Tuesday 20 May 2008

It-Torċa: Il-harsien tad-drittijiet fundamentali ta’ persuni LGBT.....Skond il-ħaqq u s-sewwa

(Ghad m'hemmx l-artiklu fuq www.it-torca.com s'issa)
Minn
SAMMY SAMMUT
18 ta’ Mejju 2008

Madwar id-dinja l-bierah kien imfakkar il-Jum Dinji Kontra l-Omofobija, jum simboliku izda mill-aktar importanti ghal persuni lesbjani, gay, bisesswali u transesswali. Aktar minn kull haga ohra, l-ghan li jitfakkar dan il-Jum huwa sabiex iservi bhala pawsa ta’ riflessjoni u fl-istess waqt tkun artikulata l-azzjoni mehtiega fit-taqbida kontinwa kontra kull tip ta’ vjolenza fizika, morali u anke simbolika relatata ma’ orjentazzjoni sesswali jew ma’ l-identità ta’ generu sesswali.

Jum mahsub biex jispira, jifrex u jsahhah l-appogg u s-solidarjetà, kif ukoll jikkordina l-inizjattivi kollha mmirati li jwasslu ghall-ugwaljanza fil-fatt u fid-dritt bejn ic-cittadini ma’ l-erbat’irjieh tad-dinja. U fuq kollox, biex dan kollu isir fl-ambitu l-aktar wiesgha tad-difiza u l-harsien tad-drittijiet umani.

Matul il-gurnata tal-bierah, waqt li rriaffermaw l-oppozizzjoni taghhom ghal kull forma ta’ omofobija, persuni LGBT flimkien ma’ dawk kollha ta’ rieda tajba, kellhom kull ragun li jhossuhom sodisfatti bis-success miksub matul dawn l-ahhar ghexieren ta’ snin bis-sahha tal-hidma sfiqa mwettqa fi kwazi kull rokna tad-dinja bil-mira li jintlahaq dan l-objettiv. Izda kull persuna LGBT taf sew li minkejja kull progress li gie rregistrat, ghad fadal hafna x’isir. U ghalhekk bhala werrieta ta’ din it-tradizzjoni, iridu jkunu huma li jxammru l-kmiem u jkomplu jahdmu biex jirrinforzaw l-kisbiet diga’ mirbuha, jikkonsolidaw l-ghaqda ta’ bejniethom li maghha ggib is-sahha, waqt li jsahhu hidmiethom biex tassew igawdu l-milja tal-hajja u dan f’harsien shih tad-drittijiet umani, minghajr l-ebda ombra ta’ diskriminazzjoni kif ukoll b’rikonoxximent shih quddiem il-ligi.

Bhala ezempju, harsa hafifa lejn l-istorja turina kif fl-Ewropa tas-seklu tmintax u dsatax, imgieba sesswali bejn persuni ta’ l-istess sess jew il-fatt li persuna ma kienetx tilbes skond il-generu sesswali taghha, kien ikkunsidrat bhala socjalment mhux accettabbli u punibbli kriminalment, inkluza ukoll il-piena kapitali. Minhabba f’hekk, dak li jkun kien jghix din il-parti tal-hajja socjali tieghu fil-mohbi u b’mod sigriet. Minkejja dan, matul is-snin kienu saru diversi attentati ghal riforma fil-ligi dwar l-omosesswalità izda kien biss fl-1791, wara r-Rivoluzzjoni Franciza, li Franza saret l-ewwel nazzjon li nehha l-omosesswalità mil-lista tar-reati kriminali.

Kienu zmenijiet fejn, ferm izjed mil-lum, hafna kienu dawk li batew il-vjolenza u d-dizugwaljanza, u gieli wkoll it-tortura u anke l-mewt, minhabba dak li kienu, kif kienu jidhru jew minhabba lil min kienu jhobbu. Daqstant iehor kienu hafna dawk li, ghax kienu struwiti u kuraggjuzi li johorgu ghonqhom biex ma tkomplix din id-diskriminazzjoni sfaccata, malajr sabu lil min jaqtghalhom iz-zarda u ghaddewhom mill-istess matirju, ... jekk mhux aghar.

