Sunday 17 February 2008

Intervista mat-Torċa: Mingħand l-Arċisqof bqajt bla risposta... imma xorta nirringrazzjah

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=6166
2.9.7; minn Victor Vella

Fil-bidu tas-sena, waqt laqgha fl-Università ma’ l-Arcisqof, l-Inginier Patrick Attard kien ixxokkja lil dawk preżenti (ara l-artiklu ta' l-Oriżżont hawn taħt).

Kien staqsa lill-Arcisqof, Pawl Cremona kif jista’ jibni pont ma’ l-omosesswali meta l-Knisja Kattolika tqis l-att bejn l-omosesswali bhala xi haga hazina. Kien qallu li l-Knisja Kattolika b’dak li tghid tohloq b’mod indirett tbatijiet zejda fuq l-omosesswali, firdiet u anke suwicidji.

Wara dawn il-kummenti li hasdu lill-Arcisqof, Patrick u Mons Cremona iltaqghu bejniethom biex jiddiskutu l-punti mqajjma. L-Inginier Patrick Attard, spjega lill-Arcisqof li dak li jixtieq mhux li l-Knisja tibdel it-taghlim, imma li toqghod attenta li ma tkomplix tohloq tbatija bla bzonn. Flok tiggudika l-omesswali ghandha tippriedka r-rispett u t-tolleranza. “Ix-xewqa tieghi hi li l-omosesswali f’Malta jkunu jistghu jieklu fuq l-istess mejda mal-qraba Kattolici taghhom. Illum qeghdin f’pozizzjoni li fl-ikla ta’ nhar ta’ hadd jew fil-festi bhall-Milied u l-Ghid tal-familja jghidulek ‘ejja kul imma ggibx is-sieheb - ma rriduhx.’ Ovvjament, dan iwassal biex dak li jkun imur jiekol mas-sieheb tieghu,” qal Patrick Attard lil it-Torca, li s-Sibt iddecieda li jikser is-silenzju li kien ilu fih minn Frar li ghadda.

Attard, li tkellem mat-Torca fil-kapacità personali tieghu, qalilna li “ninsab imwegga’ bl-atteggjament tad-Deputat Parlamentari Ewropew Nazzjonalista David Casa. Dan id-Deputat ivvota kontra u astjena fuq rizoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew li jikkundannaw il-vjolenza u l-omofobija fl-Ewropa. Nista’ nghid li f’rizoluzzjoni f’April ta’ din is-sena dwar l-omofobija fl-Ewropa, hu astjena, waqt li astjena ukoll f’rizoluzzjoni kontra z-zieda fi vjolenza razzista u ta’ l-omofobija. Apparti dan f’rizoluzzjoni dwar l-omofobija fl-Ewropa li ttiehdet f’Jannar tas-sena li ghaddiet, David Casa ivvota kontra. Ghalija hu inaccettabbli li David Casa jagixxi b’dan il-mod u nistenna li jaghmel apologija pubblika mal-komunità omosesswali f’Malta. Nistenna aktar integrità minnu u li b’mod apert waqt xoghlu fil-Parlament Ewropew jikkundanna l-vjolenza fuq kulhadd, inkluzi l-omosesswali.”

Ma’ l-Arcisqof

L-Inginier Patrick Attard qalilna li “dak li ghidt lill-Arcisqof fl-Università spjegajtulu fid-dettal waqt laqgha privata li kelli mieghu. Spjegajtlu kif student jew zghazugh ikollu sieheb. Tal-famija ma jaccettawhx. Jitlaq mid-dar u jmur jghix mieghu. Minhabba l-istress ta’ glied mal-genituri, li lanqas ihalluh ikellem lil hutu u ma jkunux iriduh id-dar, tispicca ir-relazzjoni mas-sieheb peress li jkun iggranfa mieghu. Rizultat ta’ hekk jista’ jehel mill-ezamijiet. Dan iz-zghazugh jispicca jitlef lill-ommu, lill-missieru, l-hutu u s-sieheb. Dawn huma kazi li sehhew u l-konsegwenza taghhom kienet li dan iz-zghazugh jista’ jaghmel suwicidju.

