Monday 14 September 2009

L-Orizzont: LGBT jirringrazzja...

[Din l-ittra mhix fuq is-sit ta'l-Orizzont s'issa.]
12.9.9 minn Joseph Vella, LGBT Network, Partit Laburista

Sur Editur,

L-LGBT Network fi ħdan il-Partit Laburista jixtieq jirringrazzja lil MEPS kollha fil-Parlament Ewropew talli ffirmaw il-petizzjoni tal-ILGA biex l-MEPs jippromovu d-drittijiet ta’ nies LGBT madwar l-UE kollha bl-aħħar wieħed li jiffirma jkun David Casa.

Għalkemm ninnotaw li dan tal-aħħar dam ħafna biex iffirma xorta nqisu li l-fatt li Malta hija l-unika pajjiż fl-UE fejn l-MEPs kollha ffirmaw din il-petizzjoni bħala sinjal li pajjiżna u l-politikanti ta’ pajjiżna qegħdin jirrikonoxxu l-bżonnijiet ta’ minoranzi ukoll.

Nittamaw li fil-ħidma tagħhom fil-ħames snin li ġejjin jkun rifless dan l-impenn li r-rappreżentanti ta’ pajjiżna daħlu għalih. L-LGBT Network se jkun qiegħed jara li l-kelma li qed jagħtu s-sitt MEPs tkun waħda miżmuma u li ma jerġgħux jiġu repetuti sitwazzjonjiet bħalma ġara fl-imgħoddi fejn l-MEPs Nazzjonalisti ħaslu idejhom minn rapporti li jikkundannaw l-omofobija madwar l-Ewropa. L-LGBT Network tittama li dan hu verament kapitlu ġdid għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-valuri tal-ugwaljanza f’soċjetà sekulari u demokratika.

No comments:

Post a Comment