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek tkellem dwar iċ-ċelebrazzjoni ta' Jum l-Ewropa fid-9 ta' Mejju, l-istatut il-ġdid tal-UE fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti, il-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija fis-17 ta' Mejju u l-kundanna minn naħa tal-Parlament Ewropew ta' eżekuzzjoni li saret f'Gaża.

Jum l-Ewropa jiġi ċċelebrat kull sena fid-9 ta' Mejju u dis-sena din id-data kienet ukoll il-61 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman, li tat bidu għal dik li llum hija l-Unjoni Ewropea, fakkar il-President Buzek li kien għadu kif wasal lura minn Firenze fejn saret kommemorazzjoni ta' din l-okkażżjoni.

Il-President ħabbar ukoll li issa, l-UE hija membru sħiħ tal-komunità internazzjonali, peress li fit-3 ta' Mejju, in-Nazzjonijiet Uniti qablu li l-UE għandu jkollha dritt li titkellem matul l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. "Irridu nkomplu nkellmu lid-dinja b'leħen wieħed," saħaq Buzek.

Huwa fakkar ukoll li s-17 ta' Mejju huwa l-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija u wara kkundanna, f'isem il-Parlament Ewropew, l-eżekuzzjoni li saret mill-qorti militari f'Gaża ta' persuna minħabba l-kollaborazzjoni tagħha mal-Iżrael.

Tibdil fl-Aġenda

Id-dibattitu ta' nhar l-Erbgħa ma' Catherine Ashton, ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin, se jkun jiffoka fuq is-sitwazzjoni fis-Sirja u Camp Ashraf, kif ukoll fuq il-Komunità Nisranija Koptika fl-Eġittu.


Ref. : 20110509IPR18943

Kuntatt

Corinne CORDINA
Servizz tal-Istampa - Uffiċjal (Brussell)

Numru tat-telefown : (+32) 2 28 31082 (BXL)
Numru tat-telefown : (+33) 3 881 74588 (STR)
Numru tal-mobile : (+32) 498 98 33 00
Indirizz ta’ l-e-mail : stampa-MT@europarl.europa.eu
Massimo FARRUGIA
Servizz tal-Istampa - Uffiċjal (Valletta)

Numru tat-telefown : (+33) 3 881 78120 (STR)
Numru tal-mobile : (+356) 7982 9312
Indirizz ta’ l-e-mail : stampa-MT@europarl.europa.eu
Indirizz ta’ l-e-mail : massimo.farrugia@europarl.europa.eu
(+356) 21 23 50 75

No comments:

Post a Comment