Thursday 9 October 2008

L-Orizzont: Prokrastinazzjoni

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=47961
8.10.8; minn JOSEPH CARMEL CHETCUTI

F’Lulju 2008, il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta għal direttiva li tipprovdi protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni marbuta ma’ età, diżabilità, orjentazzjoni sesswali u reliġjon jew twemmin, lil hinn mill-post tax-xogħol. Din id-direttiva tipprovdi għal trattament ugwali “fl-oqsma tal-protezzjoni soċjali, inklużi s-sigurtà soċjali u l-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-aċċess għal u l-forniment ta’ prodotti u ta’ servizzi disponibbli kummerċjalment lill-pubbliku, inklużi l-akkomodazzjoni fi djar”. Fi ftit kliem, il-pro- posta tistabbilixxi livell minimu ta’ protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

Liġijiet ta’ din ix-xorta smajna bihom qabel. Mhumiex ġodda u m’għandhom jgħaġġbu lil ħadd. Fl-Amerika, fl-Awstralja, fl-Ingliterra, fil-Kanada u fi New Zealand insibu ruxxmata ta’ liġijiet bi wħud minnhom imorru lura għas-snin Sebgħin. Bħala eżempju wieħed jista’ r-“Race Discrimination Act” tal-1975 tal-gvern federali Awstraljan. Fl-istat ta’ Viktorja, fejn jien naħdem ta’ avukat, l-“Equal Opportunity Act” tal-1995 jipprojbixxi diskriminazzjoni fi 17-il attribut,fosthom l-età, l-orjentazzjoni sesswali u l-‘breast feeding’, u f’diversi oqsma oħrajn bħall-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni, l-impjieg, l-isport, il-gvernijiet lokali u sħubija fil-klabbs.

Hemm ukoll dmirijiet għall-Gvern Malti f’diversi konvenzjonijiet, fosthom dawk tal-Ewropa u tal-Ġnus Magħquda. Malta ilha li ngħaqdet jew irratifikat ruxxmata ta’ trattati internazzjonali fosthom l-“International Covenant on Economic, Social and Cultural Rights u l-International Covenant on Civil and Political Rights” fit-13 ta’ Settembru, 1990, u l-“Convention on the Elimination of All Forms of Discrimination Against Women” fit-13 ta’ Settembru, 1990. Nassumi li l-Onorevoli John Dalli, Ministru għall-Politika Soċjali, ġa jaf dwarhom.

Għalhekk skantajt mhux ftit nisimgħu jgħid li l-proposta għal din id-direttiva hi prematura u wiesgħa wisq. Protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni għaċ-ċittadin Malti – kull ċittadin Malti – mhi prematura xejn. Gvern Malti, kwalunkwe Gvern Malti, għandu l-obbligu jaġixxi b’mod iktar proattiv fejn jidħlu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. M’għandux joqgħod jistenna l-bajtra taqa’ f’ħalqu. U l-proposta mhi wiesgħa xejn. Anzjan jew anzjana, persuni b’diżabilità, persuni omosesswali u dawk li jħaddnu twemmin li mhux imsemmi fil-Kostituzzjoni ta’ Malta għandhom il-jedd għall-ugwaljanza f’kollox. U fejn tidħol id-diżabilità, dan il-Gvern hu mmexxi minn persuna li kienet President tal-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b’Diżabilità!

Skond l-istess Ministru, liġijiet ta’ din ix-xorta jistgħu jwasslu għal ċerta “inċertezza legali”. B’kull rispett lejn il-Ministru, kull liġi tista’ twassal għal ċerta inċertezza legali. Jiddependi fuq minn ifassal-ha.

Żgur li liġijiet kontra d-diskriminazzjoni mhux se jkunu iktar ikkomplikati minn liġijiet oħrajn tal-pajjiż bħal, per eżempju, dawk li jirrigwardaw it-taxxa. B’kull rispett lejn il-Ministru, kull min hu midħla tal-liġi u tal-qrati m’għandu qatt jippretendi liġijiet mingħajr komplikazzjonijiet.

Skont l-istess Ministru, hemm bżonn ukoll għal adattament kulturali u kampanji edukattivi u pubbliċitarji qawwija. X’qiegħed tgħid, Ministru? Li l-Maltin ċwieċ? Li m’għandhomx sens ta’ ugwaljanza u ġustizzja? Li l-kultura tal-ugwaljanza u l-‘fair go’ m’humiex parti mill-karattru Malti? U għaliex ħallejtu l-kampanji edukattivi għal issa? Għax ma bdejtuhomx snin ilu? U kemm se ndumu b’dawn l-imberkin kampanji edukattivi? Ma tafx li wieħed mill-iskopijiet tal-liġi – iktar u iktar dawk li jirrigwardaw id-diskriminazzjoni – hu li jeduka, li jinforma lill-pubbliku dwar x’inhu u x’mhux aċċettabbli?

B’kull rispett, l-intervent tal-Ministru waqt il-laqgħa tal-Kunsill EPSCO kellu effett wieħed (ma ngħidx skop għax ma nafx x’kellu f’moħħu l-Ministru) li jittardja d-dħul ta’ liġijiet ta’ importanza nazzjonali. Kien ikun servizz ikbar għal Malta kieku l-Ministru tana x’nifhmu li l-Gvern kien se jaqbeż il-livell minimu ta’ protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni ffissata mill-proposta.

Kulħadd iħobb il-galbu. Fejn tidħol id-diskriminazzjoni, hemm bżonn ta’ azzjoni mhux galbu. Il-prudenza m’għandha qatt tkun skuża għal prokrastinazzjoni! Gvern li mhux kompetenti jifhem l-urġenza ta’ dawn il-liġijiet mhux gvern ta’ galbu imma gvern ta’ ġaħan!

---
Din l-ittra hi reazzjoni ghal dan l-artiklu:
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20081002/local/dalli-urges-detailed-study-on-proposed-eu-directive

Thursday, 2nd October 2008 - 14:33CET

Times: Dalli urges detailed study on proposed EU directive

Social Policy Minister John Dalli said today that an EU proposal for a directive on the implementation of the principle of equal treatment between persons, irrespective of religion or belief, disability, age or sexual orientation, was premature.

Speaking at a meeting of the EU’s Employment, Social Policy, Health and Consumer Affairs Council, the minister said that although Malta backed the purposes of this proposed directive, its implications were very wide and needed long and detailed study.

The minister said there existed various interpretations and transpositions of existing anti-discrimination directives about which the member states were not clear.

Before moving forward, it was important that there was certainty on legal terms and competences.

Furthermore, Malta strongly felt that the proposal should not, in any way prejudice national practices in areas such as marriage, the family, sexual and reproductive rights.

In the talks which would be held, it was important that one considered the different realities in the various member states , Mr Dalli said.

No comments:

Post a Comment