Friday 18 February 2011

KullĦadd: L-imħabba s-sena kollha u mhux f'San Valentinu biss

http://www.kullhadd.com/201102122596/Intervista/l-imhabba-s-sena-kollha-u-mhux-fsan-valentinu-biss.html
Saturday, 12 February 2011 18:31 minn Ramona Portelli

Proprju ghada nkunu qed niccelebraw Jum San Valentinu, u jkun hawn hafna koppji li jaghtu lil xulxin xi rigali sbieh. Ma jonqsux il-ward ahmar, u kartolini b'messaggi ta' mhabba u bi kliem sabih. Izda tghid l-imhabba vera ghadha tezisti? L-imhabba tinxtara b'affarijiet materjali?

Dwar dawn il-fatti tkellimt ma' counsellor u trainee sex therapist – Matthew Bartolo. Matthew jahdem f'habs taz-zghazagh fl-Ingilterra. Ghalkemm ghad ghandu 26 sena, Matthew jidher determinat fuq xoghlu, tant li fl-Ingilterra qed jaghmel Masters f'Sexual and Relationship Psychotherapy. Bhala trainee f'Porterbrook Clinic, Matthew jara klijenti li l-maggoranza taghhom ikunu koppji, u li jkollhom problemi sesswali jew fir-relazzjoni taghhom. Fil-fatt ivarjaw minn problemi fizici li qeghdin jaffetwalhom l-intimità taghhom, sa stress jew inkwiet li qed ihossu bhala koppja.

Bhala counsellor Matthew jimxi fuq il-punti ta' integrità u umanità, li jfisser li l-mod li bih tghallem ghenu jhares lejn persuna ohra x'ghandha x'toffri minflok bhala pazjenta bil-problemi. "Inhoss li meta sirt naf lili nnifsi, stajt nifhem ahjar ghalfejn nagixxi bil-mod li nagixxi u x'ghandi naghmel biex nikber bhala persuna."

Investiment f'relazzjoni

Ilkoll ghandna nkunu konxji u nirrealizzaw li l-imhabba bejn koppji m'ghandhiex tkun biss proprju f'Jum San Valentinu. B'hekk tlabt lil Matthew jghaddi xi pariri dwar kif koppja tista' ssalva r-relazzjoni taghha.

"Naqbel mieghek li l-imhabba m'ghandix tkun dakinhar biss. Fl-istess hin nahseb li bhalma l-Milied hu skuza biex niltaqghu mal-familji u nieklu iktar mis-soltu, San Valentinu huwa bhal anniversarji, li jista' jkun cans ghal hafna koppji biex jonfqu naqra iktar fuq xulxin u jinvestu iktar hin flimkien. Jien dejjem nghid lill-koppji li relazzjoni trid tinvesti fiha."

Tlabtu jelabora aktar dwar dan u jghaddi aktar ideat prattici dwar dan l-investiment tant prezzjuz.

"Meta nghid tinvesti fir-relazzjoni, ma jfissirx li koppja tissallab biex tmur tiekol barra darba fil-gimgha jew issiefer darbtejn f'sena. Jien nistieden lill-koppji jharsu lejn ir-relazzjoni kif kienet fil-bidu – il-hrug, l-ammont ta' hin li kienu jqattghu quddiem il-mera jippreparaw qabel jiltaqghu, isaqsu lil shabhom fejn ser jiehdu lil xulxin, u affarijiet bhal dawn.

Dawn huma kollha affarijiet li hafna drabi l-koppja, la darba tigi komda ma' xulxin, tinsa u tidra tghix minghajrhom. Hafna koppji jghiduli ghax ikunu ghajjenin wara x-xoghol, u bejn it-tfal, genituri jixjiehu, u pizijiet tal-post, il-hajja vera saret difficli.

Interessanti hafna kif imba-ghad meta xi hadd minnhom isib xi mahbub jew mahbuba barra l-ghaqda taghhom, jirnexxilhom ilahhqu ma' dawn ir-responsabbiltajiet u r-relazzjoni klandestina," beda jispjegali tajjeb Matthew.

