Monday 20 July 2009

KullĦadd: Folla “pozittiva” ghall-Gay Pride March

http://www.kullhadd.com/kullhadd/20090718662/Ahbarijiet/folla-pozittiva-ghall-gay-pride-march.html
19.7.9

E-mailPrintPDF

dsc_2902Folla ta' madwar 150 persuna attendiet ghall-Gay Pride March li sar il-bierah filghodu fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.
L-attivitajiet li kienet organizzata mill-Malta Gay Rights Movement (MGRM) saret bhala parti mid-Diversity Week 2009 u li biha gew fi tmiemhom bost attivitajiet li ttellghu matul il-gimgha.

Din is-sena l-mixja kellha sinifikat specjali ghax fakkret l-40 anniversarju mill-irvellijiet ta’ Stonewall li saru wara attakk omofobiku li kien twettaq mill-pulizija fi New York.

Ghall-Gay Pride tal-bierah attendew rapprezentanti mill-partiti politici, trade unions u anke NGOs.

Waqt il-mixja spikkaw kartelluni b'messaggi kontra l-omofobija u favur id-distakk bejn l-istat u l-knisja u bziezaq bil-kuluri tal-qawsalla, li tissimbolizza l-komunità gay.

Il-kordinattrici tal-MGRM, Gabi Calleja, qa let li l-moviment se jibqa' jiggieled sakemm issir gustizzja mal-persuni omosesswali.

Id-deputat Laburista Evarist Bartolo qal li l-persuni gay ghandhom id-dritt li jinghataw id-drittijiet li jisthoqqilhom ghax huma umani.

Prezenti ghal dan il-Pride March kien hemm ukoll id-deputati Laburisti Gino Cauchi u Owen Bonnici, u bosta membri tal-Forum Zghazagh Laburisti u anke tal-General Workers Union Youths.

No comments:

Post a Comment