Izda b’xorti tajba, dawn l-atrocitajiet ma zammewx lil ohrajn milli jqacctu l-kappestru minn quddiem ghajnejhom u s-sarima minn ma’ halqhom, li kien hemm min azzarda jaghmlilhom, u komplew jissieltu kontra l-halel li sabu ma’ wicchom billi sfidaw it-taboos li kienu jdawwru l-omosesswalità ghax kienu jemmnu u jsostnu li l-orjentament sesswali hu aspett integrali ta’ dak li jkun u ghalhekk m’ghandu qatt iwassal ghal xi forma ta’ pregudizzju, diskriminazzjoni jew abbuz. Kienu generazzjonijiet successivi ta’ individwi ordinarji li ma riedux jghixu hajja ta’ misthija fejn jirrifjutaw lilhom infushom u jsiru invisibli, izda minflok sabu l-kuragg u d-determinazzjoni li jitkellmu mal-membri tal-familji taghhom, ma’ hbiebhom u fil-komunitajiet li kienu jaghmlu parti minnhom.

ĦIELSA U UGWALI

Kien bis-sahha ta’ dawn it-talin, meqjusin bhala martri tal-principji li fihom kienu jemmnu, li matul is-snin f’ghadd ta’ pajjizi sehhew riformi socjali li wasslu ghall-avvanz tad-drittijiet ta’ persuni omosesswali u dawk transesswali biex bil-mod il-mod bdew ikunu rikonoxxuti u accettati socjalment bid-dinjità li tixraq lil kull persuna umana. Dan kollu witta t-triq ghall-holqien ta’ movimenti li biz-zmien saru maghrufin bhala gruppi LGBT, li b’vuci wahda bdew jinsistu li l-ligijiet isiru aktar umani biex tassew jaghtu gharfien lid-drittijiet umani ta’ kulhadd minghajr l-ebda distinzjoni li minnha nfisha twassal ghad-dizugwaljanza, ghad-diskriminazzjoni u ghall-abbuzi.

“Il-bnedmin kollha huma mwieldin hielsa u ugwali fid-dinjità u fid-drittijiet”. Din l-ewwel sentenza li biha tibda d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet Umani, adottata 60 sena ilu mill-Assemblea generali tal-gnus Maghquda, ghadha tigbor fil-qosor l-agenda politika tal-persuni LGBT. Minn dakinhar, bil-mod il-mod hafna pajjizi accettaw li l-bnedmin individwali huma differenti fejn jidhol is-sess, ir-razza jew l-origini etnika, jew ir-religjon li jhaddnu; u li dawn id-differenzi ghandhom ikunu rispettati u mhux uzati ghal ragunijiet ta’ diskriminazzjoni.

Izda hafna mill-pajjizi ghadhom sal-lum ma jaccettawx zewg aspetti importanti ta’ din id-diversità umana: li hemm persuni li ghandhom orjentament sesswali differenti u li hemm min ma jiddentifikax ruhu mal-generu tas-sess tieghu. U ghax ikun hemm min jazzarda jkun hu nnifsu u jimxi fuq l-aktar impuls baziku tal-bniedem li jfittex l-affezzjoni, l-imhabba u l-intimità, jew ghax jiddefendu d-drittijiet ta’ haddiehor li jaghmlu l-istess, jipperikolaw li jisfghu vittmi tal-vjolenza, li jigu arrestati u diskriminati minhabba l-orjentament sesswali taghhom. Sfortunatament, wiehed ghadu jsib miljuni ta’ persuni mxerrdin f’kull parti tad-dinja li ghadhom ibatu l-oppressjoni, il-pregudizzju u d-diskriminazzjoni.

