Monday 20 October 2008

Kullhadd: Mara f’kollox minbarra fiz-zwieg

http://www.kullhadd.com/?task=2&sectid=&articleid=12095
Randolph De Battista
10/18/2008 6:59:24 PM

Fil-hanut tax-xaghar taghha fil-Fgura, Joanne laqghetni mill-ewwel, lesta biex tiftah qalbha fuq dak li ghaddiet minnu sa issa f’din il-battalja legali, u fuq dak li kontinwament ghaddiet minnu minn wara l-operazzjoni li setghet hallietha mejta jew fuq siggu tar-roti.

Bdejna billi tlabtha tispjegali x’hasset dak inhar li rebhet il-kawza inizjali s-sena l-ohra, qabel ma din giet revokata f’Mejju li ghadda.

Joanne sostniet li qatt ma setghet tkun ferhana u kuntenta iktar minn dak iz-zmien.

“Dak iz-zmien kont gharusa bid-dar lesta u bit-tieg imhallas, izda kien fadlilna l-ahhar pass. Imbaghad infetah ir-rikors mid-Direttur tar-Registru Pubbliku u l-Qorti regghet dawwret kollox.”

Meta staqsejtha kif thossha ghall-fatt li hi mara f’ghajnejn il-ligi, izda ghall-finijiet ta’ zwieg mhix ikkunsidrata mara, qaltli li rajna hafna koppji li jkollhom disorders li jithallew jizzewgu, u l-kaz taghha mhu xejn hlief disorder ukoll.

“Hawn hafna li jharsu lejja bhala transesswali, izda jien mhux hekk. Jien twelidt b’dizordni fl-identità. Jekk tfittex fuq din id-dizordni, u tqabbilha ma’ l-istorja ta’ hajti, tara li huma l-istess” tishaq Joanne.

Hija thoss li l-Istat m’ghandux ghalfejn icahhadha minn dritt li hu taghha meta hi mhi se tiehu xejn lura minn fuq l-istat. B’wicc serju hafna staqsietni, “jekk jien ghandi sieheb u nhobbu u hu jhobb lili, u ghandna d-dar flimkien, inhallsu t-taxxa flimkien, naghzlu l-ghamara flimkien, allura ghalfejn ahna m’ghandniex inkunu koppja maghquda bhall-ohrajn?”

Spjegajtilha li hawn numru ta’ persuni li jsostnu li l-operazzjoni ta’ gender reassignment hija biss kosmetika, u hawn kienet pronta targumenta kontra din l-idea. Harset lejja u staqsietni:

“Int kif qieghed tarani lili? Ma nahsibx li qieghed tara ragel quddiemek!”

Spjegat li meta persuna taghmel operazzjoni kosmetika, bhal meta jitkabbar is-sider, il-process kollu jista’ jerga’ jmur lura b’operazzjoni ohra. Izda l-operazzjoni li ghaddiet minnha Joanne hija irriversibbli.

“L-operazzjoni li ghamilt jiena tista’ twasslek ghall-mewt jew li tispicca l-kumplament ta’ hajtek fuq siggu tar-roti, u jekk din tirnexxielek, ma tista’ qatt tmur lura. Allura kif isejhulha operazzjoni kosmetika?”

Semmiet ukoll kif certi persuni jahsbu li din l-operazzjoni ssir ghall-popolarità, izda qalet li fil-kaz taghha, hi ghamlitha biex thossha mentalment komda biha nnifisa, u li wahda mix-xewqat li dejjem kellha minn meta kienet zghira, kienet proprju li jkollha l-flus biex taghmel l-operazzjoni.

“Hafna nies, inkluza ommi, kienu jghiduli x’se naghmel ghax hija operazzjoni kerha hafna u li biha nista’ mmut, imma t-twegiba tieghi dejjem kienet li jien kuntenta mejta u fuq l-irhama tiktbuli Joanne Cassar milli tghajjtuli bl-isem li kelli.”

Hawnhekk hija sostniet li hadd ma jista’ jifhem din is-sitwazzjoni jekk ma jghaddix minnha personalment. Temmen li lanqas jekk ikun hemm xi hadd fil-familja tieghek ma jifhimha, ghax trid tesperjenza kollox biex tifhem dak li jghaddu minnu.

