Wednesday 17 December 2008

L-Orizzont: Omosesswalità

http://www.l-orizzont.com/news2.asp?artid=44750
It-Tlieta 3 ta' Ġunju 2008, minn Leli, Valletta

Sur Editur,

F’Berlin għadu kemm twaqqaf monument lil dawk l-omosesswali li nqatlu fl-era Nażista fil-Ġermanja. Inqatlu sempliċiment minħabba din l-orjentazzjoni sesswali.

Fl-istess żmien ta’ din l-inawgurazzjoni, il-Vatikan ipprojbixxa d-dħul fis-seminarji, bl-iskop li jsiru saċerdoti, lill-omosesswali. Jiġifieri l-Vatikan qed jiddikjara li min hu eterosesswali jista’ jieħu l-vot taċ-ċelibat u min hu omosesswali ma jistax.

Din għalija hi diskrimi-nazzjoni. Ħolqa oħra fil-katina ta’ tbatijiet li minnha jgħaddu l-omosesswali għalkemm illum hawn ħafna kliem vojt u ipokrita ta’ solidarjetà, eċċ, eċċ.

No comments:

Post a Comment