Waqt li d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet Umani tghid car u tond li l-bnedmin kollha huma membri shah “tal-familja umana”, xorta ghadek issib gvernijiet li jattwaw ligijiet ripressivi u prattici li jcahhdu persuni LGBT mid-dinjità taghhom u mid-drittijiet umani l-aktar bazici. Persuni lesbjani u gay ghadhom jintefghu l-habs bis-sahha ta’ ligijiet li jissendikaw il-kamra tas-sodda u li jaghmlu reat kriminali minn semplici bewsa; ghadhom jigu ttorturati biex iqerru “atti devjanti“; stuprati biex jigu “kkurati”; maqtulin minn “skwadristi tal-mewt” f’socjetajiet li jharsu lejhom bhala xi haga li jistghu “jiddisponu” minnha; u ghadhom ukoll jinqatlu minn stati ghax ipinguhom bhala xi forma ta’ theddida ghas-socjetà.

Anke jekk ma mmorrux daqstant fl-estrem, ghad hawn pajjizi li jippretenduha bhala mill-aktar civilizzati, liberi u demokratici li ghadhom jiddiskriminaw kontra t-tgawdija ta’ drittijiet civili, politici, socjali u ekonomici. Bhala ezempju nistghu nsemmu kif persuni LGBT ghadhom f’hafna pajjizi mcahhdin mid-dritt li jsibu l-impjieg li jixirqilhom, li jinghataw saqaf fuq rashom kif ukoll ir-rikonoxximent taz-zwieg jew kull forma ohra ta’ ghaqda li jaghzlu li jkollhom mas-sieheb jew is-siehba taghhom. Prattikament dawn hafna drabi jigu mcahhdin milli jkollhom access ghal protezzjonijiet u rimedji li suppost kulhadd huwa intitolat ghalihom. Biex wiehed ma jsemmix ukoll l-indifferenza ufficjali li tista’ twassal biex delitti jew attakki omofobici ma jkunux investigati kif ghandhom ikunu.

INQAS MINN OĦhRAJN?

Izda l-ghala ghad hawn daqstant gvernijiet u individwi madwar id-dinja li ghadhom jirrezistu b’certa qawwa milli sahansitra jirrikonoxxu li persuni lesbjani u gay huma “indaqs fid-dinjità u d-drittijiet”? F’hafna partijiet tad-dinja ghad hawn hafna li jsostnu illi li tkun gay jew lesbjana hija xi haga hazina, ta’ barra minn hawn. L-omosesswalità hija kkunsidrata bhala dnub, jew marda, speci ta’ devjazzjoni ideologika u tradiment tal-kultura ta’ dak li jkun. Aghar minn hekk hu l-fatt li din ir-ripressjoni fil-konfront ta’ persuni LGBT hafna drabi ssib ir-refugju u d-difiza ta’ gvernijiet jew individwi f’isem ir-religjon, il-kultura, il-moralità jew is-sahha pubblika. Difficli li wiehed isemmi t-tikketti kollha li dawn jinghataw, tant li kien hemm sahansitra President ta’ pajjiz li ddeskrivihom bhala “aghar mill-majjali” u “inqas umani”.

Meta lil persuni gay inezzghuhom mill-umanità taghhom u jemarginawhom bhala “l-ohrajn”, mexxejja bhal dan jafu li jkunu qeghdin jinstigaw klima fejn il-pubbliku jibda jigi jaqa’ u jqum mid-drittijiet umani ta’ persuni LGBT. Wara kollox, jekk dawn huma inqas minn umani, l-ghala ghandhom igawdu d-drittijiet umani kollha? Meta dawk fil-poter jtttimbraw membri ta’ certi gruppi bhala “inqas minn umani” unikament ghax l-identità taghhom tissepara “lilhom”, “minna”, ikunu qeghdin iwittu t-triq ghal abbuzi u ksur tad-drittijiet umani ta’ gruppi simili.

