Saturday 7 February 2009

Il-Ġens: Xarabank żbilanċjat

7.2.9

Xarabank zbilancjat
Sur Editur,

Nemmen li l-programm Xara-bank li xxandar il-Gimgha tal-gimgha l-ohra dwar dak li gie rappurtat li qal il-Papa Benedittu (fuq l-omosesswali) kien assolutament zbilancjat favur l-omosesswali.

Veru li xxandret fit-tul intervista ma' l-Arcisqof Pawl Cremona OP. Veru wkoll li fuq il-panel kellek sacerdot bravu, kapaci u aggornat hafna.

Izda huwa veru wkoll li kellek il-bqija tal-panel li kienu jew ostili ghall-Knisja u t-taghlim taghha, jew apertament favur l-omosesswalita’.
Kellek ukoll mhux inqas l-intervent ta' dak l-omosesswali li “skomunika” ruhu mill-Knisja Kattolika. Ukoll kien hemm il-partecipazzjoni ta' soru “liberali” li zgur li dak li qalet ma jikkonformax mat-taghlim tal-Knisja. Biex ma nghidx l-interventi mill-udjenza li kienu kollha mill-gays jew minn min hu favur taghhom.

Li kieku s-suggett tal-Gimgha tal-gimgha l-ohra kien wiehed li jittratta l-politika u gie prezentat bil-mod kif gie prezentat Xarabank dwar l-omosesswali, jigifieri bil-partecipanti u interventi minn politici jew nies kwazi kollha ta' l-istess fehma, kieku certament li l-Awtorita’ tax-Xandir kienet tordna li dan il-programm jerga' jsir b'mod tassew bilancjat kif titlob il-ligi. Biex ma nghidx li kienu wkoll jittiehdu l-passi.

X'qed jaghmlu d-dirigenti ta' PBS? X'kontroll ghandhom fuq dawk li qed jimlewlhom il-hin u jgibulhom il-flejjes? U l-Awtorita’ tax-Xandir ghadha tezisti?

Tas-Sliema
NG

No comments:

Post a Comment