Tuesday 20 May 2008

It-Torċa: Le ghall-Omofobija… Issa hu l-Mument

(Ghad m'hemmx l-artiklu fuq www.it-torca.com s'issa)
Minn SAMMY SAMMUT
11 ta’ Mejju 2008

Jekk tfittex fid-dizzjunarju l-kelma ‘omofobija’ x’aktarx issib li din tfisser il-biza’ fir-rigward ta’ persuni omosesswali. Ghalkemm hemm min ma jaqbilx ma’ din id-definizzjoni, fil-fatt huwa minnu li f’hafna modi, din hija biza’ mill-omosesswalità jew ghallinqas minn persuni omosesswali. Biza’ li hafna drabi tissarraf ukoll fi stmerrija u anke mibgheda lejn persuni umani bhali u bhalek sempliciment ghax ikunu lesbjani, gay, bisesswali jew transesswali (LGBT).

Hemm min ukoll jishaq li l-omofobija mhix biss kwistjoni ta’ mibeghda lejn persuni b’orjentament omosesswali imma hi wkoll strategija dixxiplinarja mahsuba u mhaddma kontra tista’ tghid kull persuna biex ikun assigurat li dawn igibu ruhhom skond il-“preferenza socjali” ghall-eterosesswalità.

Jekk wiehed kellu joqghod biss fuq ir-rizultati ta’ l-istharrig pubbliku jasal biex jghid li llum il-gurnata, l-omosesswalità hija aktar hielsa milli qatt kienet qabel. Hija prezenti u visibbli kullimkien: fit-triq, fil-gurnali, fuq it-televizjoni u anke fil-films. Suppost li hija wkoll accettata kompletament, jekk wiehed jiehu kont ta’ l-izvilupp legislattiv li sehh f’hafna pajjizi, inkluz wkoll ir-rikonoxximent ta’ koppji ta’ l-istess sess. Izda, certament, jonqos x’isir biex tkompli tinbidel l-opinjoni pubblika bil-ghan li jitnehhew darba ghal dejjem il-fdalijiet tad-diskriminazzjoni.

Imma, ghall-osservatur aktar attent, is-sitwazzjoni globali hija hafna differenti minnhekk. Ta’ min jghid li s-seklu ghoxrin kien bla ebda dubju ta’ xejn l-aktar perjodu vjolenti fl-istorja: deportazzjoni ghal kampijiet ta’ koncentrament taht ir-regim Nazista; il-gulags Sovjetici, rikatt u persekuzzjoni fl-Istati Uniti fl-era McCarthy, ecc. Ovvjament ikun hemm min jghid li dak iz-zmien ghadda u spicca. Izda, fil-verità, anke llum il-kundizzjonijiet li fihom iridu jghixu persuni b’orjentazzjoni omosesswali jibqghu xejn favorevoli.

Biex ikollna perspettiva cara ta’ l-omofobija bizzejjed naghtu daqqa t’ghajn lejn l-istatistika. L-omosesswalità ghadha tigi diskriminata kullimkien: f’mill-inqas 75 pajjiz, atti omosesswali huma projbiti bil-ligi (fl-Algerija, fis-Senegal, fil-Kamerun, fl-Etijopja, fil-Libanu, fil-gordan, fil-Kuwajt, f’Puerto Rico, fin-Nikaragwa, fil-Bosnija......); f’hafna pajjizi l-piena tista’ taqbez l-ghaxar snin prigunerija (fin-Nigerja, fil-Libja, fis-Sirja, fl-Indja, fil-Malasja, fil-gamajka......); gieli l-ligi tistabilixxi wkoll l-ghomor il-habs (fil-Gujana, fl-Uganda......); u f’madwar tuzzana pajjizi ohra, tista’ wkoll tkun applikata l-piena kapitali (fl-Alfganistan, fl-Iran, fis-Sawdi Gharabja......). Fl-Afrika kien hemm sahansitra presidenti li haduha fuq spalliethom biex b’mod brutali jikkumbattu personalment din “il-flaggellazzjoni” li huma jqiesuha li tmur “kontra l-interessi Afrikani”.