Fil-fatt l-ezempji li gabli huma kollha fatti tal-hajja, u li kultant ma nirrealizzawx kemm jistghu jinholqu problemi, jew inkella kemm setghu gew evitati problemi ohra.

Kompla jghidli, "Hija haga sabiha li koppja thossha tajjeb flimkien, li jekk m'ghandhomx aptit johorgu, jafu jgawdu anke b'dvd u xi pizza. Hu sinjal tajjeb li koppja m'ghandhiex ghalfejn tohrog tixrob biex tiehu pjacir flimkien. Hafna nies ikunu qed jistennew il-hin fejn jintefghu fuq is-sufan imgezzin flimkien u jaraw film.

Importanti imma li jkun hemm bilanc bejn l-intimità u l-avventura f'relazzjoni. Biex relazzjoni tibqa' interessanti, irid ikun hemm l-element gdid u ecitanti. Koppja tista' tipprova sport gdid, taghmel volontarjat flimkien, tipprova abseiling, tmur gurnata Ghawdex fil-widien, taghmel barbeque fuq il-bejt, jaghmlu 'date' id-dar billi isajru flimkien u jilbsu pulit, jistiednu n-nies ghall-ikel jew kafè, passiggata flimkien, u xi sorprizi ohra.

Hemm hafna affarijiet li t-tnejn jiftehmu u jorganizzaw ghal xulxin. Jezistu koppji li ddecidew li darba fil-gimgha jew hmistax jiehduha bejniethom biex darba kull wiehed jorganizzaw date. Mela gimgha persuna tiehu lill-ohra t-teatru, u l-gimgha ta' wara l-ohra torganizza date fl-istess post li ltaqghu l-ewwel darba. Il-gdid importanti daqs kemm hu importanti li nidraw lil xulxin," kompla jispjegali b'mod tant prattiku u car ghall-ahhar.

Matthew ihobb iqabbel relazzjoni ma' business jew karriera. Wiehed jieqaf jinvesti fiha u awtomatikament jieqaf il-frott. Fi kliemu stess, Matthew jispjega li hafna zghazagh jinvestu snin twal minn hajjithom biex jinvestu fil-karriera taghhom. Din hi haga tajba ghax imbaghad ikunu jistghu jghixu l-hajja li aspiraw ghaliha. Però imbaghad hu iktar difficli ghal min investa tant fil-karriera tieghu biex jghid le ghal bicca xoghol li ser tghinu javvanza professjonalment waqt li ccahhdu mill-hin mal-familja.

"Ghalhekk qed nistieden lil dawn in-nies iharsu lejn relazzjoni bhala karriera. Jekk tieqaf tinvesti fir-relazzjoni tieghek, ir-relazzjoni mhix se tibqa' ttik il-pjacir li kienet ittik. B'hekk qed nistieden lin-nies jiehdu responsabbiltà tar-relazzjoni taghhom u minflok jghidu ghax xbajt jew m'ghadnix inhoss l-istess emozzjonijiet tar-relazzjoni ta' qabel meta nkun mar-ragel jew mara, jistghu jghidu 'jien m'ghadnix ninvesti daqs qabel fir-relazzjoni u ghalhekk m'ghadniex niehu minnha daqs kemm kont niehu fil-bidu.'

Relazzjoni mhix xi haga li dhalt ghaliha u awtomatikament se ttik pjacir. Relazzjoni hija xoghol ta' tnejn minn nies. Iktar ma' dawn it-tnejn jahdmu, iktar ser jiehdu lura minnha. Fi kliem iehor ma jistax wiehed iqatta' ftit hin biss mal-mahbub jew mahbuba tieghu u meta jkun hemm, dejjem ikun irrabjat u jippretendi li ser jigi milqugh bil-bews u tghanniq," fissirli Matthew.

Però xorta jibqa' l-fatt li hafna koppji jinfexxu f'rigali sbieh u infiq ta' flus zejda ghal Jum San Valentinu, u forsi anke ma jirrealizzawx il-vera sens ta' mhabba. Iddiskutejt dawn il-fatti ma' Matthew u qalli li huwa jemmen li San Valentinu jista' jkun raguni biex il-koppja tqatta' iktar hin flimkien, u forsi jiktbu xi kartolina jew jixtru xi rigal.