B’xorti tajba l-kongura tas-silenzju li kien idawwar dan il-ksur tad-drittijiet umani ta’ persuni lesbjani u gay, inkiser u l-ghajta favur id-drittijiet michudin ghal xejn, illum hija ferm aktar qawwija milli kienet f’dawn l-ahhar tletin sena. Intrebhu battalji legali u sehhew bidliet f’attitudnijiet kulturali. Izda tassew li post il-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali lil persuni LGBT huwa fl-agenda tad-drittijiet umani universali minhabba n-natura u l-iskala ta’ l-abbuzi sofferti. Jekk nittoleraw ic-cahda tad-drittijiet ta’ kwalunkwe minoranza, inkunu qeghdin nimminaw l-qafas shih protettiv tad-drittijiet umani ghax inkunu qeghdin indghajfu pedament ewlieni - id-dinjità u d-drittijiet ugwali ghall-bnedmin kollha. U meta jkun hemm gvernijiet li jinjoraw r-responsabbiltà taghhom lejn xi settur wiehed tas-socjetà, allura id-drittijiet umani ta’ hadd ma jkunu certi. Kif qalet darba personalità maghrufa: “Jekk ma tridx tkun diskriminat, trid tiggieled kontra tipi ohrajn ta’ diskriminazzjoni”.

VJOLENZA PSIKOLOĠIKA

Ligijiet u prattici mmirati biex igieghlu individwi ibiddlu jew jichdu l-orjentament sesswali taghhom, jattakkaw aspett fil-gewwieni nett tal-personalità umana. Dawn jikkawzaw vjolenza psikologika, jekk mhux fizika, ghax jisfurzaw lil certi individwi jitilfu dik l-esperjenza li, ghal hafna, toffrilhom l-akbar potenzjal ghat-tgawdija ta’ hajjithom fil-milja taghha. U billi tirrelata ma’ materji l-aktar profondi tal-qalb, l-akbar xewqat tal-mohh u l-aktar espressjonijiet intimi tal-gisem, l-orjentazzjoni sesswali tmur fil-qalba ta’ x’ifisser li tkun uman. Ghalhekk, id-dritt li wiehed jiddetermina l-orjentament sesswali tieghu u d-dritt li jesprimih minghajr biza’ huma drittijiet umani fil-veru sens tal-kelma.

L-affermazzjoni tad-drittijiet ta’ persuni lesbjani u gay bhala drittijiet umani ma tfissirx talba ghal drittijiet godda jew “specjali” Tfisser li kulhadd, irrispettivament mill-orjentament sesswali tieghu, huwa ggarantit it-tgawdija shiha tad-drittijiet civili, politici, socjali, ekonomici u kulturali. Ghalhekk jaghmlu sens kbir id-drittijiet u l-libertajiet li gew iddikjarati bhala li ghandhom ikunu universalment garantiti lil persuni LGBT. Dawn id-drittijiet u libertajiet huma inkluzi f’“Id-Dikjarazzjoni ta’ Montreal” imsensla mhux biss mill-akbar gabra ta’ rapprezentanti ta’ persuni LGBT f’post wiehed izda wkoll uhud mill-krema fost l-esperti internazzjonali inkluzi guristi u akkademici maghrufin, mexxejja ta’ knejjes u attivisti ghad-drittijiet tal-bniedem. L-istess principji nsibuhom ddikjarati f’dawk maghrufin bhala “Il-Principji ta’ Yogyakarta” kif ukoll dawk li tahdem ghalihom u tistinka fuqhom Amnesty International.

Fost ohrajn dawn id-dikjarazzjonijiet jishqu ghall-waqfien ta’ l-ghoti tal-piena kapitali u ta’ kull tip ta’ vjolenza kontra persuni LGBT, kemm jekk bil-barka ta’ l-istat jew minn persuni privati. L-istati kollha huma mehtiega li jiehdu passi biex jipprotegu lil persuni LGBT mir-reati kollha ta’ mibgheda. M’ghandhomx jithallew isiru zwigijiet sfurzati ma’ persuni ta’ sess oppost, kif ukoll li persuni transesswali m’ghandhomx ikunu sottoposti ghal operazzjonijiet sfurzati ta’ kirurgija biex jikkonformaw ma’ mudelli rigidi ta’ karatteristici sesswali.

