Sunday 1 June 2008

Times, Torċa: PN MEPs' abstention angers Gay Movement

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20080601/local/pn-meps-abstention-angers-gay-movement
Sunday, 1st June 2008

The Malta Gay Rights Movement criticised two Nationalist MEPs for abstaining from supporting an EU measure for comprehensive legislation to combat discrimination.

Simon Busuttil and David Casa failed to support an EU measure that would provide legal protection to a number of minority groups who suffer discrimination on the grounds of age, religion, disability and sexual orientation in the provision of goods and services, the movement said.

The movement expressed its disappointment in the voting patterns of the PN MEPs, who it said, consistently showed a lack of commitment towards achieving equality for all EU citizens.

"This, despite the fact that in a pre-election meeting with MGRM, PN representatives, including Simon Busuttil, had said they would not object to an EU anti-discrimination directive granting protection in the provision of goods and services," the movement said in a statement yesterday. On May 20, the European Parliament adopted a report calling on the European Commission to adhere to its commitment to propose a "comprehensive directive" to combat any discrimination.

The report adopted with 362 votes in favour, 262 against and 56 abstentions, also demanded effective sanctions and support for victims.

An amendment tabled by the EPP-ED group deplored discrimination, but said that "a non-specific directive prohibiting discrimination" was not "the appropriate tool for dealing with the complex needs of individuals".

This was defeated with 284 votes in favour to 371 against.

---
http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=7006
Simon Busuttil u David Casa kisru l-wegħda li għamlu lill-gays
1.Ġunju 08; minn Brandon Pisani

Għaxart ijiem biss qabel l-elezzjoni ġenerali tat-8 ta' Marzu li għadda, waqt laqgħa li l-'Malta Gay Rights Movement' (MGRM) kellha mal-Partit Nazzjonalista, l-eks Ministru Louis Galea u s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Joe Saliba stqarrew li fil-prinċipju huma favur leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni fil-provvista ta' prodotti u servizzi u qalu li huma lesti li jappoġġaw direttiva ta' l-UE f'dan ir-rigward.

Iżda ftit inqas minn tliet xhur wara, il-Partit Nazzjonalista nesa - anzi Simon Busuttil innifsu, flimkien ma' l-MEP l-ieħor tal-PN David Casa nsew – x'kienu wegħdu u minflok appoġġjaw din id-direttiva, "farfru" ir-responsabbilità minn fuq spallejhom u astjenew fil-vot li ttieħed fil-Parlament Ewropew nhar l-20 ta' Mejju li għadda.

Minkejja l-astensjoni tagħhom, xorta waħda l-Parlament Ewropew adotta r-rapport imħejji fi ħdan il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali li jitlob lill-Kummissjoni Ewropea żżomm "l-impenn tagħha li tressaq direttiva komprensiva li tkopri d-diżabilità, l-età, ir-reliġjon jew it-twemmin u l-orjentazzjoni sesswali."

Ir-rapport kien adottat b'362 vot favur, 262 kontra u 56 astensjoni u fost dawk li astjenew kien hemm Simon Busuttil u David Casa. Dwar dan il-vot, l-MGRM, fi stqarrija għall-istampa qalet li "għal darb'oħra, il-Membri Parlamentari Ewropew Nazzjonalisti naqqsu li jissapportjaw miżura ta' l-Unjoni Ewropea li tipprovdi protezzjoni legali fil-konfront ta' numru ta' gruppi ta' minoritajiet li jbatu minn diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' età, reliġjon, diżabilità u orjentazzjoni sesswali."

L-MGRM qalet ukoll li hija ddiżappuntata bil-mod ta' kif qegħdin jivvutaw il-Membri Parlamentari Ewropew Nazzjonalisti, li konsistentament qegħdin juru nuqqas ta' rabta biex jintlaħaq l-għan ta' ugwaljanza bejn iċ-ċittadini kollha ta' l-UE.

"Dan sar minkejja l-fatt li waqt laqgħa li l-MGRM kellha qabel l-elezzjoni ġenerali, ir-rappreżentanti tal-PN, fosthom Simon Busuttil, saħqu li m'humiex se joġġezzjonaw għal direttiva kontra d-diskriminazzjoni li tipproteġi l-proviżjoni ta' prodotti u servizzi," saħqet l-MGRM.

Matul id-dibattitu li sar qabel il-votazzjoni, ir-rapporteur Elizabeth Lynne (ALDE, UK) wriet id-dispjaċir tagħha dwar il-fatt li jidher li l-Kummissjoni mhix se żżomm l-impenn tagħha li tipproponi direttiva komprensiva kontra d-diskriminazzjoni, iżda għandha mnejn tressaq
proposta għal leġislazzjoni li tkopri biss id-diżabilità.

Id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u fuq l-oriġini razzjali jew etnika diġa' hija indirizzata minn żewġ direttivi eżistenti. Il-Parlament Ewropew iżda jixtieq li "titwaqqaf il-ġerarkija ta'
ħarsien" kontra tipi differenti ta' diskriminazzjoni. Il-Membri jemmnu li "ma jagħmilx sens li d-diskriminazzjoni tiġi ddikjarata llegali f'qasam wieħed, fil-waqt li tkun permessa f'qasam ieħor."

Il-Parlament Ewropew huwa tal-fehma li direttiva ġdida biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni għandha tipprojbixxi kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni, inklużi d-diskriminazzjoni diretta u indiretta fl-oqsma kollha li huma tal-kompetenza tal-Komunità kif ukoll fl-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja, il-ħarsien soċjali u s-sigurtà soċjali, l-akkomodazzjoni u l-kura tas-saħħa, xbihat ta' gruppi ddiskriminati fil-midja u fir-riklamar, aċċess fiżiku għall-informazzjoni għall-persuni b'diżabilita', telekomunikazzjoni, komunikazzjoni elettronika, modi tat-trasport u postijiet pubbliċi, vantaġġi soċjali u aċċess għal u forniment ta' prodotti u servizzi li jkunu disponibbli għall-pubbliku.

No comments:

Post a Comment