Tuesday 3 February 2009

L-Orizzont: Hemm post għall-omosesswali fil-Knisja?

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=50730
2.2.9 minn Dun Ang Seychell

Jiena ktibt u tkellimt kemm-il darba dwar il-kwistjoni tal-omoses swali fis-soċjetà ċivili u fil-Knisja. Din id-darba ħassejt li għandi nerġa’ nikteb wara l-aħbar li l-Inġinier Patrick Attard ħareġ pubblikament jgħid li m’għadx hemm postu fil-Knisja Kattolika.

Minn dak li qal fi programm televiżiv nhar il-Ġimgħa li għadda ħadt l-impressjoni li Patrick huwa bniedem integru u ta’ rieda tajba u għalhekk xtaqt nuri mill-ġdid ħsiebi dwar il-post tal-omosesswali fil-Knisja. Iżjed u iżjed jekk Patrick inqata’ mill-Knisja għax qara dak li ġie ppubblikat fil-mezzi ta’ komuni kazzjoni – li l-Papa qal li hemm bżonn inħarsu l- umanità mill-omosesswalità kif inħarsu l-foresti mill-qerda – u li wara nstab li kienet gibda għax il-Papa qatt ma qal dak il-kliem!


Mhumiex f’keffa waħda

Qed jidher ċar li wieħed jiżbalja jekk iqiegħed lill-omosesswali f’keffa waħda fejn tidħol il-pożizzjoni tagħhom dwar il-Knisja.

Hemm omosesswali li huma preġudikati kontra l-Knisja. Iħarsu lejha bħallikieku għadu tagħhom, bħallikieku ma tistax tkun omosesswali u Kattoliku tajjeb fl-istess ħin. Din ix-xorta ta’ omosesswali għandhom ‘lob­by’, jiġifieri grupp ta’ pressjoni qawwi ħafna, fil-kurituri tal-Unjoni Ewropea fi Brussels.

Ma nafx x’pożizzjoni għandu l-Moviment għall-Jeddijiet tal-Omosesswali li jeżisti f’Malta. Kif iħares lejn il-Knisja Katto lika? Kont naf b’xi ħadd mill-mexxejja tiegħu u għandi impressjoni tajba tiegħu. Imma ma nafx jekk hemmx djalogu regolari bejn dan il-Moviment u l-Knisja Kattolika Maltija.

Hemm omosesswali li huma kritiċi dwar il-pożizzjoni tal-Knisja fejn jidħlu l-omosesswali. Mhumiex preġudikati imma bir-rispett kollu ma jaqblux mal-pożizzjoni tagħha. Għandhom kull jedd u ma’ dawn hemm bżonn ikun hemm djalogu regolari min-naħa tal-Knisja għax jistgħu jdawlu lil xulxin.

Imbagħad hemm omoses swali li jħossuhom ħaġa waħda mal-Knisja Kattolika. Jattendu għall-quddiesa, jieħdu sehem fis-sagramenti, jipprovaw jgħi xu t-tagħlim tagħha, avolja mhux dejjem isibuha ħafifa biex jagħmlu dan. Kif qal nhar il-Ġimgħa fi programm televiżiv Dione Pizzuto, dawn huma omosesswali li jħobbu ’l Alla u jħobbu l-Knisja. Uħud minnhom illum huma organizzati fi grupp lokali, kif hemm f’pajjiżi oħrajn u jiltaqgħu bejniethom regolar ment u jħossuhom milqugħin u komdi fi ħdan il-Knisja.

Il-Moviment għall-Jeddijiet tal-Omosesswali hemm bżonn jagħmilha ċara kif jaħsibha dwar dan il-grupp ta’ omosesswali fi ħdan il-Knisja.



Il-Knisja u l-omosesswali

Taqbel magħha u ma taqbilx, l-omosesswali għandhom bżonn awtorità bħall-Knisja li għandha l-kuraġġ li tistqarr fil-beraħ x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin skont it-tagħlim tagħha.

Fid-dinja tagħna ma tantx baqa’ awtorità bħal din. Ħadd m’għandu jistenna li l-Knisja tkun awtorità li tgħidlek li kollox huwa tajjeb jekk tħoss li hu tajjeb. Il-Knisja tħossha fid-dmir li tgħaddi l-movimenti kollha ta’ ħsieb u ta’ mġieba mill-għarbiel tal-Evanġelju.

Jekk inti Nisrani, ipprova għix dan it-tagħlim tal-Knisja, anke jekk mhux dejjem jirnex xilek, bħalma jiġri lil ħafna Nsara. Jekk m’intix Nisrani qatt m’għandek tħoss li l-Knisja qiegħda timponi l-ħsieb tagħha fuqek. Meta fl-imgħoddi pprovat timponi falliet, u l-Kon ċilju Vatikan II saffiha minn din it-tentazzjoni. Imma min-naħa tiegħek irrispetta dan it-tagħlim tal-Knisja billi tħalliha xxandru fil-beraħ.