Il-komunità dinjija hija wkoll mhegga li tiggarantixxi d-dritt ta’ persuni LGBT li jorganizzaw u jiehdu sehem f’manifestazzjonijiet pubblici, fosthom dawk maghrufin bhala ‘pride marches’, li jiktbu fil-gurnali u jirregistraw organizzazzjonijiet mhux governattivi, kif ukoll li dawn id-drittijiet jkunu garantiti u ma jigux imfixklin minn awtoritajiet pubblici ostili. Hu propost ukoll li ghandha tinghata ghajnuna finanzjarja lil gruppi li jaghmlu kampanji favur id-drittijiet ta’ persuni LGBT specjalment f’dawk l-oqsma fejn il-hajja u l-harsien personali ta’ persuni ghadhom mhedda. Ghandhom jigu emendati jew imhassrin il-ligijiet kollha li ma jippermettux attività sesswali u konsenswali bejn persuni ta’ l-istess sess.

AZZJONIJIET POŻITTIVI

Barra minn hekk il-gvernijiet huma msejjhin u mheggin biex jiehdu azzjonijiet pozittivi li jippromwovu d-drittijiet ta’ persuni LGBT ghall-helsien mid-diskriminazzjoni f’oqsma diversi:

Il-Kummissarju Gholi tal-gnus Maghquda ghar-Refugjati ghandu jirrikonoxxi d-dritt ghal azilju lil dawk li jkunu qeghdin jaharbu minn persekuzzjoni bbazati fuq l-orjentament sesswali jew l-identità tal-generu sesswali. Il-pajjizi kollha mitlubin jaghmlu l-istess. Barra minn hekk, id-drittijiet ta’ residenza ghas-sieheb jew is-siehba barranin ghandhom ikunu hielsa minn kull deskriminazzjoni kontra persuni LGBT.

Il-familji huma ddikjarati bhala l-aktar parti importanti fil-hajja ta’ hafna nies. Ghalhekk qieghda ssir insistenza li z-zwigijiet ikunu miftuhin ghal koppji ta’ l-istess sess, il-koppji kollha mhux mizzewgin ghandhom ikollhom drittijiet simili ghat-tali unjoni kif ukoll li ghandu jkun assigurat access li wiehed ikun genitur, inkluz ukoll permezz ta’ adozzjonijiet minn persuni LGBT.

Hu sostnut li fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ghandu jkun hemm taghlim dwar id-drittijiet umani ta’ persuni LGBT waqt li l-iskejjel huma mehtiega jiehdu azzjoni kontra bullying omofobiku. Il-media hija msejjha tghin biex jitkissru l-isterotipi u biex juru lil persuni LGBT b’mod realistiku. Issir insistenza li ghandu jkun hemm access ghall-kura tas-sahha b’mod generali u ghall-htigijiet specjali ta’ persuni LGBT. Barra minn hekk, gruppi religjuzi huma nkoraggiti li jkunu tolleranti lejn persuni LGBT.

Qieghda ssir ukoll sejha biex ikunu zviluppati programmi li permezz taghhom persuni LGBT ikollhom cansijiet gusti fix-xoghol u fin-negozju biex jassiguraw l-indipendenza ekonomika taghhom. Il-Gvernijiet huma mheggin jaghtu l-ezempju biex tkun eliminata kull diskriminazzjoni f’dan il-qasam u jaraw li jkun hemm l-ugwaljanza u l-harsien ta’ persuni LGBT fuq postijiet tax-xoghol fis-settur pubbliku.

Waqt li kien ikkundannat in-nuqqas tal-gnus Maghquda li tirrikonoxxi d-drittijiet ta’ persuni LGBT bhala drittijiet umani, din l-ghaqda tan-Nazzjonijiet Uniti kienet kisbet lura ftit mill-kredibiltà taghha meta l-Kumitat Ekonomiku u Socjali (ECOSOC) taghha kien ta lil grupp ta’ NGOs li jahdmu favur persuni LGBT status konsultattiv fejn jidhlu drittijiet umani bbazati fuq l-orjentament sesswali u l-identità ta’ generu sesswali.

