Thursday 23 October 2008

Kullħadd: [L-Arċisqof] Għażel li jgħix ħajtu f’komunità

http://www.kullhadd.com/?task=2&sectid=&articleid=12107
10/18/2008 8:35:40 PM

Nistqarr li qatt ma kont iltqajt daqshekk mill-vicin ma’ l-Arcisqof ta’ Malta, hlief ghal zewg okkazjonijiet ohra li fihom inzertajt prezenti. Izda, jkolli nghid li minn din l-intervista sirt nafu b’mod aktar personali u informali ghall-ahhar.

Irnexxieli naghmel appuntament mieghu permezz ta’ kuntatti tieghi mal-Kurja ghal Sibt filghodu. B’mod helu u ferriehi ghall-ahhar laqaghni f’wiehed mill-ufficini li hemm fil-Kurja, fil-Furjana. Hemmhekk mal-ewwel bdejna nithaddtu fuq diversi suggetti li kont hejjejt biex niddiskuti mieghu.

Mistoqsi kif normalment iqatta’ l-granet ta’ kuljum tieghu, l-Arcisqof Pawl Cremona wegibni, “Impenjat il-hin kollu. Normalment inqum kmieni ghall-habta tal-hamsa nieqes kwart ta’ filghodu. Dan il-hin ikun il-hin tieghi personali. Jekk ma jkollix xi quddiesa, ghas-7.30am ikolli xi appuntamenti ma’ persuni li jkunu talbuni appuntamenti personali mieghi. Ghat-8.30am nigi hawn il-Kurja ghal xi appuntamenti ohra. Ghal xi 1pm normalment nitlaq mill-Kurja u ninghaqad ma’ l-erba’ qassisin l-ohra li nghix flimkien maghhom gewwa H’Attard. Ghas-1.30pm nippruvaw nieklu flimkien, meta l-hin jippermettili. Wara nistrieh ftit qabel ma jkolli xi appuntamenti ohra wara nofsinhar stess. Imbaghad il-gurnata ta’ kuljum tieghi tintemm normalment ghal xi 11pm meta nipprova nidhol norqod”, wegibni l-Arcisqof Pawl Cremona.

Bdejt nitkellem mieghu dwar tfulitu. Fil-fatt l-Arcisqof Pawl Cremona twieled il-Belt Valletta nhar il-25 ta’ Jannar 1946. Meta kien tifel kien ihobb il-futbol u anke l-waterpolo u l-qari. Illum il-gurnata l-qari wkoll ghadu wiehed mill-passatempi tieghu. Flimkien maz-zewg hutu l-ohra kien jiehu pjacir jilghab flimkien ma’ tfal ohra li kien iqishom daqs hutu. Trabba n-naha ta’ San Gakbu. Ta’ tfal li kienu, kienu jiehdu gost jorganizzaw fancy dress parties tal-Karnival fid-dar tal-familja. Fil-fatt, il-parties tal-familja fi zmien il-Karnival u l-Milied huma zewg okkazjonijiet ghal qalb hafna ta’ l-Arcisqof.

Kien jattendi l-Iskola Primarja tal-Montessori fil-Belt Valletta stess, imbaghad wara kien jattendi l-Iskola Sekondarja fil-Liceo tal-Hamrun. “Wara kont dhalt fl-Ordni Dumnikana u ghamilt il-professjoni fl-istess Ordni. Studjajt il-Filosofija u t-Teologija fil-Kullegg ta’ San Tumas ta’ Akwinu fil-Kunvent tad-Dumnikani tar-Rabat u gejt ordnat sacerdot nhar it-22 ta’ Marzu 1969”, beda jirrakkuntali l-Arcisqof Pawl Cremona.

Misteru

Mistoqsi kif kien thajjar jidhol Dumnikan, wiegeb, “Misteru!! Però qalbi kienet thoss li din hi l-linja tieghi. Dejjem xtaqt inkun f’komunità u fil-fatt kont hassejt li din hija t-triq tieghi. Illum nikkonferma li kienet il-vera triq ghalija, ghax ninsab kuntent hafna”.

