Monday 1 November 2010

Mons. Mario Grech: Is-Sesswalità umana

31.10.10

F’diskors li għamel fil-konklużżjoni ta’ Konferenza Nazzjonali dwar “it-teoloġija tal-ġisem” li saret f’Għawdex nhar il-Ħadd filgħodu, l-Isqof Mario Grech wassal dan il-messaġġ:

Kull abbuż sesswali fuq il-minuri, huwa hażin u kundannabli irrispettivament jekk min jwettqu jkunx persuna lajka, reliġjuża jew saċerdot. L-abbużi sesswali għandhom jiġu denunzjati lill-awtoritàjiet kompetenti, partikularment lil pulizija.

Pero huwa fatt li fis-soċjetà qed isiru ukoll abbużi mis-sesswalità tal-bniedem.

Hija abbużata l-persuna metà ma tkunx mgħejjuna biex ma ċċedix għall-istint. Hemm bżonn li l-bniedem jitheġġeġ biex juża aktar ir-raġuni tiegħu biex jiżen jekk l-għemil sesswali tiegħu huwiex qed jirrispetta n-natura u l-finalità tas-sesswalità umana.

Is-sistema edukattiva tagħna tista tkun qed tagħmel abbuż fuq l-istudenti jekk flok ma tgħinhom jitgħallmu kif jedukaw l-enerġija sesswali tagħhom, toffrilhom tagħlim u mezzi bħalma huma l-kontraċettivi, biex iċedu għall-kultura tal-pjaċir.

Metà l-imħabba bejn il-bnedmin tiġi proposta bhala imħabba erotiċa li tinqeda bil-ġisem uman, ikun qed isir abbuż mill-imħabba vera. Għax l-imħabba vera għandha twassal biex persuna tingħata u mhux biex tipposedi.

Billi l-ġisem uman huwa parti mill-persuna, dan għandu jkun rispettat mill-mument fejn isehh id-dinamika tat-tnissil sat-tmiem tal-hajja naturali tiegħu.

No comments:

Post a Comment