Izda anke f’pajjizi ohrajn fejn l-omosesswalità m’ghadhiex ikkunsidrata bhala reat kriminali, l-persekuzzjonijiet immultiplikaw. Fil-Brazil, per ezempju, skwadri tal-mewt u skin heads xerrdu t-terrur: bejn l-1980 u l-2000 gew irrapportati ufficjalment 1,960 delitt omofobiku. Kollox juri li f’hafna pajjizi deskritti bhala civili u demokratici, l-omofobija ghadha tgawdi gheruq hafna aktar sodi milli wiehed jahseb jew jimmagina.

Fid-dawl ta’ dan kollu, huwa difficli li tahseb li “t-tolleranza” qieghda twarrad. Ghall-kuntrarju, f’hafna mill-pajjizi imsemmija, l-omofobija llum tidher aktar vjolenti milli qatt kienet qabel. It-tendenza, ghalhekk, mhix lejn titjib generali, ... ghall-kuntrarju. Sfortunatament, anke f’pajjizna, l-omofobija sabet art ghammiela, ghalkemm illum il-gurnata forsi naqset xi ftit. Izda, anke jekk kollox isir b’mod sottili jew ma tkunx irraportata ufficjalment jew aghar minn hekk, ikun hemm min jaghlaq ghajn wahda, jekk mhux ukoll tnejn fil-konfront taghha, l-omofobija ghadha tezisti fostna. Ghadha qieghda tigi pprattikata mhux biss minn persuni komuni, izda sahansitra minn kapijiet ta’ korpi u istituzzjonijiet tal-poter.

Fortunatament, l-omofobija mhux dejjem twassal ghall-qtil fiziku ta’ dak li jkun ghalkemm xorta wahda l-effetti li thalli huma mill-aktar negattivi, jekk mhux xokkanti. Huma eluf ta’ kazi li jigru ta’ kuljum madwar id-dinja fejn il-vittmi jigu suggetti ghal vjolenza verbali, psikologika u fizika sempliciment minhabba s-sesswalità taghhom, kemm jekk din tkun reali u kemm jekk tkun sempliciment percezzjoni. U kif ghidna, anke f’pajjizna m’ghandniex inserrhu rasna mill-impatt ta’ l-omofobija fis-socjetà taghna, ghax minhabba n-natura taghhom, il-parti l-kbira tal-kazi la jigu rrapportati u lanqas innotati.

Dan is-silenzju fost u bejn komunitajiet omosesswali u eterosesswali ssahhah l-idea ta’ assoluzzjoni: f’dik li l-eterosesswali huma dejjem tajbin u sew, u dawk li jiddevjaw mil-linja d-dritta m’humiex fis-sewwa, huma immorali, hziena u difettuzi; u ghax huma hekk m’ghandux ikollhom vuci, isiru invisibbli, cittadini tat-tieni klassi hdejn il-maggoranza li huma eterosesswali. Biex nghidu hekk, in-normi jaghtu z-zejt lill-makkinarju socjali: ghax huma differenti min-norma tas-socjetà taghna, l-omosesswali aktar iva milli le jigu trattati b’mod differenti.

L-omofobija hija haga mill-aktar kerha, tigi minn fejn tigi izda forsi l-aghar sitwazzjoni tkun meta din tintwera minn membri tal-familja stess ta’ dak li jkun. Rarament insibu kazi fejn li wiehed ikun differenti minn dak maghdud bhala “normali” fil-bqija, ikun meqjus bhala xi haga pozittiva. Dan jidher mill-fatt li l-omosesswali jkollhom “iqerru” mal-genituri u dawk l-aktar gheziez ghalihom, dak li tassew huma u x’ikunu qeghdin ihossu. Dan il-fatt jikkaguna pressjoni psikologika immensa kemm fuq dak li jghidha kif ukoll fuq dak li jisma’ din ”l-ahbar hazina”. Li omosesswali jkun konxju l-hin kollu li jkollu jiggustifika lilu nnifsu dwar kif u l-ghala hu hekk, tkompli tenfasizza b’aktar sahha d-differenza li tezisti b’mod generali bejn il-popolazzjoni eterosesswali u dik omosesswali.