Ezattament fis-26 ta’ Jannar 2007 kien ha l-Ordinazzjoni Episkopali u nhatar bhala l-Arcisqof il-Gdid ta’ Malta. Sal-lum ghaddew minn fuqu ftit aktar minn sena u nofs bit-tmexxija tieghu tal-Knisja Kattolika Maltija. Mistoqsi jekk qatt kien jobsor li xi darba se jinhatar Arcisqof, wiegeb, “L-anqas qatt u ghal diversi ragunijiet qatt ma bsart, fosthom li normalment jintghazel xi hadd Djocesan u mhux religjuz.”

Qlibt l-intervista tieghi mieghu u bdejt niddiskuti mieghu punti u diversi suggetti tal-prezent fit-tmexxija tal-Knisja Kattolika tal-lum. Fil-fatt staqsejtu dwar il-partecipazzjoni prezenti taz-zghazagh Maltin fil-quddies tal-Hdud.

“F’diversi parrocci hawn hafna quddies immirati u animati miz-zghazagh stess. Fost ohrajn hemm il-quddies ta’ nhar ta’ Hadd li ssir fil-Knisja ta’ Nazzarenu f’Tas-Sliema, fil-Millennium Chapel u fil-Knisja ta’ San Girgor, iz-Zejtun. Sfortunatament jezistu certu zghazagh li jgibu kull skuza biex ma jattendux ghall-quddies tal-Hadd. Veru l-hajja tal-lum saret mimlija. Imma mhux sew li wiehed jirritorna lejn Alla biss biex jimla xi vojt tieghu jew meta jsib dahru mal-hajt. Bil-ghajnuna tal-Kummissjoni Djocesana Zghazagh saret card zghira b’taghrif dwar quddies li jkun hawn madwar Malta immirat ghaz-zghazagh. B’hekk kull zaghzugh jista’ jkollu gwida ta’ fejn jista’ jattendi ghal xi quddiesa vicin il-parrocca li jkun jghix fiha. Kull weekend zghazagh minn akkwati ‘l boghod minn Paceville jattendu f’xi diskoteka. Bl-istess mod iz-zghazagh m’ghandhom qatt jaqtghu qalbhom isuqu ghal xi parrocca vicin biex jattendu siegha quddiesa!!”, kienu l-kummenti li tani l-Arcisqof Cremona.

Zwieg iehor

Qlibt l-intervista rigward id-divorzju. Fil-fatt staqsejtu x’jahseb dwar il-fatt jekk ghandux jidhol id-divorzju f’pajjizna llum qabel ghada. Dlonk it-twegiba tieghu kienet, “Il-Knisja Kattolika hija favur zwieg b’sahhtu u familja b’sahhitha. Jekk jidhol id-divorzju jispicca jbati kulhadd”. Ghal din it-twegiba, gibtlu ezempju b’persuna li tkun esperjenzat vjolenza domestika. Mistoqsi allura jekk persuna bhal din ghandhiex ikollha dritt terga’ tizzewweg, l-Arcisqof Pawl Cremona, wiegeb: “Jekk ikun il-kaz, il-Knisja u l-Qrati Civili jistghu jiddikjaraw zwieg bhala null. Bid-divorzju ma nkunu qed insewwu xejn, ghajr li naghtu kuragg lil dak li jkun li jista’ jizzewweg u jitlaq lil partner tieghu ghal zwieg iehor meta jrid”.

Mid-divorzju qlibt l-intervista tieghi dwar persuni omosesswali quddiem il-Knisja Kattolika. “Quddiem Alla la hemm gay, la lesbjani u l-anqas eterosesswali. Huma l-ghemejjel li jigu ggudikati quddiem Alla u dan jghodd ghal persuni gay u eterosesswali. Din hija l-pozizzjoni tal-Knisja Kattolika”, wegibni l-Arcisqof Pawl Cremona. Fuq l-istess suggett, staqsejtu jekk fil-prezent iz-zwieg ghandux jibqa’ biss bejn mara u ragel. Ir-risposta spontarja li hadt ghal din id-domanda kienet, “Mhux fil-prezent biss. Id-definizzjoni ta’ zwieg hija dik ta’ bejn mara u ragel u li flimkien jistghu jgibu u jrabbu t-tfal fid-dinja!!”