"Hi haga sabiha li jkun hemm gurnata fejn koppja jistghu juru lil xulxin l-imhabba taghhom bla ma jigu ggudikati. Mhux kulhadd ifisser l-istess haga bil-kelma mhabba u mhux kulhadd juriha bl-istess mod. Din hi xi haga li koppja ghandha tiddiskuti flimkien ghax importanti li jkunu jafu l-persuna l-ohra xi thobb u x'tixtieq. Ghalxejn tonfoq tlett elef ewros curkett jekk il-persuna l-ohra tippreferi gurnata mghannqa mieghek jew tapprezza iktar rigal li ghamilt bl-idejn.

Is-sens tar-rigal hu li turi l-persuna l-ohra li hsibt fiha u biex taghmel dan trid tkun taf hi xi thobb. Illum il-gurnata hafna koppji jaghmlu xi haga flimkien ghal San Valentinu. Hu importanti izda li San Valentinu jkun parti mis-sena, mhux gurnata maqtugha ghaliha nnifisha," spjega Matthew, b'importanza partikolari ta' kif ghandha tkun il-vera mhabba.

Connexion Weekend ghall-koppji

Connexion Weekend huwa ddedikat u mahluq ghall-koppji kollha li ilhom flimkien u jixtiequ jharsu lejn ir-relazzjoni taghhom b'mod gdid. Dan il-weekend hu l-ewwel wiehed li qed jorganizza Matthew flimkien mat-tim tieghu.

Ghamlu ricerka kbira hafna fuq dawn it-tip ta' weekends li jsiru barra minn Malta. "Hdimna hafna biex imbaghad adattajnih, permezz ta' hafna qari u studju, ghal koppji f'Malta. Tant kellna rispons tajjeb ghalih li digà bdejna nahdmu fuq il-weekend ta' warajh. L-idea hi li dawn il-weekends isiru tlett darbiet f'sena."

Il-koppji ser ikunu fuq weekend break, fejn ser ikollhom hafna ikel, uzu ta' spa, gym, jacuzzi u facilitajiet ohra ta' wahda mil-lukandi ewlenin f'Malta. Ridt inkun naf aktar informazzjoni minghand Matt-hew.

"Waqt dan il-weekend ser ikollhom workshops fejn flimkien bhala koppji ser intuhom xenarji, suggetti u mistoqsijiet li jgelghom jiddiskutu u jsiru jafu iktar lil xulxin. Qeghdin anke norganizzaw attivitajiet fejn jistghu jidhku u jiehdu pjacir bhala koppja.

Kull koppja mbghad ser ikollha sessjoni mieghi fejn it-tlieta li ahna nahsbu dwar l-affarijiet li l-koppja tixtieq tibdel jew tahdem fuqhom, u jien naghti suggerimenti kif jistghu jaslu ghal dan it-tibdil. S'issa kellna rispons minn kull orjentazzjoni sesswali, età u tip ta' koppja. Infatti l-weekend ta' Frar imtela' mill-ewwel u ghalhekk qed norganizzaw iehor fl-ahhar weekend ta' April. Ser ikun is-Sibt, 30 ta' April u l-Hadd, l-1 ta' Mejju. Dawk kollha li jixtiequ aktar informazzjoni dwar Connexion Weekend jistghu jcemplu fuq 7920 9062.

Fl-ahharnett Matthew emfasizza mieghi li xoghlu hu li jaghti suggerimenti u mbaghad il-koppja flimkien iridu jiddiskutu u jaraw x'jahdem ghalihom.

"Ix-xoghol tieghi jlaqqaghni ma' hafna koppji u tghallimt li qatt m'ghandi nghid jien lill-koppja x'ghandhom jaghmlu. Huma jafu lil xulxin ahjar milli hadd jista' jimmagina," temm jghidli Matthew b'tant emfasi.

No comments:

Post a Comment