Il-hsieb omofobiku huwa mifrux u ghandu gheruq fondi fil-mohh. Hemm min jinsisti li t-taghlim tar-religjon u l-promozzjoni attiva fl-iskejjel ta’ l-istil ta’ hajja eterosesswali bhala li huwa moralment accettat, huma n-normi dominanti u prominenti fl-edukazzjoni tat-tfal kollha taghna. Izda ftit jew xejn ikun mghallem jew spjegat dwar stili ta’ hajja differenti u alternattivi. Ma nafx kemm huwa possibli li wiehed jghallem lill-istudenti taghna jew jikteb fil-kotba skolastici li m’hemm xejn hazin li wiehed ikollu orjentazzjoni omosesswali u li dan ghandu drittijiet u dinjità umana daqs l-bqija, li jidhol f’relazzjoni ta’ imhabba anke jekk dan ikun ma’ persuna ta’ l-istess sess tieghu.

In-nuqqas tat-taghlim dwar din il-verità tal-hajja wassal u qed ikompli jizra f’mohh studenti zghazagh konflitti sesswali, konfuzjoni u aljenazzjoni bi ftit jew xejn access ghal facilitajiet ta’ appogg u ghajnuna li tassew jghinu lil dak li jkun. It-tghajjir kontinwu dispregjattiv, il-bullying u imgieba omofobika fil-klassijiet, fil-btiehi ta’ l-iskejjel u f’centri fejn jiltaqghu z-zghazagh huma ferm komuni.

U meta dawk li suppost huma responsabbli jonqsu milli kmieni kemm jista’ jkun jiehdu l-passi mehtiega biex affarijiet bhal dawn ma jsehhux fl-iskejjel taghna, ikunu qeghdin jghinu biex ikun hemm min jahseb li huwa liberu u ghandu kull dritt li jabbuza verbalment, li jdahhak b’persuni omosesswali u li dawn ghandhom ikunu emarginati mill-bqija tas-socjetà. Dan meta nafu lkoll li l-edukazzjoni hija c-cavetta u l-ghodda li tghin biex ikun hawn bidla fl-attitudnijiet kulturali popolari u n-nuqqas tat-taghlim fattwali dwar l-omosesswalità fl-edukazzjoni sesswali f’pajjizna tista’ titqies bhala nuqqas fl-istrategija tal-gvern li jghin biex l-omofobija tkun kumbattuta.

Mil-lat legislattiv ma nistghux nghidu li pajjizna ma ghamilx passi ‘l quddiem. Kien Gvern Laburista li sa minn nofs is-snin sebghin ha passi biex il-Kodici Kriminali taghna jigi emendat b’mod li l-omosesswalità ma baqghetx maghduda bhala reat kriminali. Kien l-ewwel pass li mhux biss serrah mohh il-komunità omosesswali f’pajjizna, li kienet prezenti fostna sa minn dejjem bhal f’kull pajjiz iehor, li ma kienetx se tkompli ssofri minn proceduri kriminali kontriha tort l-orjentazzjoni sesswali taghha, izda serva wkoll biex gvernijiet sussegwenti, kemm Laburisti kif ukoll Nazzjonalisti, komplew fuq l-istess linja biex ikun assigurat li persuni lesbjani, gay, bisesswali u transesswali ma jkomplux jigu mahqura, diskriminati u mzebilhin.

Izda minkejja dan kollu, issa li ahna membri shah fi hdan l-Unjoni Ewropea, pajjizna ghadu ferm ‘il boghod milli jilhaq l-aspettattivi kif pronunzjati fir-rizoluzzjoni dwar “L-Omofobija fl-Ewropa” approvata mill-Parlament Ewropew f’Jannar tas-sena 2006 fi Strasburgu. Permezz ta’ din ir-rizoluzzjoni, il-Parlament Ewropew mhux biss ikkundanna bil-qawwa kollha kull tip ta’ diskriminazzjoni fuq il-bazi ta’ orjentazzjoni sesswali, imma mar hafna aktar ‘il boghod minn hekk.