‘Lill-Arcisqof staqsejtu ta’ min hu t-tort ghal din is-sitwazzjoni. Jekk hux taz-zghazugh, tal-genituri jew tal-Knisja Kattolika b’mod indirett minhabba dak li tghid fuq l-omosesswali. Minghand l-Arcisqof bqajt bla risposta. Qalli li se jahseb fuqha. Ghalkemm bqajt bla risposta irrid nirringrazzja lill-Arcisqof li ltaqa’ mieghi u wera kemm hu bniedem intelligenti u umli. Jien li ghidt lill-Arcisqof fil-laqgha kien dak li b’dak li qed tghid il-knisja fuq l-omosesswali, qed twassal biex tohloq mibgheda u firdiet,” qalilna Patrick Attard.

Enfasizza li “l-problema tieghi hi mhux biss dwar dak li tghid il-Knisja f’Malta izda dwar dak li johrog minn Ruma. Per ezempju fuq il-kontroversja dwar jekk l-omosesswali ghandhomx irabbu tfal, il-Vatikan jiddeskrivi li t-tfal li jghixu ma’ l-omosesswali bhala li jkunu qeghdin ibatu minn vjolenza. Din hi inaccettabli. Kif jistghu tfal ibatu minn vjolenza meta koppja omosesswali ghandhom relazzjoni sesswali flimkien huma kuntenti? Min hu l-aktar f’riskju li jabbuza mit-tfal, dawk li huma kuntenti sesswalment jew dawk li qeghdin fic-celibat?” staqsa Patrick Attard.

L-Istat

Sostna li “ma nifhimx lanqas kif l-Istat jibqa’ jaghzel li ma jillegislax favur l-omosesswali. Hawn diversi problemi minhabba nuqqas ta’ ligijiet li jaghtu drittijiet fundamentali lill-omosesswali, u li dawn qeghdin joholqu tbatijiet zejda u problemi. Per ezempju li sieheb li ma jkunx cittadin ta’ l-Unjoni Ewropeja ma jkunx jista’ jghix u jahdem hawn Malta”.

L-Inginier Patrick Attard tkellem ukoll dwar kif il-Ministru ghas-Solidarjetà Socjali ghazlet li ma tmurx ghall-Gay Parade, sempliciment ghax hi li ‘l-policy’ taghha li ma tattendix marci.

Kompla jghid li t-taghlim tal-Knisja jiddeskrivi l-omosesswalità bhala fenomenu socjali u morali li qed iwassal ghal thassib u inkwiet. L-att bejn l-omosesswali hu deskritt bhala hazen gravi. “Dan ghalija hu taghlim li johloq omofobija fost il-Kattolici. Taghlim bhal dan iwassal ghall-intolleranza u mibgheda. L-effetti negattivi huma diversi fosthom reazzjoni negattiva mill-genituri, ibbuljar, abbuz fiziku u verbali”, jghid Patrick Attard.

------------------
http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=33452
Għalliema Universitarji ma qagħdux
lura milli jolqtu fil-laħam il-ħaj:
Jibda l-iebes għall-Arċisqof
22.2.7; minn Victor Vella

“Ghaliex il-Knisja se tibqa’ taghzel lill-istudenti li hi ddahhal fl-iskejjel taghha? Bhala edukatur ma naqbilx ma’ din il-prattika. Qed nitkellem dwar l-ezami li jsir biex jidhlu fl-iskejjel tal-Knisja. Ghaliex tibqghu taghzlu l-istudenti taghkom fuq l-abbiltà? Meta se jkollkom ghazla favur il-fqir?” Ghalliema ohra qajmet il-punt li tfal thallew barra mis-Sinodu u rrimarkat li hawn tfal f’Malta li huma fqar u jbatu mill-eskluzjoni socjali. Membru iehor ta’ l-istaff, waqt li ddikjara li hu omosesswali u ma jemminx f’Alla, jistaqsi “kif tista’ tibni pont ma’ xi haga li l-Knisja tqisha moralment hazina?”

