Saturday 11 September 2010

L-Orizzont: Ngħix jew neżisti

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=65844
4.9.10 minn Matthew Vella, Pulse, Ghaqda ta' studenti Socjal-Demokratici

InĦarsu lejn il-ħajja tagħna u nindunaw li m'għandna ċans ta' xejn, inħarsu lejn il-ħajja tat-tfal tagħna u nindunaw li dawn kibru u aħna ma ndunajniex, inħarsu lejn il-kwalità tal-ħajja tagħna u nin dunaw li qegħdin neżistu u mhux ngħixu. Riflessjoni personali iżda meta tkabbarha fuq livell nazzjonali nindunaw kemm l-aspett u l-mentalità ekonomika rikbu fuq l-aspett soċjali tal-individwi.

Dan ġab miegħu riperkussjonijiet kbar fuq il-ħajja tal-familji tagħna, l-istess familji li fuq il-karta huma meqjusin bħala "l-qalb tas-soċjetà Maltija". Żgur li kulħadd jaqbel fuq rwol tal-familja fis-soċjetà tagħna, iżda jien nistaqsi kemm din qed ikollha opportunitajiet, għaqda u l-mekkaniżmu meħtieġ biex tiffunzjoni skont il-bżonnijiet essenzjali tal-istess membri tal-familja. Kemm hija sitwazzjoni ġusta li nibqgħu niddefinixxu l-familja b'veduti tradizzjonali, filwaqt li ninjoraw il-familji diversi li nsibu fis-soċjetà tagħna llum? Ma naħsbux li meta nkunu qegħdin nużaw din id-definizjoni tal-familja, inkunu qegħdin noħolqu esklużjoni soċjali ma' dawk individwi li qegħdin jgħixu f'familji diversi?

Aħna bħala Pulse nemmnu li wasal iż-żmien li bħala soċjetà li temmen daqshekk fl-importanza tal-familja, ikollna l-politika nazzjonali tal-familja. Din m'għandhiex tkun ibbażata fuq valuri reliġjużi, mhux għax dawn mhumiex importanti fis-soċjetà, iżda għax mhux l-individwi kollha jħaddnu l-istess valuri reluġjużi għaldaqstant irridu noqogħdu attenti li ma jkunx hemm forom differenti ta' diskriminazzjoni li jwasslu għal esklużjoni soċjali.

Meta nitkellmu fuq id-definizjoni tal-familja aħna nemmnu li din m'għandhiex tkun waħda limitata biss għall-familja tradizzjonali, iżda għandha tkun waħda miftuħa u li tirrifletti soċjetà inklussiva.

B'dan il-mod kemm id-definizzjoni kif ukoll il-politika nazzjonali m'għandhomx imorru kontra drittijiet fundamentali tal-bniedem, kemm dawk imsemmijin fil-Kostituzzjoni ta' Malta, il-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u għal-libertajiet fundamentali tal-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll dawk imsemmijin fiċ-'charter' tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għax inkella jkunu qegħdin imorru kontra l-ġid komuni.
Nemmnu li hemm bżonn introduzzjoni ta' mekkaniżmu ġdid li jkun provdut min profesjonisti li jgħin lil dawk il-kopji li jkun se jiżżewġu fil-preparazzjoni tagħhom għal ħajja miżżewġa, dan għandu jkun provdut kemm għal dawk li jkunu se jiżżewġu bis-sagrament taż-żwieġ kif ukoll dawk li jkunu se jiżżewġu biċ-ċivil. Dawn il-proposti kollha żgur li jgħinu biex bħala soċjetà verament ikollna familji b'saħħithom, mhux biss bil-kliem iżda wkoll bil-fatti.

Aħna konxji li mhux il-familja kollha huma stejjer ta' suċċess u nifhmu li sitwazzjonijiet bħal dawn iġibu tbatijiet kbar fuq il-membri tal-famlja kollha, b'mod speċjali fuq it-tfal. Meta nitkellmu fuq problemi matrimonjali rridu inżommu f'moħħna żewġ affarijiet importanti ħafna li m'hemmx soluzzjoni wahda għal kull probelma kif ukoll li din is-sitwazzjoni hija verament sensitiva ħafna għal min ikun għaddej minnha.

Dan il-punt iwassalni biex ngħid li meta nitkellmu fuq id-divorzju irridu noqogħdu attenti li dan ma jkunx diskuss mill-aspett ta' istituzzjonijiet iżda hemm bżonn li jkun diskuss mil-aspett uman, għaldaqstant inħarsu lejh mil-lenti ta' dawn il-persuni li qegħdin għaddej jin minn dawn is-sitwazzjonijiet diffiċili, filwaqt li dejjem inżommu f'moħħna x'inhuma l-interessi fundamentali għall-ġid tat-tfal li huma l-futur tas-soċjetà tagħna.

Bħala għaqda Pulse nemmnu li hemm bżonn isir studju serju fuq x'impatt, x'benfiċċju jġib l-introduzzjoni tad-divorzju f'paj jiżna kif ukoll kif dan id-dritt ċivili għandu jkun imdaħħal fil-liġijiet ta' pajjiżna. Dawn għandhom ikunu jirriflettu l-aspetti soċjali, psikoloġiċi u ekonomiċi tal-individwu li jgħaddi minn seperazzjoni llum, filwaqt li jkun ikkomparat mal-istess esperjenza, imma li kieku kellu jgħaddi minn divorzju.

Pulse temmen li l-prinċipju tal-ħarsien soċjali għandu jkun preżenti fis-soċjetà, biex kull persuna tkun tista' tiġi kkunsidrata bħala persuna unika, b'karatteristiċi, talenti, opinjonijiet u bżonnijiet differenti.

Aħna nisħqu li kull persuna fis-soċjetà għandha xi tipi jew forom differenti ta' potenzjal, għaldaqstant ninsistu li soċjetà għandha tkun kapaċi toff ri opportunitajiet indaqs għal kulħadd, mingħajr l-ebda forma ta' diskriminazzjoni.

Dan kollu żgur ikun jista' jiġi maħluq biss permezz ta' edu kazzjoni kontinwa u kampanji serji li joħolqu kuxjenza fuq aspetti differenti. B'dan il-mod inkunu qegħdin nibnu soċjetà inklussiva, fejn kull persuna tħossha li hija integrata kif ukoll attiva. Din il-mentalità fis-soċjetà żgur li ġġib magħha sens kbir ta' armonija u stabbiltà soċjali, fejn l-ekonomija u l-industrija ikunu jistgħu jiġu użati bl-aħjar mod għall-ġid ta' l-istess membri tas-soċjetà.

No comments:

Post a Comment