Thursday 11 December 2008

Il-Gens: Tikkundanna d-diskriminazzjoni kontra l-omosesswali

http://www.mediacentre.org.mt/gens01.html
11.12.8, minn P MARIO ATTARD OFM Kap, San Gwann

Sur Editur,

Kontra l-mod zbaljat kif il media tpingi l-istampa, is Santa Sede dejjem kienet kontra d-diskriminazzjoni ta’ l omosesswali.

Patri Federiko Lombardi, Direttur ta’ l-istampa Vatikana, qal li l-fatt li s-Santa Sede ma taqbilx mal-proposta Franciza ghar-rizoluzzjoni tal-Gnus Maghquda biex tiddekrimina l omosesswalita’ ma jfissirx li s Santa Sede tiffavorixxi d diskriminazzjoni kontra l omosesswali. Patri Lombardi sostna: “Li hadd ma jrid jiddefendi l-piena tal-mewt ghall-omosesswali, bhalma xi whud iridu jinsinwaw”. Sahaq li l-principji ghad-drittijiet fundamentali tal-persuna u c cahda ta’ kull diskriminazzjoni ingusta, li huma rikonoxxuti b’mod miftuh mill Katekizmu tal Knisja Kattolika nnifsu – jeskludu minghajr dubju mhux biss il piena tal-mewt, imma kull legislazzjoni vjolenti u diskriminatorja kontra l omosesswali.

Fil-fatt, il-Katekizmu fin numru 2358 jghid: “Numru mhux zghir ta’ rgiel u nisa juru tendenzi omosesswali fil-fond. Ma ghazluhiex huma l-qaghda omosesswali taghhom; ghal hafna minnhom hi prova kbira. Ghandna nilqghuhom b’rispett, moghdrija u attenzjoni kbira. Ma ghandu jkun hemm ghalihom ebda sinjal ta’ diskriminazzjoni mhux gusta. Dawn il-persuni huma msejhin biex jaghmlu r rieda ta’ Alla f’hajjithom u, jekk huma Nsara ghandhom jghaqqdu mas-salib ta’ Kristu d-diffikultajiet li maghhom jistghu jiltaqghu minhabba l qaghda taghhom”.

Patri Lombardi qal li l proposta mressqa minn Franza ma tfittix biss id dekriminilizzazzjoni ta’ l omosesswalita’. Anzi tintroduci dikjarazzjoni ta’ valur politiku li tirrizulta f’sistemi ta’ kontroll, li permezz taghhom, kull norma – mhux biss legali, imma wkoll relatata mal-hajja ta’ gruppi socjali u religjuzi – li ma tpoggix kull orjentazzjoni sesswali fuq l istess livell tista’ tkun ikkunsidrata bhala kuntrarju ghar-rispett tad-drittijiet tal bniedem. Din il-mossa tista’ ssir strument ta’ pressjoni jew diskriminazzjoni kontra dawk li, nghidu ahna jikkunsidraw iz zwieg bejn ragel u mara li huwa l-forma fundamentali u originali tal-hajja socjali, u bhala tali jemmnu li jrid ikollu post privileggjat.

Patri Lombardi nnota li mhux biss il-Vatikan huwa kontra din il-proposta. Tant hu hekk, li inqas minn 50 stat tal Gnus Maghquda qablu ma’ din il proposta filwaqt li iktar minn 150 Stat ma qablux. Mela s Santa Sede mhijiex l-unika. Din hi prova cara kemm il Knisja tirrispetta lill omosesswali.

No comments:

Post a Comment