Biha, l-istati membri kollha kienu msejjhin fost ohrajn li jassiguraw li persuni LGBT ghandhom ikunu protetti minn diskorsi ta’ mibeghda u vjolenza omofobika; kif ukoll li ghandhom jassiguraw li koppji ta’ l-istess sess ghandhom igawdu ir-rispett, id-dinjità u l-protezzjoni bhall-bqija tas-socjetà. Huma kienu mheggin ukoll biex izidu l-isforzi taghhom biex l-omofobija tkun kumbattuta permezz ta’ l-edukazzjoni, fosthom permezz ta’ kampanji kontra l-omofobija fl-iskejjel, fl-universitajiet kif ukoll fil-media, u anke b’mezzi amministrattivi, guridici u legislattivi.

Il-Parlament Ewropew heggeg ukoll lill-Kummissjoni Ewropea biex tara u tassigura li l-istati membri jkunu dahhlu fil-ligijiet taghhom id-direttiva kontra kull tip ta’ diskriminazzjoni fuq il-bazi ta’ orjentament sesswali, kif ukoll li tibda proceduri legali kontra dawk l-istati membri li jonqsu milli jaghmlu dan b’mod shih. Min-naha l-ohra, l-istati membri gew imsejjhin biex jiehdu kull azzjoni li jqisu necessarja biex jikkumbattu l-omofobija u d-diskriminazzjoni bbazata fuq l-orjentazzjoni sesswali ta’ dak li jkun, kif ukoll li jimplimentaw l-principju ta’ l-ugwaljanza fis-socjetajiet u fis-sistemi legali taghhom.

Fost dawn, l-istati membri kienu mheggin jaghmlu l-emendi legislattivi necessarji biex itemmu darba ghal dejjem id-diskriminazzjoni li jhabbtu wicchom maghha koppji ta’ l-istess sess fil-qasam tal-wirt, arrangamenti dwar proprjetà, assikurazzjoni, pensjonijiet, taxxi, sigurtà socjali, ecc. Ta’ min jghid li dwar dan l-ahhar punt, fil-jiem li ghaddew kien hemm decizjoni mill-aktar importanti mehuda mill-Qorti Ewropea tal-gustizzja. Ghal hafna koppji omosesswali, din id-decizjoni kienet bhal xi haga mhux mistennija li waqghet mis-sema.

U la qeghdin insemmu s-sema, nistghu nghidu li sa minn kmieni hafna fl-istorja, il-kultura tal-punent giet maghguna mill-Kristjanizmu u l-Kattolicizmu li llum, ghalkemm qed tonqos mill-importanza u l-istatus socjali li kellha, xorta ghadha tfassal il-mod ta’ kif is-socjetajiet iharsu lejn l-affarijiet, apparti li ghandha vuci ta’ thassib kbir fir-rigward ta’ l-omosesswalità. Ic-censura totali tal-knisja, biex ma nghidux haga ohra, immirata b’mod dirett lejn dawk l-individwi b’orjentazzjoni sesswali differenti u jghixuha, hija meqjusa bhala li tipprovdi inkoraggiment u accettazzjoni ta’ veduti omofobici.

Il-Knisja Kattolika Rumana, b’mod specjali, ghadha ssostni b’certa qawwa l-pozizzjoni rigida taghha minkejja li matul dawn l-ahhar 35 sena kienu hafna l-iskulari u t-teologi li ezaminaw u sfidaw b’mod apert l-attitudnijiet ufficjali tradizzjonali taghha lejn l-omosesswalità. Il-konkluzjonijiet ta’ dawn il-persuni struwiti, li huma stess spiccaw iccensurati u mmutati, juru b’mod konvincenti li l-Bibbja ma tikkundannax l-omosesswalità, u li jichdu l-argumenti kollha tradizzjonali li jingiebu ghall-kundanna ta’ l-omosesswalità fl-Iskrittura, fit-tradizzjoni u fil-filosofija.

Dawn l-istudjuzi jishqu li l-pozizzjonijiet mehudin minnhom huma appoggjati minn provi godda, li gejjin minn studji bibblici u minn diversi studji ohrajn tax-xjenzi umani, specjalment dawk psikologici u socjologici, li b’mod komplet igibu fix-xejn l-fehma tradizzjonali ta’ l-omosesswalità bhala stat maghzul u li jista’ jinbidel. Dehen gdid f’dak li huwa zvilupp psikologiku ma jhalli l-ebda dubju li wiehed m’ghandu l-ebda ghazla fl-orjentament sesswali tieghu kif ukoll li l-unika reazzjoni li taghmel il-gid lil dak li jkun meta jinduna li huwa gay jew lesbjana, huwa li jaccettaha.