Din il-harsa hafifa lejn il-verità tal-fatti taghti l-prova ta’ kemm minkejja li jinghad li l-omosesswalità qatt ma kienet hielsa daqs illum u li b’mod generali hija accettata u rikonoxxuta, tassew li ghad fadal hafna u hafna x’isir biex persuni LGBT jkunu assigurati mid-drittijiet fundamentali taghhom skond il-haqq u s-sewwa; u dan billi jinbidlu l-ligijiet, li tkun stabbilita u implimentata politika gdida, waqt li fl-istess hin jigu adattati prattici istituzzjonali. Huma individwali u gruppi LGBT li ghandhom ikunu fuq quddiemnett biex din il-bidla ssehh, waqt li jassiguraw l-appogg u l-impenn ta’ ohrajn f’din il-battalja li ghandhom quddiemhom. U int, li ghandek ghal qalbek il-harsien u r-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, fejn se tkun?

..... u f’Malta?

Biex ikollna idea zghira tal-qaghda partikolari li tezisti fil-gzejjer Maltin fejn jidhlu drittijiet ta’ persuni LGBT, tajjeb li wiehed jaghti daqqa t’ghajn lejn il-petizzjoni li l-Malta Gay Rights Movement (MGRM) ressaq lill-partiti politici ewlenin li kkontestaw l-Elezzjonijiet generali ta’ Marzu li ghadda, bil-ghan ewlieni li fil-programmi elettorali mfasslin minnhom, jinkludu l-appogg u l-impenn taghhom b’rizq dawn id-drittijiet waqt li bil-fatti u mhux bil-paroli jassiguraw li jkunu mharsin.

Din il-petizzjoni, iffirmata minn madwar 1,500 persuna, tinkludi dikjarazzjoni ta’ appogg shih ghat-talbiet maghmulin mill-MGRM ghal drittijiet akbar ghal persuni lesbjani, gay, bisesswali u transesswali, kif ukoll sejha lill-partiti politici biex jindirizzaw b’mod adekwat diversi kwistjonijiet, fosthom:

Ir-rikonoxximent formali tad-drittijiet ta’ koppji ta’ l-istess sess.

• Li jidhol artiklu gdid fil-Kodici Kriminali li jkun jitratta l-vjolenza omofobika u transfobika, kif ukoll li titfassal strategija cara li tindirizza l-bullying omofobiku u transfobiku fl-iskejjel.

• Li tinghata protezzjoni legali kontra d-diskriminazzjoni fi tqassim ta’ xoghol u servizzi fuq il-bazi esplicita ta’ orjentament sesswali, identità u espressjoni ta’ generu sesswali.

• L-estensjoni formali tal-hidma tal-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza (NCPE) biex tkun tapplika ghal kazi ta’ orjentament sesswali, identità u espressjoni ta’ generu sesswali.

• L-introduzzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ l-ormoni ghal persuni transesswali bhala parti mis-servizzi tas-sahha pubblika.

Pass importanti fid-direzzjoni t-tajba kien il-fatt li d-drittijiet ta’ persuni LGBT kienu diskussi formalment ma’ l-erba’ partiti politici ewlenin li kkontestaw l-Elezzjonijiet generali. Fost dawn kien hemm il-Partit Nazzjonalista - li rega’ jinsab fil-gvern - li kien ippronunzja ruhu favur fost ohrajn li tkun estiza l-hidma tan-National Commission for the Promotion of Equality (NCPE) biex tara li ma jkunx hawn diskriminazzjoni, kif ukoll li fl-ahhar issir il-ligi dwar il-koabitazzjoni li ilha mweghda madwar 10 snin, u li d-drittijiet ta’ tali koabitazzjoni jkunu jinkludu wkoll dawk ta’ koppji ta’ l-istess sess.

Il-MGRM tat l-assigurazzjoni taghha li se tkun qed taghmel il-pressjoni kollha necessarja biex tara li l-ufficjali tal-PN iwettqu bil-fatti l-weghdiet li ghamlu qabel l-Elezzjoni generali, “ghax bhala votanti u cittadini li nhallsu t-taxxi, l-persuni LGBT f’Malta jixirqilhom l-istess rispett, l-istess rikonoxximent u l-istess drittijiet bhall-bqija tal-poplu”.

No comments:

Post a Comment