Tuesday 17 November 2009

GWU: Il-GWU tipprezenta l-policy dwar LGBTs waqt is-Summit fl-Isvezja

Stqarrija ghall-Istampa u x-Xandir 17 ta' Novembru 2009

Il-General Workers Union il-bierah f'workshop dwar l-ugwaljanza li sar waqt is-summit fi Stokkolma l-Izvezja ipprezentat u fissret fid-dettal il-policy li ghadha kemm varat dwar persuni u haddiema lesbjani, gay, bisesswali u transgender (LGBT). Il-GWU giet mistiedna tattendi dan is-summit mill-Ministeru tal-Integrazzjoni tal-Izvezja wara li sar jaf bil-policy paper tal-GWU dwar LGBTs

Fl-istess summit, li kien organizzat mill-Presidenza Zvediza tal-Unjoni Ewropea, il-GWU kienet ukoll fost l-organizazzjonijiet trejdunjonistici u socjali Ewropej li flimkien ipprezentaw dikjarazzjoni li kienet theggeg lir-rapprezentanti tal-istati membri u lill-istituzzjonijiet Ewropej sabiex jikkumbattu kull forma ta¹ diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

Din id-dikjarazzjoni kienet instigata mill-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trejdunjins (ETUC) u s-Social Platform u ttrattat l-ugwaljanza u n-non-diskriminazzjoni bhala ingredjenti indispensabbli ghas-sostenibilita tal-ekonomija, tas-socjeta u s-suq tax-xoghol fl-Unjoni Ewropea u kellha l-ghan li l-Œpolicy makers¹ jassiguraw li l-Kunsill Ewropew:

a) jadotta l-Artiklu 13 propost fid-Direttiva kontra diskriminazzjoni fuq bazi ta¹ eta, dizabilita, religjon jew twemmin u orjentazzjoni sesswali fl-isferi kollha tal-hajja;

b) li jahdem sabiex jigu eliminati id-diskrepanzi li ghadhom jezistu fil-politika dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u jassigura l-implimentazzjoni effettiva ta¹ mainstreaming fil-politika tal-Unjoni Ewropea;

c) li jkun hemm investiment qawwi fil-politika socjali u fis-servizzi pubblici b¹appogg ghall-ugwaljanza;

d) li jigi zviluppati d-drittijiet tal-immigranti fil-politika ta¹ integrazzjoni;

e) li jahdem fi shubija shiha mat-trejdunjins u s-socjeta civili fil-livell nazzjonali u Ewropew.

Din id-dikjarazzjoni tal-ETUC u s-Social Platform saret fid-dawl tal-htiega li hemm ghal bazi legali gdid u ghal inizjattivi politici mill-istituzzjonijiet Ewropej u l-istati membri biex jimpenjaw ruhhom b¹mod iktar qawwi halli jigi assigurat it-twettieq tal-pratticitajiet li jwasslu ghall-ugwaljanza.

L-istess dikjarazzjoni kkonkludiet li biex l-ugwaljanza fl-Unjoni Ewropea ssir realta jehtieg li l-ishab socjali, partikularment it-trejdunjins u s-socjeta civili jkunu involuti iktar u kif ukoll li l-istituzzjonijiet Ewropej, il-Presidenza Ewropea attwali u l-Presidenzi li ghad iridu jigu jikkommettu ruhhom b¹mod shih li jkomplu jahdmu biex jintlahqu l-ghanijiet li fuqhom hija bbazata d-dikjarazzjoni.

No comments:

Post a Comment