Monday 11 May 2009

MLP: Ghandna bzonn rapprezentanti sodi, mhux dghajfin, fl-Unjoni Ewropea – Joseph Muscat

Media Release mill-Ufficcju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
10 ta’ Mejju 2009

[Nota minn P. Attard: Din il-Press Release tkopri numru ta' suġġetti. Il-parti rigward id-drittijiet ċivili biss qegħda mniżżla hawn.]

...

Drittijiet Civili
Waqt l-intervista, John Bundy ghamel diversi mistoqsijiet dwar drittijiet civili, fosthom dwar id-divorzju, id-drittijiet ta’ persuni omosesswali u anke l-abort. Dr Muscat qal li dwar id-divorzju hu kien car minn dejjem u sostna li mill-Gvern hu jressaq proposta ta’ ligi u jaghti free vote lid-deputati Laburisti. Dwar id-drittijiet ghall-persuni omosesswali Dr Muscat qal li t-track record tal-MPEs Laburisti dejjem kien favur ir-rispett lejn persuni omosesswali, metri r-rapprezentanti tal-PN dejjem astjenew fuq drittijiet bazici ghal persuni ta’ l-istess sess. Huwa esprima ruhu favur proposta li kienet saret mill-PN u qatt ma twettqet biex persuni li jikkoabitaw ikollhom dritt ghal civil partnerships. Dwar l-abort Dr Muscat qal li l-Partit Laburista huwa kontra l-abort u semma kif hu konvint minn dan wara li ghadda minn esperjenza kerha meta tilef tarbija.

Joseph Muscat madankollu qal li jemm li l-istat m’ghandux jidhol fil-kamra tas-sodda tan-nies.

No comments:

Post a Comment