Monday 30 August 2010

KullĦadd: Is-suwiċidji qegħdin jiżdiedu?

Saturday, 28 August 2010 15:24 Kevin Mercieca

kevin-mercieca-editur-l-isfera_copyFis-sena 2002 naraw li kien hemm 19-il kaz ta' suwicidju, fis-sena 2003 telghu ghal 20, fis-sena 2004 telghu ghal 24, fis-sena 2005 nizlu ghal 18, fis-sena 2006 telghu ghal 26, is-sena ta' wara rega' kien hemm 26, waqt li fis-sena 2008 kien hemm tnaqqis bl-ammont ikun ta' 14.

Fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2009, is-suwicidji regghu telghu u kien hemm 19-il kaz. Din ir-ricerka kienet dehret fuq gurnal lokali ftit tax-xhur ilu u jkolli nistqarr li bqajt allarmat b'dak li kont qrajt peress li ma kontx rajt qabel ic-cifri f'pajjizi ohra Ewropej.

Ghalkemm fl-ahhar snin Malta esperjenzat zieda f'suwicidji li saru minn Maltin u Ghawdxin, madankollu hu fatt maghruf li s-suwicidji fl-Ewropa naqsu filwaqt li l-pajjizi Mediterranji ghandhom rati anqas baxxi. Jien nirraprezenta liz-zghazagh u b'hekk nista' nitkellem dwar kazijiet li jikkoncernaw lilna z-zghazagh.

Wiehed ghandu mnejn jistaqsi – x'qieghed jigri u ghaliex is-suwicidji fost iz-zghazagh zdiedu f'dawn l-ahhar ghoxrin sena? Issib min jibqa' sorpriz u jghidlek, l-adoloxxenza u z-zghozija huma l-isbah zminijiet ta' hajjitna u b'hekk jaraha stramba li guvni jew tfajla jkunu mdejjqin f'dan iz-zmien partikolari f'hajjithom. Sa certu punt naqbel ma' min huwa ta' din il-fehma, izda xorta wahda trid tara l-istampa kollha – jista' jkun li l-isfond familjari tal-individwu qieghed ikissirlu hajtu, xeba' jara glied bejn il-genituri tieghu jew sahansitra gie jew ghadu jigi ibbulijat mill-familjari tieghu.

Jista' jkun li persuna tkun giet abbuzata u ghalkemm ghaddew is-snin, psikologikament tkun ghadha ma fiqitx. F'dan il-kaz tidhol is-sahha mentali - fil-fatt hu kkalkulat li f'pajjizna hawn xejn inqas minn 11.5% jew ftit aktar minn 35,000 li jbatu bid-dipressjoni (dawn ma jinkludux zghazagh biss).

Minn dawn 30 fil-mija biss jiehdu l-kura u din hija xi haga inkwetanti hafna u li zgur fil-futur ghandha naghmlu pjan holistiku u nahdmu dwarha. Tajjeb li wiehed jistaqsi ghaliex il-Gvern sena wara l-ohra ma jippruvax itejjeb id-Dipartiment tal-Psikjatrija la jaf li hawn eluf ta' persuni li jehtiegu dan is-servizz essenzjali.


Fid-dawl ta' dan kollu jista' jkun hemm nies li mhux qeghdin jiehdu l-kura ghax ma jifilhux imorru ghand psikologu jew psikjatra privat jew minhabba li l-pilloli hafna drabi jekk ma jiktiblikx ittra l-psikjatra tieghek ikollok thallas ghalihom ukoll.

Fattur iehor li mir-ricerka li ghamilt jidher li qieghed iwassal biex aktar zghazagh iwettqu suwicidji, hija l-orjentazzjoni sesswali – minkejja l-hafna kampanji li jsiru fuq LGBT, xorta wahda ghadek ssib persuni li ma jaccettawx li huma bisesswali jew omosesswali u dan qieghed iwassal ghal ansjetà, solitudni, dipressjoni u sfortunatment hafna drabi anki suwicidji.

Barra minn hekk issib whud li ghalkemm ikunu eterosesswali, jibzghu li jistghu jkunu omosesswali, fil-verità minhabba li jibdew jiffissaw fuq certi azzjonijiet li jkunu sarulhom qabel f'hajjithom.

Il-parir tieghi lil dawn iz-zghazagh hu biex jifthu qalbhom ma' nies li jistghu jghinuhom. Il-genituri mhux dejjem jistghu jkunu effettivi, anzi xi kultant ikunu aktar distruttivi fil-konfront tal-individwu.

Ghalhekk huwa tajjeb li nitkellmu ma' psikologi u jekk hemm bzonn naghmlu ricerka zghira dwar dak li jkun qieghed ibezzaghna. Meta tara li eluf ohra ghaddejjin mill-istess sitwazzjoni tieghek, taghmel hafna kurragg.

Is-suwicidji biex jonqsu hemm bzonn li minn ckunithom it-tfal u l-genituri jikkomunikaw bejniethom u l-aktar haga vitali hi li l-genituri juru lil uliedhom li huma lesti li jisimghhom f'kull mument.

Il-gvern centrali jista' jahdem ukoll b'mod aktar koerenti f'dan ir-rigward billi jindirizza aktar il-problemi li qeghdin iwasslu ghas-suwicidji u jkun hemm moniteragg kull sena biex naraw x'progress jkun sar.

www.kottoner.com/sfera.html; gurnal_sfera@hotmail.com


No comments:

Post a Comment