Lil hinn mix-xeni ta’ ferh, ghajjat u entuzjazmu u stediniet lill-Arcisqof il-gdid Mons Pawlu Cremona O.P. li kkaratterizzaw l-attivitajiet li saru fl-ahhar jiem kemm qabel kif ukoll wara l-ordinazzjoni tieghu, il-bierah fl-Università spikkaw ghadd ta’ mistoqsijiet pjuttost imbarazzanti li saru lill-Mons Arcisqof, Pawl Cremona O.P. Il-mistoqsijiet ma sarux mill-istudenti Universitarji, izda saru mill-ghalliema taghhom.

Mons Arcisqof, wiegeb ghad-domandi iebsin li sarulu billi ghamel stedina lil xi whud biex jaghmlu proposti fuq certi suggetti li jhossu li l-Knisja ma tathomx importanza bizzejjed. F’kazi ohrajn wiegeb li se jahseb u jikkonsidra fuq dak li kienu qeghdin iqajmu u ma qaghdx lura milli jghid li jiddispjacih ghal xi nuqqasijiet li seta’ kien hemm u talab mahfra.

L-istudenti Universitarji li attendew ghal-laqgha li saret fl-Università laqghuh b’entuzjazmu kbir, ghalkemm, hafna studenti ohrajn iddecidew li jibqghu ghax-xemx fuq il-Campus jew madwar l-Università.

Kien hemm min hass li ma kellux imur ghal-laqgha, izda ma naqasx li jitfa’ suggerimenti ta’ x’jixtieq mill-Arcisqof il-gdid, fi speci ta’ kaxxa li tpoggiet fuq il-Campus. “Ghalija aktar milli mmur u nistaqsi, hu aktar importanti li nwassal messagg lill-Arcisqof dwar x’bidla nixtieq. Jien li ma nistax nifhem hu kif il-Knisja tibqa’ tehodha kontra l-kontracettivi u tghid li dan qieghed izomm il-hajja. Din ma nifhimhiex” qalilna student.

Intant lura ghas-sala li fiha l-Arcisqof Cremona ltaqa’ ma’ l-istudenti, spikka l-intervent tad-Dekan tal-Fakultà ta’ l-Edukazzjoni, Dr. Carmel Borg. Hu qal li “naraha stramba li l-Knisja fl-iskejjel taghha ghadha taghzel l-istudenti fuq l-abbiltajiet taghhom. Bhala edukatur ma naqbilx ma’ dan. Hu hazin li taghzel fuq l-abbiltà, ghax l-abbiltà ghandha l-kuntest fl-gheruq socjali.”

Mons Arcisqof Cremona, wiegeb lil Dr. Borg billi qal li “l-problema hi li hemm hafna li jridu jigu jitghallmu fl-iskejjel tal-Knisja. In-numri huma limitati, ma jistax jigi kulhadd”.

F’dan il-mument, Dr. Carmel Borg, rega’ ntervjena u qal li “jien tkellimt fuq l-ezami tal-Common Entrance. Meta l-Knisja se jkollha l-ghazla favur il-fqir?” Mons Arcisqof waqt li ghal ftit hin deher ilaqlaq fuq din il-mistoqsija, wiegbu billi qallu li se jirrifletti fuq il-punti li kien qieghed iqajjem.

Wara dan l-intervent, kien imiss lil Ruth Farrugia, mill-Fakultà tal-Ligi. Din qajmet il-punt li t-tfal thallew barra mis-Sinodu. Hi sostniet li f’Malta hawn tfal li qeghdin ibatu fil-faqar u fl-eskluzjoni socjali. Hi qalet li tistenna li l-Knisja taghti kas aktar tat-tfal.