L-istudji li saru matul dawn l-ahhar snin jopponu l-ewwel u qabel kollox l-hsieb li Alla kellu l-intenzjoni li l-bnedmin kollha jkunu eterosesswali, u li ghalhekk, l-omosesswalità tirrapprezenta devjazzjoni mill-pjan divin ta’ Alla. L-istess studji u r-ricerki intensivi li saru juru li m’hemm l-ebda kundanna cara fl-Iskrittura kontra relazzjonijiet ta’ imhabba bejn persuni omosesswali. gie spjegat ukoll li .... “Orjentazzjoni omosesswali m’ghandha necessarjament l-ebda konnessjoni mad-dnub, mal-mard, jew mal-falliment; anzi hija rigal minn Alla li ghandu jigi accettat minn dak li jkun u li jghixu b’gratitudni ... Il-bnedmin umani ma jaghzlux l-orjentazzjoni sesswali; huma jindunaw biha bhala xi haga moghtija...”.

Tezi ohra li hargu biha dawn l-iskulari u teologi hija li l-omosesswali, aktar milli huma ta’ tfixkil jew theddida ghall-valuri tas-socjetà u l-familja, kif jassumu konservattivi u politici tal-lemin, ghandhom doni u kwalitajiet u kontribuzzjoni pozittiva x’jaghtu ghall-izvilupp tas-socjetà bhala parti mill-pjan kreattiv ta’ Alla,. “Tassew, jekk n-nisa lesbjani u l-irgiel gay kellhom jisparixxu, l-izvilupp akbar tas-socjetà lejn aktar umanizmu jigi serjament ipperikolat”, huma jghidu.

Issir ukoll insistenza fuq l-argument li l-imhabba bejn zewg lesbjani jew irgiel gay, fejn wiehed jassumi hija imhabba umana u kostruttiva, m’hijiex dnub .... anzi tista’ tkun imhabba sagra, li twassal ghall-prezenza ta’ Alla fil-komunità umana b’mod effettiv daqs l-imhabba eterosesswali. Wara kollox kull persuna umana ghandha d-dritt moghti lilha minn Alla ghall-imhabba u l-intimità sesswali.

Teologu Kattoliku li huwa wkoll psikoterapista jikkritika l-awtoritajiet tal-Vatikan u jghid li dawn ghamlu pass lura u mhux ‘il quddiem meta sahqu li l-orjentazzjoni omosesswali ma kienetx kundizzjoni naturali izda tirrapprezenta ‘dizordni oggettiva” u li kienet “orjentazzjoni ghall-hazen”. Jghid ukoll li billi hafna mill-persuni gay jesperjenzaw l-orjentament sesswali taghhom bhala parti mill-holqien, jekk jaccettaw dan it-taghlim tal-Knisja, bilfors li jaraw lil Alla bhala li b’mod sadist halaqhom b’orjentament intrinsikament ta’ hazen. “Nahseb li hafna huma dawk il-persuni gay li jippreferu li jharsu lejn it-taghlim tal-Knisja bhala zbaljat milli jemmnu li Alla hu sadist”. Jintqal li dawn il-pozizzjonijiet mehudin mill-awtoritajiet fil-kuriduri tal-poter tal-Vatikan bilfors li jikkawzaw hsara enormi f’mohh zghazagh Kattolici li huma gay, apparti li jipprovokaw il-vjolenza kontra kull min huwa omosesswali.

Din il-harsa hafifa li tajna turina b’mod l-aktar car li s-socjetà tissegrega minflok li tintegra lill-persuni omosesswali u dan minhabba l-biza’ mizrugha u kkultivata minn sezzjonijiet tal-media, mir-religjon, minn normi kulturali u n-nuqqas ta’ taghlim dwar l-imhabba vera u sinciera li tassew tista’ tkun tezisti bejn persuni ta’ l-istess sess.

