Monday 22 March 2010

Il-ĠensIllum: L-Isqof Mario Grech ikkundanna ktieb li jallega li San Pawl u San Ġorġ Preca kellhom tendenzi omosesswali


L-Isqof t'Għawdex l-Monsinjur Mario Grech
L-Isqof t'Għawdex l-Monsinjur Mario Grech

21 ta'Marzu 2010

L-Isqof t’Għawdex, Mario Grech ikkundanna ktieb li jallega li San Pawl u l-ewwel qaddis Malti, kellhom tendenzi omosesswali. Qal li dan il-ktieb, jitfa dawl ikrah fuq il-Knisja.

L-Isqof Grech, qal li dan l-allegazjonijiet huma serji u bbażati fuq aġenda malizjuża.

Il-ktieb, Queer Mediterranean Memories miktub mill-Malti Awstraljan, Joseph Carmel Chetcuti, jispekula dwar l-orjentazzjoni sesswali ta’ diversi personalitajiet prominenti, fosthom San Gorg Preca u Agatha Barbara.
Mario Grech tkellem ukoll dwar dak li hu fisser bħala kampanja kontra l-Papa Benedittu Sittax, li qed jiġi assoċjat ma inċidenti ta’ pedofelija u qassisin omosesswali.

Fi kliem l-Isqof t’Għawdex, dan qed isir biex tixxejjen il-kredibilita’ tad-dutrina Nisranija. Bħalissa, l-Vatican qed jindirizza allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali u fiżiku minn qassisin fl-Irlanda, Germanja u Żvizzera.

L-Isqof Mario Grech, ikkundanna kull tip ta’ abbuz sesswali, filwaqt li appella sabiex jittieħdu mizuri stretti mhux biss mill-Knejjes imma minn istituzzjonijiet oħra kontra dawn it-tip ta’ abbużi.

Hu wiegħed li ser jieħu l-azzjonijiet neċessarji f’każijiet simili, madankollu, stqarr li mhux ġust li minħabba numru ta’ individwi, jeħel kulħadd.

---

Priedka ta' Mons. Mario Grech, Isqof ta' Għawdex, 19.3.2010 Qala Għawdex

Priedka fl-okkazzjoni tal-Festa ta' San Guzepp

Iċ-ċelebat saċerdotali huwa teżor

San Guzepp ma kienx sacerdot, imma kellu mohh u qalb sacerdotali! Il-Papa Gwanni Pawlu II, sejjah lil San Guzepp bhala l- “kustodju tal-Feddej”. Dan t-titlu japplika ukoll ghas-sacerdot li huwa l-ghassies ta Kristu, mhux biss billi jghasses b’hafna ghozza l-Ewkaristija u l-grazzja li huwa jqassam f’isem Kristu kull meta jxandar il-Kelma u jiccelebra s-sagramenti; imma ukoll meta huwa jghasses fuq il-poplu t’Alla. Ghalhekk, bir-ragun li xieraq li f’din is-sena ddedikata lis-sacerdoti, nirriflettu dwar il-figura tal-Patrijarka San Guzepp u nitolbu bl-intercesjoni tieghu halli fil-Knisja ta Kristu s-sacerdot jibqa jghix is-sejha tieghu bil-fedelta.

Biex seta jkun il-kustodju ta Gesu, Guzeppi irrinunzja ghal paternita fizika. Guzeppi u Marija kellhom il-pjan li jizzewgu u jiffurmaw familja, tant li kienu diga tgharsu ufficjalment;imma mbaghad Alla jidhol fl-istorja taghhom u jaghzilhom. Lil Marija sejhilha ghal maternita verginaliL kellha tnissel il-Verb bil-qawwa ta l-Gholi u tibqa vergni. Minn Guzeppi, Alla talab li jibqa vergni u fl-istess waqt jifrex il-paternita affettiva u spiritwali fuq Gesu. Kien Guzeppi li ghen lil Gesu jikber fiz-zmien, fl-gherf u l-grazzja! Guzeppi jaccetta li jghix hajja kasta biex hekk jintelaq f’idejn Alla u jkun tieghU f’kollox.

Il-Knisja Kattolika Latina titlob li s-sacerdoti ma jizzewgux. Huma jibqghu celebi mhux ghax bohol, jew ghax ma jhossuhomx migbudin biex jidhlu f’relazzjoni ma mara u flimkien jibnu familja; imma ghax fuq l-ezempju ta Kristu, is-sacerdoti jibqghu celibi “ghas-saltna tas-smewwiet” [Mt 19.12]. Minbarra dan l-aspett eskatologiku, ic-celibat huwa ghajnuna biex is-sacerdot ikun ghall-ohrajn u ghalkemm jirrinunzja ghal dik il-paternita li hija proprja tal-mizzewgin, huwa jikseb paternita u maternita godda ghax bil-maghmudija u bil-predikazzjoni huwa “jnissel fi Kristu” [1Kor 4.15] u “jhoss l-ugiegh tal-hlas” sakemm Kristu jissawwar fihom [Gal 4.19]. Biex jassigura din il-qalb pastorali, is-sacerdot celibi jistinka biex ihobb lil Alla u lill-ohrajn b’qalb shiha u ghalhekk jaccetta li imhabbtu ma jaqsamha ma ebda persuna partikulari!.