L-intervista tieghi mieghu kompliet tespandi b’aktar suggetti attwali.

Fil-fatt qajjimt il-punt dwar nuqqas ta’ vokazzjonijiet ta’ qassisin u sorijiet fil-prezent. Infatti sirt naf li propjament hawn aktar nuqqas ta’ vokazzjonijiet femminili jigifieri sorijiet milli vokazzjonijiet maskili jew inkella f’kelma wahda ta’ qassisin jew patrijiet.

“Bin-nuqqas ta’ vokazzjonijiet femminili nibza’ dwar it-tmexxija futura ta’ l-istituti, fosthom tat-tfal f’pajjizna”, zied jghidli l-Arcisqof Pawl Cremona.

Rigward il-lajci li jqarbnu f’diversi parrocci madwar il-gzejjer taghna, ridt inkun naf dwar l-importanza taghhom. Fil-fatt sirt naf li bil-prezenza ta’ nuqqas ta’ vokazzjonijiet dawn ghandhom importanza kbira fil-parrocci taghna.

“Lajk jista’ jqarben persuni ohra; hemmhekk tohrog id-dinjità ta’ kull mghammed. Fil-fatt dan huwa mument sabih ghal lajci specjalment f’nuqqas ta’ vokazzjonijiet.”

Il-Parrini

Fl-ahharnett, waqt li kont qed nintervista lill-Arcisqof Pawl Cremona, gietni domanda spontanja li zidtha awtomatikament mad-domandi l-ohra li kont hejjejt ghall-intervista tieghi. Id-domanda tieghi kienet dwar ghaliex bniedem isseparat minn mar-ragel/mara u dahal/dahlet f’relazzjoni gdida, l-Knisja ma taccettahx ikun parrinu fil-maghmudija ghat-tfal ta’ hutu stess.

“Hafna ghadhom jahsbu li tkun parrinu ghal xi hadd f’maghmudija huwa sempliciment unur. Dan mhux unur izda l-parrinu ghandu jkun ta’ ezempju tajjeb Kristjanament ghat-tarbija fil-hajja futura taghha. Kull forma ta’ hajja fit-twemmin jew fil-kwalità li ma taqbilx mal-hajja nisranija, tfixkel lill-persuna milli taqdi din ir-responsabbiltà b’mod totali.”, kienet l-ahhar twegiba li hadt minghand l-Arcisqof Pawl Cremona.

---

Ittra minn għand P. Attard lill-Kullħadd. Ma jidhirx li din ġiet ippublikata:
23.10.8

Sur Editur

b´referenza ghall-artiklu dwar L-arcisqof l-E.T. Pawl Cremona li"Ghazel li jghix hajtu f'komunità" li deher fit-18 ta´Ottubru,il-kummenti ta´l-Arcisqof dwar ir-rikonoxximent ta´relazzjonijiet gayhuma interessanti hafna. Forsi nistghu nistaqsuh jekk isibx oggezzjonijekk ragel gay ghandux dritt jara li-sieheb tieghu marid fl-isptar, ujinghata l-urgent family leave (li hu dritt tan-nies mizzewwgin f´kazta´mard jew incidenti serji) ghandux jinghata lil koppji gay.
Hu interessanti li f´pajjizi bhal Italja, Germanja, Argentina, Cuba,Bolivia, Colombia u Spanja il-knisja Kattolika b´l-influenza lighandha fuq il-politikanti hi l-akbar ostaklu ghal-avvanzamenttad-drittijiet tal-koppji gay.


Ikun ukoll interessanti jekk l-arcisqof jispjega kif fil-"FamilyUpdate 13" li ntbahgat mill-Moviment ta´Kana ftit xhur ilu lil membri,jispjegaw li z-zwigijiet bejn nies eterosesswaliu qed jitfarkuminhabba r-rikonoxxoment taz-zwieg gay f´pajjizi bhal l-Isvezja.

Grazzi u Prosit ta´l-artikli li tiktbu

Dr. Patrick Attard

No comments:

Post a Comment