Relazzjonijiet interpersonali

Il-Knisja fit-tagħlim u fl-imġieba tagħha, tirrispetta lil kull persuna fi ħdanha li għandha orjentament omosses swali. Trid li kull persuna ta’ orjentament omosesswali tkun rispettata fi ħdan is-soċjetà u qabel xejn fi ħdan il-fmailja, għax għandha l-istess dinjità u l-istess jeddijiet fundamentali li għandhom l-irġiel u n-nisa kollha.

Skont il-Knisja u skont l-esperjenza komuni, l-akbar bżonn li għandhom il-persuni omosesswal huma dak tal-ħbiberija, tar-relazzjonijiet interpersonali, u anke tar-relaz zjonijiet intimi. Kull persuna għandha bżonn tidħol f’dawn ir-relazzjonijiet.

L-unika limitazzjoni li tagħmel il-Knisja Kattolika hi dik tar-relazzjonijiet sesswali, limitazzjoni li tagħmilha ukoll lill-persuni eterosesswali li mhumiex miżżewġin għax għall-Knisja Kattolika r-relaz zjonijiet sesswali qegħdin biss għall-miżżewġin u jissejħu miżżewġin dawk biss li jidħlu fi żwieġ bejn mara u raġel.

Ir-rabtiet bejn persuni omos swali jistgħu jkunu rabtiet veri u ġenwini u jitolbu l-għarfien legali min-naħa tal-Istat, imma m’għandhom qatt la jissejħu u lanqas jitqiesu bħala żwieġ.



Il-Knisja omm u għalliema

Imma l-Knisja mhix biss għalliema, tgħallem il-prinċipji u tieqaf hemm. Il-Knisja hija omm, u omm li tagħder u tifhem li sbieħ kemm ikunu sbieħ il-prinċipji, meta l-bnedmin dgħajfin jiġu biex jgħixuhom, mhux dejjem jirnexxielhom jagħmlu dan. Allura? X’se jkun ġara? Insara jkunu u nsara jibqgħu.

U jibqgħu jipprovaw. Dan jgħodd għall-miżżewġin nisa u rġiel. Jgħodd għall-għarajjes nisa u rġiel, u jgħodd ukoll għal imseħbin irġiel u rġiel, u nisa u nisa.

U l-fedeltà tintalab minnhom ilkoll, xorta waħda. U jekk inti raġel jew mara miżżewġa, ma tistax fl-istess ħin tqarraq u tgħix ta’ omosesswali!



Nikkritikak u nħobbok

Se nagħlaq b’silta mill-isbaħ mill-kitba ta’ Carlo Carretto, wieħed mill-kittieba ta’ spirit walità l-iżjed sempliċi u l-iżjed profondi. Din is-silta hi ddedikata lil dawk kollha li ġieli ħas sewhom imweġġgħin fil-Knisja: “Kemm għandi nikkritikak, ja Knisja tiegħi u intant kemm inħobbok!

Ġegħltni nbati iżjed minn ħaddieħor u intant għandi dejn miegħek iżjed milli għandi ma’ ħaddieħor.

Imissni nixtieq narak meqruda u intant għandi bżonn il-preżenza tiegħek. Inti lili tajtna ħafna skandli u intant int biss għamiltni nifhem il-qdusija.

Qatt f’din id-dinja ma rajt xi ħaġa iżjed kompromessa, iżjed falza minnek, madankollu qatt ma missejt xi ħaġa iżjed safja, iżjed ġeneruża, iżjed sabiħa minnek.

Ħafna u ħafna drabi kelli aptit insabbatlek il-bieb ta’ ruħi f’wiċċek – u intant, kull lejla tlabt li mmut fis-sigurtà ta’ dirgħajk!

Le, ma nistax neħles minnek, għax jiena ħaġa waħda miegħek, ukoll jekk minix int għal kollox. Imbagħad ukoll fejn se mmur? Nibni Knisja oħra? Imma ma nistax nibni oħra mingħajr l-istess difetti, għax dawk huma d-difetti tiegħi. U ukoll, li kelli nibni knisja oħra, din tkun il-Knisja tiegħi, mhux il-Knisja ta’ Kristu.

Le, kbirt biżżejjed fl-età. Naf aħjar minn hekk.”

Din is-silta niddedikaha lil Patrick At tard u lil dawk kollha li ġieli, bħali, ħassewhom skomdi fil-Knisja!

No comments:

Post a Comment