Friday 29 January 2010

L-Orizzont: L-importanza tal-familja

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=59964
27.1.10 minn Godfrey Galea, MOVE Progressive Students

Dwar l-importanza tal-familja kulħadd jaqbel. Il-problema saret: liema hi familja u liema mhiex? Biex tipprova twieġeb din il-mistoq sija, wieħed irid ikun kapaċi jinqata’ ftit minn dak kollu li mhux realistiku u li jkun jibbaża biss fuq ħolm idealistiku u jifhem li dawn il-mistoqsijiet tista’ tweġibhom biss meta tkun onest miegħek innifsek.

Spiċċa ż -żmien li noqogħdu naħarbu realtajiet ġodda li qegħdin insibu ma’ wiċċna llum. Bis-sit wazzjoni preżenti nsibu diversi nies li b’xi mod jew ieħor qegħdin ibatu u qegħdin jiġu ddiskriminati b’xi mod jew ieħor, tant li dawn ma’ jistgħux la jiżżewġu u lanqas ma jista’ jkol lhom familja.

L-ewwel fuq il-lista nsibu dawk li għal xi raġuni jew oħra fallielhom l-ewwel żwieġ tagħ hom. Dawn in-nies ma jingħatal homx id-dritt li jiżżewġu darb’ oħra. Hi tal-mistħija kif pajjiżna hu wieħed mill-uniċi żewġ pajjiżi fid-dinja li fihom, bniedem li fallielu ż-żwieġ ma jingħatalux ċans ieħor. Tiskanta bil-kbir me ta tirrealizza li dawn in-nies qis hom qegħdin jiġu ttrattati bħal li kieku wettqu xi reat gravissimu! Dan id-dritt jiġi mogħti meta jidħol id-divorzju f’paj jiż na.

Skont il-Gvern preżenti d-divorzju se jkisser il-familji. Id-divorzju jagħti ċans ġdid għall-ħolqien ta’ familji ġodda. Issaħħaħ il-familji meta twassal lill-għarajjes b’saħħithom għaż-żwieġ u billi jkollhom soċjetà soda u tajba madwarhom u mhux billi ma taċċettax id-divor zju.

Mhux id-divorzju li jkissirha koppja iżda huma ċertu piżijiet li jkollhom iġorru u li ma jkunux jifilħu għalihom. L-ewwel fost l-oħrajn hemm l-inċertezza tax-xogħol. Warajh insibu l-għoli tal-ħajja. Wara dawn il-problemi prinċipali hemm oħrajn li huma ta’ piż indirett. Ibda minn mentalità fost il-familji li jibżgħu jibagħtu lil uliedhom fi skola tal-Gvern għax ma jemmnux fiha. Ma nidħolx fil-mertu ta’ jekk il-biżgħat ta’ dawn il-koppji hum iex ġustifikabbli jew le imma li hu żgur hu li f’dan il-każ il-Gvern għandu jserraħ ras il-ġenituri u jtejjeb fejn hemm bżonn l-iskejjel tagħna. U fl-aħħar ma nistgħux ninsew il-piżijiet li jġibu l-problemi tas-saħħa u l-ispejjeż ta’ ope razzjonijiet li l-Isptar tal-Gvern idewmek tis­tenna, tant li jkollok bil-fors tavviċina lill-privat. Dawn il-piżijiet, kollha kemm huma jaffettwaw lill-familji u jnaqqsulhom l-istabbilità tant meħtieġa u jwasslu għal ħafna koppji biex jisseparaw.

Jekk nipprovaw ngħelbu dawn il-problemi u l-ineffiċjenzi, il-familji jgawdu, jgħaddu minn inqas tensjonijiet u b’hekk ifallu inqas. B’danakollu xorta waħda se jifdal familji li, sfortunatament, se jispiċċaw jitħassru u f’dawn il-każijiet hu importanti li dawn in-nies inkunu hemm għalihom biex ngħinuhom jibdew mill-ġdid ħalli l-familja l-ġdida tkun soda iżjed mill-ewwel waħda u tirnexxi. Hemm hekk, bħala pajjiż, ikollna biex niftaħru.

Ħafna koppji, illum, spiċċaw biex jgħixu flimkien mingħajr ma jkunu miżżewġin. Dan iwassal biex ikollna familji ġodda li l-istat anqas jirrikonoxxi. Eluf ta’ koppji llum jgħixu flimkien u anke jrabbu familji sħaħ u m’humiex taħt il-kappa taż-żwieġ jew taħt xi forma ta’ rikonoxximent legali ieħor.

Dan jista’ jwassal għal diversi problemi legali u soċjali. Il-problemi legali nħalluhom f’idejn l-avukati u l-esperti biex ikomplu jinfurmawna dwar l-inġustizzji li dawn in-nies jista’ jkun qegħdin isofru. Dwar il-problemi soċjali biżżejjed insemmu x’tebgħa kerha ġġorr magħha l-kelma tpoġġi. Ejja naqtgħuha darba għal dejjem u naċċettaw li l-poġġuti m’huma xejn għajr koppji normali li għal raġunijiet li mhumiex biċċa tiegħi li nkun naf, qegħdin jgħixu ħajja ddiskriminata u diffiċli u dan jgħodd b’mod speċjali għat-tfal li jitrabbew f’dawn il-familji.

No comments:

Post a Comment