Minkejja kollox, l-omofobija ghadha taghmel parti integrali fis-socjetà taghna, mghejjuna u mharsa minn dawk li jinsabu fil-poter, li bl-azzjonijiet jew bin-nuqqas li jiehdu azzjoni, joppressaw u jzommu lura lill-persuni omosesswali, waqt li jzommu lill-persuni eterosesswali, kif nghidu bl-Ingliz, ‘straight’, billi jinkoraggixxu individwi biex ikomplu juzaw lill-omosesswali bhala l-’punch bags’ tas-socjetà jew li bl-ebda mod ma jirrikonoxxu l-ezistenza taghhom.

..... Issa hu l-mument!

Il-Jum Dinji Kontra l-Omofobija, ghar-rikonoxximent internazzjonali ta’ persuni lesbjani, gay, bisesswali u transesswali (LGBT), se terga’ tkun imfakkra nhar is-Sibt, 17 ta’ Mejju, f’aktar minn 30 pajjiz madwar id-dinja.

Din id-data ntghazlet minhabba li kien fis-17 ta’ Mejju tas-sena 1990 meta l-Assemblea generali ta’ l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha nehhiet l-omosesswalità mil-lista ta’ dizordnijiet mentali. Din id-decizjoni tal-WHO gabet fi tmiemhom aktar minn mitt sena ta’ omofobija medika.

Gruppi LGBT madwar id-dinja qed jahdmu bis-shih mal-fundatur ta’ din il-kampanja - Louis George Tin - biex il-Jum Dinji Kontra l-Omofobija jitnizzel fil-kalendarju nazzjonali ta’ kemm jista’ jkun pajjizi u, eventwalment, f’dak internazzjonali. Din il-gurnata hija appoggjata minn individwi pubblici u entitajiet diversi.

Spiss tisma’ lil min jghid li l-persuni LGBT f’Malta qatt ma kienu liberi li jghixu hajjithom fil-milja kollha taghha daqs illum. Facli tasal ghal din il-konkluzjoni jekk tilludi ruhek li prezenza aktar vizibli fil-pubbliku jew fuq il-mezzi tax-xandir u l-istampa tfisser li din is-sezzjoni tal-popolazzjoni llum hija ttrattata daqs cittadini li m’humiex LGBT. Dan m’hu veru xejn!

Huwa fatt maghruf li persuni LGBT ghadhom isofru minn pregudizzju u diskriminazzjoni kontrihom f’kull parti tad-dinja, inkluza f’Malta. Noholmu bi zmien meta hadd ma jibqa’ jghajjar jew iwegga’ lil haddiehor ghax ikun jaghmel parti minn minoranza sesswali; meta l-ebda genituri ma jkeccu lil uliedhom mid-dar ghax jghidulhom li jkunu LGBT, meta tfal u zghazagh LGBT ma jibqghux ikunu vittmi ta’ bullying fl-iskejjel; meta l-ebda sid ta’ post tax-xoghol ma jirrifjuta impjieg lil xi hadd ghax ikun LGBT; meta l-ebda politiku ma jaghzel li joqghod gallerija quddiem l-ingustizzji ma’ persuni LGBT; meta l-awtoritajiet tal-Knisja jgharfu li mhux bizzejjed li jghidu li Alla jhobb persuni LGBT izda li ghandhom jieqfu milli jkomplu jabbuzaw spiritwalment minn dawn il-persuni.

Il-Jum Dinji Kontra l-Omofobija ghandu jservi bhala jum ta’ riflessjoni fost dawk kollha ta’ rieda tajba biex tkun ezaminata l-qaghda reali ta’ persuni LGBT. U, waqt li jiehdu kont tal-kisbiet li saru s’issa, jitheggu minnhom u jkabbru l-isforzi taghhom fit-taqbida kontinwa kontra kull vjolenza fizika, morali jew simbolika relatata ma’ orjentazzjoni sesswali, biex illum qabel ghada tassew tinkiseb l-ugwaljanza, kemm fid-dritt kif ukoll fil-fatt, bejn ic-cittadini kollha, huma min huma u huma x’inhuma. Biex dan kollu jsehh, issa hu l-mument!

No comments:

Post a Comment