Friday 23 July 2010

L-Orizzont: Illum isir il-Pride March fil-Belt Valletta: Ambaxxaturi barranin jiddikjaraw appoġġ għall-Pride Week mill-MGRM

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=64548
17.7.10 minn Sammy Sammut

Hija ironija li waqt li l-aw tori tajiet governattivi Maltin qegħ din isibuha komda ħafna li jżommu rwieħhom 'il bo għod kemm jista' jkun minn kull attività li ssir b'sejħa għal drittijiet ċivili ndaqs għal persuni LGBT, aktar rappreżen tanti uffiċjali tal-gvernijiet bar ranin f'pajjiżna qegħdin jiddikjaraw fil-beraħ l-appoġġ u s-sostenn tagħhom għal attivitajiet simili, bl-aħħar eżem pju jkun dak tal-Pride Week li qiegħed jorganizza bħalissa l-Malta Gay Rights Movement (MGRM).

L-aħħar dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għall-ħidma mwettqa f'Malta fejn jidħlu d-drittijiet ta' persuni gay, leżbjani, bisess wali u transesswali saru waqt laqgħa mill-aktar kordjali li uffiċjali tal-MGRM kellhom mal-Kummissarju Għoli Ingliż għal Malta, Louise Stanton u mal-Ambaxxatur Olandiż, Rob b ert Gabrièlse.

Fost is-suġġetti diskussi f'din il-laqgħa kien hemm l-attivitajiet li qegħdin jiġu organizzati f'dawn il-jiem bħala parti mill-Pride Week 2010, li bħala tema għaliha ntgħażlet dik ta' "Rights Now! – Dritti jiet Issa!".

It-tema magħżula tagħti ħjiel ċar tal-ħtieġa kbira li persuni LGBT u l-familji li huma jifformaw, jingħataw fost oħ rajn drittijiet li huma l-istess għal dawk gawduti minn familji oħrajn. Hija wkoll sej ħa biex kemm jista' jkun malajr jittieħdu dawk il-miżuri kollha meħtieġa biex ma tkomplix id-diskriminazzjoni li qiegħda ssir kontra persuni LGBT, fosthom fejn jid ħol l-aċċess għal prodotti u ser vizzi.

Hu biss bir-rispett, id-dinjità u l-ugwaljanza għal kul ħadd li nistgħu nilħqu l-poten zjal sħiħ tagħna bħala bnedmin umani, kemm individwal ment kif ukoll kollettivament. Jien infaħħar il-ħidma sfieqa li qiegħed iwettaq l-MGRM biex ikun indirizzat in-nuqqas tal-ugwaljanza fis-soċjetà," qa let il-Kummissarju Għoli In gliż Stanton waqt li esprimiet it-tama li b'appoġġ aktar mif rux u b'aktar edukazzjoni tasal biex titwettaq bil-fatti din il-viżjoni.

Interessanti wkoll il-fatt li kontra dak li qatt jistgħu jo ħolmu li jagħmlu ministeri u dipartimenti governattivi f'Mal ta, għat-tieni sena konsekuttiva matul il-Pride Week organizzata mill-MGRM, il-Kummissjoni Għolja Ingliża qiegħda tesebixxi l-bandiera tal-gay pride fis-sala tal-mer ħba tal-bini tagħha f'Ta' Xbiex, b'turija ta' appoġġ għall-ugwaljanza għal kul ħadd irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali tiegħu. L-istess għamlet ir-Rappre żen tanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta li wkoll b'sinjal ta' appoġġ qiegħda ttajjar il-ban­diera tal-gay pride fid-daħla prinċipali ta' Dar l-Ewropa, fil-Belt Valletta.

Min-naħa tiegħu, l-Ambax xatur Olandiż Gabrièlse esprima l-appoġġ u s-solidarjetà sħiħa tiegħu lejn il-komunità leżbjana, gay, bisesswali u transesswali fil-gżejjer Maltin.

Hu faħħar lill-Malta Gay Rights Movement u lill-awtoritajiet Maltin li kkoperaw miegħu biex setgħet tkun or ga nizzata b'suċċess it-13-il Kon ferenza Annwali tal-Fergħa Ew ropea tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Persuni Leż bjani u Gay (ILGA - Europe) f'Ottubru tas-sena l-oħra, waqt li fakkar fid-diskors tal-ftuħ eċċellenti li kien għamel l-Avukat Louis Galea, dak iż-żmien Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

L-attivitajiet mill-MGRM għall-Pride Week 2010 jilħqu l-qofol tagħhom għada, is-Sibt, meta fit-toroq tal-Belt Valletta jsir il-Pride March. Din tibda fl-10.30 a.m. minn Bieb il-Belt u se tkun tinkludi spettaklu mużikali minn espo nenti lokali u barranin, fost hom DJ Chunky, Chiara u Muxu, kif ukoll il-mistieden speċjali l-kantant magħruf Ame rikan bl-isem ta' Michael Ashanti.

Bħas-soltu ssir ukoll il-mixja tradizzjonali ta' solidarjetà ma' dawk il-persuni kollha LGBT li minkejja kollox għadhom qegħdin ibatu inġustizz ji u diskriminazzjoni bbażata fuq id-dehra fiżika jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. F'din il-mixja se jieħdu sehem rappreżentanti mill-partiti po litiċi diversi kif ukoll għaqdiet ċivili oħrajn.

Jitwasslu wkoll messaġġi qosra tal-okkażjoni matul l-avveniment, li din is-sena jinkludu wieħed mill-EwroParlamentari mill-Grupp ALDE, Holger Krahmer.

Kelliem għall-Malta Gay Rights Movement, Bernard Muscat qal li dawk kollha ta' rieda tajba huma mistednin biex jattendu u jieħdu sehem f'dawn l-attivitajiet biex b'mod paċifiku u kkulurit jaffermaw l-identità leżbjana, gay, bisesswali u transesswali, waqt li jiċċelebraw id-diversità li teżisti fis-soċjetà tagħna.

No comments:

Post a Comment