Kemm ic-celibat sacerdotali kif ukoll ic-celibat li jhaddnu dawk li jikkonsagraw ruhhom lil Alla u ohrajn li huma moghtija ghal Alla bhalma huma s-Socji tal-Museum, ma jifthiemex jekk ma jkunx hemm vizzjoni ta din il-finalita soprnaturali. Mhux ghageb li Gesu ma kienx mifhum! Mhux biss in-nies ta zmien Kristu ma fehemux il-valur tac-celibat, imma lanqas in-nies ta zmienna! Nghid dan mhux ghax ghandi xi dubju mill-kunvizjoni li ghandhom is-sacerdoti taghna dwar ic-celibat, imma ghax inhossni ippreokkupat bid-diskors li ghaddej mhux biss fl-Ewropa, bhal fil-kaz tal-Germanja, l-Irlanda u l-Swizzera, imma ukoll f’pajjizna – diskors mahsub biex jiskredita c-celibat tas-sacerdot kattoliku. Bhalissa, anke f’pajjizna, hawn mewga kontra s-sacerdozju bl-akkuzi ta sacerdoti nvoluti fil-pedofilija u l-omoseswalita. Dan nghidu b’ghafsa ta qalb ghax inhoss ghas-sacerdoti u l-Knisja.

Waqt li f’pajjizna ahna qed inhejju ghaz-zjara fostna tal-QT il-Papa Benedittu, fuq ix-xefaq ghaddejja kampanja kontra tieghu. Xi uhud qed jippruvaw jimplikawh f’incident ta sacerdoti pedofeli u omosesswali. It-tajn li qed jiftghu fuq is-suttana bajda tal-Papa, huwa hmieg li iriduh jaqbad mal-Knisja! Nidrob ir-raghaj biex il-merhla tixxerred! Dan il-hmieg qed jitwaddab lejn il-Knisja bil-hsieb li jkissru l-awtorita morali taghha u jnisslu dubji serji dwar l-attendibilita tad-duttrina nisranija! Il-filosofu Taljan Marcello Pera iddeskriva dan il-fenomenu bhala kampanja tal-lajcismu kontra l-Kristjanita! Jekk naghtu harsa lejn l-istorja ricenti, nintebhu li maz-zmien tbidlu l-mezzi li bihom sar l-attakki, imma l-ghan baqa dejjem l-istess: il-qerda tat-twemmin nisrani. Macello Pera ikompli jikteb li din il-kampanja mhix biss aggressjoni fuq il-Papa, imma ukoll fuq id-demokrazija – “jekk il-Kristjanezmu jinqered, tintilef l-istess demokrazija”.

Dan l-ahhar smajna li mhux biss San Pawl kellu orjentamentr omosesswali, imma anke San Gorg Preca. Dawn huma kalunji serji! Verament meraviljuza r-raguni li nghatat biex tfisser il-fatt li n-numru tas-seminaristi fi zmienna naqqas: ghax snin ilu fis-seminarju kienu jidhlu dawk li ghandhom orjentament omosesswali! F’dan kollu hemm agenda malizjuza biex jiskreditaw is-sacerdot u l-Knisja!

Xejn ma nistghageb jekk il quddiem jigi xi hadd u jghidilna biex ma nibghatux lil uliedna ghad-duttrina jew il-Museum, biex it-tfal taghna ma jibqghux jaqdu l-artal bhala abbatini, biex ma nhalluhomx imorru fl-iskejjel tal-Knisja … ghax jistghu jmissuhom!!!

Mhux qed nghid li fil-Knisja ma hemmx dawn il-perikli! Imma nixtieq nara fi hdan kategoriji u professjonijiet ohra fis-socjeta taghna, dik l-istess rigorista u serjeta li ghandha l-Knisja llum biex imgiebiet bhal dawn jigu mrazna. Filwaqt li ghal darba ohra nikkundanna kull forma ta abbuz sesswali, partikularment fuq il-minuri, naghti kelma li meta nkun naf b’imgieba bhal din fil-kamp pastorali, jien nagixxi. Minn naha l-ohra, mhux gust li jekk jizbalja wiehed, mieghu jehel kulhadd.

Ghalhekk huwa providenzjali li llum qed niccelebraw din is-sollenita ta San Guzepp – ghax San Guzepp ghandu messagg attwali hafna li jghinna nifhmu din id-dimensjoni celibatarja tas-sacerdot kattolliku. Nitlobkom twieznu lilna s-sacerdoti bit-talb taghkom biex ahna nharsu dan it-tezor tac-celibat u nghixu bil-fedelta s-sejha taghna. Nitlobkom ukoll biex ikollkom gharfien ta dawk li jaghtu lilhom infushom lil Alla, partikularment tas-sacerdoti.

No comments:

Post a Comment