Mons Arcisqof irreagixxa ghal dan billi qal li “jien ghad irrid nitghallem fuq ir-realtà Maltija. Tridu tqisu li ahna nintghazlu billi jibghat ghalik in-Nunzju u jghidlek li il-Papa ghazel lilek. Tghidlu tini cans 24 siegha halli nirrifletti. Jghidlek hudha b’obbidjenza. Se nkun wicci tost maghkom. Min ghandu xi ideat, fatti ta’ kif nistghu ntejbu xi affarijiet, ibghatuhomli u nikkonsidrahom. Irrid nghid ukoll li l-Knisja tahdem hafna mill-qrib mat-tfal ukoll. Biss napprezza li jkolli dawl minghandkom fuq certi affarijiet.

Dr. Patrick Attard, membru ta’ l-istaff ta’ l-Università beda l-intervent tieghu billi qal li “jien omosesswali. F’Alla ma nemminx u lanqas fil-Knisja. Il-Knisja ghamlet il-hajja ta’ hafna nies infern.

Keccejtu nies mid-djar taghkom. Kien hemm min ghamel suwicidju ghax kien imwegga’ bil-mod kif gie trattat. Inti ghedt li trid tibni pont. Kif tista’ tibni pont ma’ xi haga li tqisuha bhala moralment hazina?”.

Mons Cremona wiegeb ghal dan billi qal li “d-dikjarazzjoni li qieghed taghmel hi generika. Ma nahsibx li jekk tistaqsi ‘l dawn li hawn fis-sala, kollha se jaqblu ma’ dan. Ma nahsibx lanqas li kulhadd jara l-Knisja bhala li tkecci n-nies. Jien stess gie xi hadd ghandi li pprova tliet darbiet jaghmel suwicidju. Kellu l-marki. Ghandu problema tax-xorb u hadtu ghand l-Alkoholici Anonimi. Jekk hemm xi nuqqasijiet jew saru xi nuqqasijiet, jiddispjacini u nitlob mahfra.”

F’diskors qasir li ghamel qabel l-interventi l-Arcisqof Cremona qal li “ma jistax ikun li ghax xi hadd jesprimi li jemmen fi principji Kristjani jew jaqbel ma’ dak li tghid id-dinja, kulhadd jibda jehodha kontrih, qisha grat xi haga kbira.

Irridu niggieldu kontra din il-mentalità, favur il-kuncett tat-tolleranza. Lilna bhala Knisja qeghdin jistennew li qabel nitkellmu naraw l-istampa kollha.”

Sostna li l-Knisja ghandha dritt li taghmel il-pozizzjonijiet taghha, anke jekk haddiehor ma jaqbilx maghhom. Enfasizza li l-Knisja ma tistax ma tipproponix, anke jekk l-istat ma jkunx jaqbel maghhom.

Mons Cremona qal li “kien hawn diversi kulturi u imperi u maz-zmien spiccaw biex gew ohrajn. Nemmnu li anki l-kultura li qeghdin nghixu llum, ghad jghaddi zmienha”. Hu qal li l-fatt li 54 fil-mija tal-poplu jmur il-Knisja, jaraha bhala sfida, ghax juri li hemm hafna nies ohrajn li l-Knisja ghandha missjoni biex twasslilhom messagg.

Il-mawra ta’ l-Arcisqof Cremona O.P. fl-Università bdiet billi ltaqa’ mal-kunsill tal-kappella u wara ghamel zjara lill-istess kappella. Fid-9.00 ta’ fil-ghodu ltaqa’ mar-Rettur u l-ufficjali gholja ta’ l-Università. Kellu laqgha informali kemm ma’ l-istaff fil-bini ta’ l-amministrazzjoni, ma’ l-istaff tekniku u anke mal-Fakultà tat-Teologija. Kellu laqgha ukoll mal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) u wara ltaqa’ ma’ l-assocjazzjonijiet ta’ l-istudenti fl-Università.

Wara l-laqgha ma’ l-istudenti fis-Sala Sir Temi Zammit, hu ghamel funzjoni ta’ l-Erbgha ta’ l-Irmied fil-Kappella ta’ l-Università u hawwel sigra taz-zebbug hdejn il-kappella. Iz-zjara ntemmet b’ikla mal-komunità tal-Gizwiti f’Dar Patri Manwel Magri.

No comments:

Post a Comment