“Mohhi jirraguna ta’ mara. Jekk nara ragel se joghgobni; nitkellem bhan-nisa; nirraguna ta’ mara. Il-burdata tieghi hija ta’ mara, kif jghiduli li jien m’inix mara? Dan mhux ghax irrid jien, jew ghax irrid immur nimmudella fit-toroq, jew biex insir famuza, izda ghax jien mara bhall-ohrajn.”

Staqsejtha jekk tahsibx li dan kollu jirriflettix is-sahha li ghandha l-Knisja f’pajjizna, u t-twegiba taghha kienet li tifhem u tirrispetta l-punt li l-Knisja ma tippermettix nies bhalha jizzewwgu, ghax din hija xi haga li l-Knisja ilha temmen snin, u mhux qeghdin jaghmlu hekk ghax ma jridux specifikament lilha tizzewweg. Kompliet tghid li hija persuna Kattolika li titqarben u tqerr bhall-Kattolici kollha.

Single u tibqa’ tiggieled

Joanne thoss li minkejja li issa regghet single, m’ghandhiex ghalfejn tieqaf milli tiggieled ghal dak li hu taghha.

“Jien kont ftaht il-kawza ghax kont gharusa u kelli relazzjoni b’sahhitha ta’ hames snin. Irbahtha u l-Qorti qatghetha li nista’ nizzewweg. Imbaghad inqala’ dak li nqala’ u ergajt spiccajt single. Meta nqatghet kontrija m’ghidtx li issa li haduli d-dritt, ghandi nieqaf.”

Sostniet li ta’ 27 sena thoss li ghandha hajja shiha quddiemha u tista’ tiltaqa’ ma’ xi hadd iktar ‘il quddiem u jiddeciedu li jizzewgu ghax ikunu jinhabbu.

“Ghaliex jien single se nieqaf milli niggieled ghal dak li huwa tieghi? Jien ma nixtieqx inkun f’koabitazzjoni, izda nixtieq li jkolli ragel u nkunu maghqudin bhall-koppji normali,” sostniet minn qalbha Joanne.

Meta semmietli li hija determinata tiehu l-kaz taghha quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem gewwa Strasburgu, ikkummentajt li mhix xi haga facli, izda kienet pronta hatfitni fil-kelma.

“La wasalt s’hawn, xejn mhu difficli. La ghamilt l-operazzjoni u ma bzajtx immut, hadd u xejn ma jaqtaghli qalbi. Lanqas jekk il-Gvern jghidli li ma nistax nizzewweg, ghax xorta nibqa’ sa l-ahhar biex niehu d-dritt li qed icahhduni minnu.”

Hija emfasizzat il-punt li d-drittijiet fundamentali tal-bniedem kulhadd jafhom u la ahna membri ta’ l-Unjoni Ewropea, hemm istituzzjoni oghla mill-awtoritajiet Maltin biex tizgura li dawn id-drittijiet jitharsu.

Joanne sahqet li jekk f’pajjizna noqghodu lura ghax konservattivi, l-Unjoni Ewropea jinteressaha li c-cittadini Ewropej ikunu mharsa u allura mhix se tkun skuza ghall-Malta li noqghodu lura milli niehdu d-decizjonijiet.

“Jekk il-Qorti ta’ Strasburgu taqta’ l-kaz favurija, l-Gvern Malti jrid jimxi mad-decizjoni taghha.”

Hija ziedet tghid li jekk ikollha titla’ quddiem il-Qorti Ewropea, minkejja li se tkun esperjenza gdida ghaliha, hi ghandha l-kuragg li se ssib appogg ghax hafna persuni bhalha nghataw dan id-dritt, u ma tarax li l-kaz taghha huwa differenti.

Ma stajtx hawnhekk ma nistaqsihiex jekk tikkunsidrax issiefer barra minn Malta biex tizzewweg. Izda hi wiegbet li jekk se tizzewweg, tixtieq li tkun rikonoxxuta li mizzewga kull fejn tmur, minghajr problemi.

“Ma rridx nizzewweg barra minn Malta, sempliciment biex inkun izzewwigt ghax iz-zwieg ifisser hafna iktar minn hekk,” sahqet Joanne.

Tlabtha ssemmili issa dak li kienet thoss qabel ma ghamlet l-operazzjoni u sahansitra qabel ma sarulha t-tibdiliet fil-karta ta’ l-identità. Hawn qaltli li kienet thossa skomda hafna u imbarazzata ghax dak li kien hemm imnizzel fuq il-karta ta’ l-identità, kien tad-dahk ghax ma jixhidx il-verità.

