Tuesday 3 February 2009

Il-Mument: Patrick Attard u oħrajn

1.2.9 minn VALERIE BORG Belt, Valletta

Sur Editur,

Dejjem qist lili nnifsi bħala kattolika ferventi. Qaddisa m’jinix għax kultant taqbiżli ċ-ċinga iżda madankollu nipprova kemm nista’ nosserva l-kmandamenti. Bħal ħaddieħor, jiena umana u bħal ħaddieħor nagħmel l-iżbalji. Dak li stqarr il-Papa dwar in-nies omosesswali, għalija mhux żball iżda kienet xi ħaġa kiefra li ġiegħlet lil nies bħal Patrick Attard u oħrajn jitbiegħdu mill-Knisja. Għal min ma jafx, anke saċerdoti hawn gays u fit-23 ta’ Diċembru 2005, 39 qassis gay ħarġu stqarrija fejn ikkritikaw bl-aħrax lill vatikan. Dawn il-qassisin Taljani li ma kinux sesswalment attivi, għamlu hekk wara li f’Ottubru ta' l-istess sena, il-Vatikan ħareġ dokument li kien jgħid li nies gay mhux attivi omosesswali ma kinux se jitħallew isiru saċerdoti. Forsi li omosesswali jsir saċerdot nasal biex nifihmha li mhux aċċettabli, avolja naf li hawn saċerdoti gay hu li ma jxandrux li huma gay. Iżda li persuna li mhix saċerdot, bħal Patrick Attard, iħossu diskriminat mill-istess reliġjon li jħaddan hi disgustanti. Ma naħsibx li Patrick Attard għamel hekk biex jikseb xi popolarità imma għax jinsab imweġġa’, hu u kull min hu sesswalment differenti minn ħaddieħor.Li l-Knisja tiddeskrivi lomosesswalità bħala l-qerda ta’ dak li ħalaq Alla nħoss li hi kontradizzjoni għaliex fil-verità, la n-nies omosesswali twieldu hekk u mhux saru hekk, jagħmilhom ħolqien ta’ Alla u b’ebda mod ma huma qerda, la ħalaqhom Hu.

No comments:

Post a Comment