Wednesday 21 July 2010

Malta Right Now: Messaġġi favur aktar drittijiet għal persuni omosesswali, bisesswali u transesswali

http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=Messa%26%23289%3B%26%23289%3Bi+favur+aktar+drittijiet+g%26%23295%3Bal+persuni+omosesswali%2C+bisesswali+u+transesswali&t=a&aid=99821946&cid=19

Daniela BARTOLO; 17 ta' Lulju, 2010 14:27

Huwa inaċċettabli llum il-ġurnata persuni omosesswali jew transesswali jiffaċċja diskriminazzjoni mill-familja u l-bqija tas-soċjetà .

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Pride March ta' din is-sena mixja minn grupp ta' aktar minn mitt persuna fit-toroq tal-Belt Valletta.

Fost il-kelliema David Agius, f'isem il-Partit Nazzjonalista, qal li hija ħasra li hawn min fis-soċjetà għadu jħares lejn persuni omosesswali jew transesswali bħala persuni inferjuri. Id-Deputat Nazzjonalista appella għal rispett reċiproku f'soċjetà b'idejat u opinjonijiet differenti. Tkellem ukoll għal-liġi tal-koabitazzjoni li se tibda tiġi lleġislata sal-aħħar tas-sena fil-Parlament liġi li ma tagħmel l-ebda differenza bejn is-sessi.

Id-Deputat Laburista Owen Bonnici għamel referenza għal drittijiet ċivili li kull individwu għandu dritt għalihom mat-twelid irrespittavement mill-orjentazzjoni sesswali tiegħu.

Dwar l-istess liġi, Gaby Caruana f'isem l-MGRM esprimiet tħassib li għadu mhux ċar x'tip ta' protezzjoni se tingħata lil koppji gay. Żiedet li qafas legali li ma jagħtix dritt għal żwieġ u addozzjoni ta' tfal minn koppji gay mhumiex adegwati.

Holger Krahmer, MEP Ġermaniż, għamel rimarka dwar in-numru ta' nies li pparteċipaw fil-Pride March. Saħaq li hemm bżonn li aktar individwi jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom. Tkellmu wkoll l-Alternattiva Demokratika u l-Moviment Graffitti.

Fost dawk preżenti, d-Deputati Nazzjonalisti Karl Gouder u David Agius; il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Marthese Portelli kif ukoll rappreżentanti mill-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista.


No comments:

Post a Comment