“Immagina lil xi hadd li jismu Joseph, nghajjatlu b’isem ta’ mara quddiem kotra nies. Nahseb jimbarazza ruhu hux? Daqstant iehor kont inkun jien.”

Izda punt ta’ min wiehed jammira f’Joanne hu li dawn l-esperjenzi gharfet tghelibhom. Sahqet li ma kinitx thalli dawn l-esperjenzi jwaqqghuha hazin, izda giegheluha tikber u timmatura biex issir iktar edukata u tolleranti lejn in-nies ta’ madwarha.

Rigward is-socjetà Maltija, hija sahqet li fortunatament ma sabitx xi problemi kbar min-nies ta’ madwarha.

“Illum il-gurnata ghandi hanut tax-xaghar li jlaqqani ma’ kull tip ta’ nies, gieli anke nkun fuq programmi tat-televixin naghmel ix-xaghar u l-make up. Jien m’inix persuna li noqghod lura, anzi pjuttost inhoss li persuni bhali ghandhom johorgu u ma jibzghux mis-socjetà.”

Appogg sabet ukoll tul dawn l-ahhar xhur. Joanne tirringrazzja lill-ghaqdiet u l-individwi li wrew l-appogg taghhom lejha biex tkompli miexja ‘l quddiem.

“Meta nisma’ lil xi hadd jghid li jien kont ragel inhossni kburija, ghax dak ghalija kumpliment ghax ifisser li issa m’humhiex qeghdin jemmnu kif inbdilt hekk.”

Izda fuq persuni li jipprovaw jiddiehku b’dak li jkun, Joanne tishaq li fil-hajja trid taccetta lil kulhadd “ghax illum jien, ghada int u mbaghad ulied uliedek. Fil-hajja ma trid tiehu xejn bi kbir.”

Zball tan-natura, mutazzjoni

Staqsejtha mbaghad x’tifhem b’persuna transesswali. Qaltli li skont hi, dan huwa persuna gay li jilbes ta’ mara, u mhux mara.

“Ma nahsibx li ahna ha noqghodu nilbsu l-parrokki u r-rix biex immorru ghax-xoghol. Jien inhoss li jien mara normali. Fil-karta ta’ l-identità ghandi miktub li jien mara, mela kif tghajjatli transesswali?”

Spjegat kif jekk xi hadd ikun ilu hajjtu kollha jixtieq li jirranga zball li jkollu go fih, meta jsib ir-rimedju ghall-izball, jiehu l-opportunità u jbiddlu. Dan huwa proprju dak li ghamlet Joanne bl-operazzjoni taghha. Nehhiet zball li kellha fin-natura taghha.

Il-mistoqsija harget awtomatika. Jigifieri qed tghid li gejt bi zball tan-natura? Irrispondietni hekk.

“Daz-zgur li zball tan-natura. Jien m’inix qieghda nwahhal fil-genituri, jew fil-Mulej, izda qieghda nghid li dan kien zball ta’ meta kont fil-guf t’ommi, mutazzjoni. Issa llum il-gurnata hawn rimedju biex tirranga dak l-izball u n-nies tad-dinja minflok jippruvaw jghinuk biex tirrangah, jippruvaw jergghu jitfghuk gol-guf t’ommok.”

Wasalna fl-ahhar u tlabtha tghidli dak li qieghed jghaddi minn mohhha qabel nhar l-Erbgha, meta se tkun qieghda tibda l-ahhar tama lokali. Qaltli li qieghda thares ‘il quddiem hafna ghax hija esperjenza li se taghtiha c-cans li dejjem xtaqet.

“Jien inhalli f’idejn il-Mulej. J’Alla s-sentenza tkun tajba ghalija u ghal min hu bhali, u nispera li din il-kwistjoni tkun rizolta fil-qrati ta’ Malta biex ma jkollix ghalfejn niftah kawza kontra l-pajjiz li tant inhobb”

Joanne tahseb ukoll fuq kif ikun iz-zwieg taghha jekk tasal biex taghmel dan il-pass. Issostni li kieku jkun tieg minghajr cerimonji zejda, izda tixtieq li tibqa’ maghquda mal-persuna li tkun thobb biex tkun il-mera ghal kulhadd.

L-ahhar kliem imbaghad kienu dawn.

“Illum il-gurnata kulhadd jghajjat fuq l-ghaqda fil-familja u jien ghax irrid proprju dan kollu, l-istat qed jghidli le. X’iriduni naghmel mela?!”

No comments:

Post a Comment